This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R1239
Council Regulation (EC) No 1239/2001 of 19 June 2001 rectifying Regulation (EC) No 2201/96 on the common organisation of the markets in processed fruit and vegetable products
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1239/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 li jikkoreġi r-Regolament (KEE) Nru 2201/96 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessat
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1239/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 li jikkoreġi r-Regolament (KEE) Nru 2201/96 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessat
ĠU L 171, 26.6.2001, p. 1–2
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0361
Official Journal L 171 , 26/06/2001 P. 0001 - 0002
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1239/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001 li jikkoreġi r-Regolament (KEE) Nru 2201/96 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti ta’ frott u ħxejjex ipproċessat IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi: (1) Ir-Regolament (KEE) Nru 2699/2000 [2] inter alia emenda Titolu I tar-Regolament (KEE) Nru 2201/96 [3] u aġġusta f’dak is-sens, mingħajr tibdil fil-kontenut, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-iskema ta’ għajnuna għall-ipproċessar ta’ tin niexef u pruna li ġejjin mill-għajnbaqar d’Ente. L-iskema, li qabel kienet inkluża fl-Artikoli 2 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2201/96, hija bħalissa stabbilita bl-Artikolu 6a ta’ dak ir-Regolament. Biex jingħata kont ta’ din il-preżentazzjoni ġdida, it-test ta’L-Artikolu 31 ta’ l-imsemmi Regolament, li jidentifika in-nefqa li għandha titħallas lura mis-Sezzjoni ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG)), għandu jigi emendat. (2) Fl-istess l-Artikolu 31 ir-referenza għar-Regolament (KEE) Nru 729/70 [4], li ġie imħassar, trid tiġi sostitwita b’referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-iffinanzjar tal-politika komuni agrikola [5], ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "L- Artikolu 31 In-nefqa taħt l-Artikolu 2, l-Artikolu 6a, l-Artikolu 7, l-Artikolu 9(4) u (5) u l-Artikolu 10(3) għandha tkun meqjusa bħala intervent biex jistabbilizza s-swieq agrikoli skond it-tifsira tal-punt (b) ta’ l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-iffinanzjar tal-politika komuni agrikola [6]." L- Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fid-19 ta’ Ġunju 2001. Għall-Kunsill Il-President M. Winberg [1] Opinjoni mogħtija fis-16 ta’ Mejju 2001 (għadha mhux ippublikata fil-Gurnal Uffiċjali). [2] ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 9. [3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti ta’ frott u ħxejjex proċessati (ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2699/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 9). [4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta’ April 1970 dwar l-iffinanzjar tal-politika komuni agrikola (ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1287/95 (ĠU L 125, tat-8.6.1995, p. 1). [5] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103. [6] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103. --------------------------------------------------