This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001R0995
Commission Regulation (EC) No 995/2001 of 22 May 2001 implementing Regulation (EC) No 2516/2000 of the European Parliament and of the Council modifying the common principles of the European system of national and regional accounts in the Community (ESA 95) as concerns taxes and social contributions
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l-10 ta' Novembru 2000 fuq il- publikazzjoni ta' ċerti atti u strumenti legali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2000/12)
Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l-10 ta' Novembru 2000 fuq il- publikazzjoni ta' ċerti atti u strumenti legali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2000/12)
ĠU L 139, 23.5.2001, p. 3–8
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 139 , 23/05/2001 P. 0003 - 0008
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 995/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2516/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimmodifika l-prinċipji komuni tas-sistema Ewropea tal-kontabilità nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ESA 95) dwar it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontabilità nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ESA 95) [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2516/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 2(2) u 3(2) tagħhom, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2516/2000 li jimmodifika l-prinċipji komuni ta' l-ESA 95 fejn jikkonċerna t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu, Filwaqt li: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 2223/96 dwar l-ESA 95 jikkontjeni il-qafas ta' riferenza ta' livelli, definizzjonijiet, klassifikazzjonijiet u r-regoli tal-kontabilità komuni għat-tfassil tal-kontijiet ta' l-Istati Membri għall-ħtiġijiet statistiċi tal-Komunità, sabiex jiġu miksuba riżultati paragunabbli bejn l-Istati Membri. (2) Ir-Regolament (KE) Nru 2516/2000 jassigura l-paragunabbiltà u t-trasparenza bejn l-Istati Membri fl-irreġistrar tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali fl-ESA 95 għall-proċedura tad-defiċit eċċessiv. Is-self nett tal-gvern ġenerali m'għandux jinkludi l-ammonti tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali li x'aktarx ma jiġux miġbura. (3) Għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2516/2000 u fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tiegħu, il-Kummissjoni għandha tintroduċi fit-test ta' l-Anness A mar-Regolament (KE) Nru 2223/96 it-tibdiliet meħtieġa. (4) L-Artikoli 2(2) u 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2223/96 jipprovdu għall-kondizzjonijiet li taħthom il-Kummissjoni tista' tadotta emendi għall-ESA 95, b'mod partikolari t-tibdiliet meħtieġa fl-Anness B mar-Regolament imsemmi hawn fuq. (5) Il-Kumitat għall-Istatistiċi Monetarji, Finanzjarji u tal-Bilanċ tal-Pagamenti (CMFB), stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/115/KEE [3], emendat mid-Deċiżjoni 96/174/KE [4], ġie kkonsultat. (6) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistikali (SPC), imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [5], ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Annessi A u B mar-Regolament (KE) Nru 2223/96 għandhom jiġu emendati skond l-Anness ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament m'għandux japplika matul il-perjodu transizzjoni li jista' jiġi mogħti lill-Istati Membri skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 2516/2000. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Mejju 2001. Għall-Kummissjoni Pedro Solbes Mira Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1. [2] ĠU L 290, tas-17.11.2000, p. 1. [3] ĠU L 59, tas-6.3.1991, p. 19. [4] ĠU L 51, ta' l-1.3.1996, p. 48. [5] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47. -------------------------------------------------- L-ANNESS EMENDI GĦALL-ANNESS A MAR-REGOLAMENT (KE) Nru 2223/96 1.57 | Inserixxi wara "Madankollu, f'xi każijiet … li jintużaw approssimazzjonijiet." "Addizzjonali għal din il-flessibiltà fejn għandu x'jaqsam il-ħin ta' reġistrazzjoni, kien necessarju għal raġunijiet prattiċi marbuta mal-procedura eċċessiva tad-defiċit li tiġi ddefinita reġistrazzjoni partikolari tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali li għandhom jitħallsu lis-settur tal-gvern, sabiex is-self/tislif nett tal-gvern ġenerali (u tas-setturi ta' kontraparti) ma jinkludux ammonti tat-taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali li x'aktarx ma jinġabrux. B'deroga għall-prinċipju ġenerali ta' reġistrazzjoni ta' operazzjonijiet, it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali li għandhom jitħallsu lill-gvern ġenerali jistgħu jew jiġu rreġistrati nett tal-parti li x'aktarx ma tinġabarx jew, jekk din il-parti hi inkluża, għandha tiġi newtraliżżata fl-istess perjodu ta' kontabilità mit-transfer kapitali mill-gvern ġenerali għas-setturi rilevanti." | 3.48 | Inserixxi d-definizzjoni tal-prezz bażiku ta' referenza fil-punt 4.27 : "Il-prezz bażiku huwa l-prezz riċevut mill-produtturi mix-xerrej għal unità ta' oġġett jew servizz prodott bħala output inqas xi taxxa li għandha titħallas (ara l-punt 4.27) fuq dik l-unità bħala konsegwenza tal-produzzjoni jew il-bejgħ tagħha (jiġifieri taxxi fuq il-prodott), kif ukoll xi sussidji mircieva fuq dik l-unità bħala konsegwenza tal-produzzjoni jew il-bejgħ tagħha (jiġifieri s-sussidji fuq il-prodotti)." | 4.17 | Inserixxi fl-aħħar sentenza referenza għall-punt 4.27 : "Għall-ekonomija totali, il-VAT huwa ekwivalenti għad-differenza bejn it-total tal-VAT invoiced u t-total tal-VAT li għandu jitnaqqas (ara l-punt 4.27)." | 4.27 Ħassar : "It-Taxxi evidenzjati minn stimi tat-taxxi imma li qatt m'huma mħallsa per eżempju, minħabba l-falliment) huma trattati bħallikieku ġew imħallsa; hemm żewġ eventwalitajiet:(a)writing-off ta' dejn ħażin mill-gvern, li jagħraf li t-talba tiegħu ma tistax tkun miġbura; dan ir-writing-off huwa rreġistrat fil-bidliet l-oħrajn fil-kontijiet dwar il-volum ta' l-assi tal-gvern u d-debitur default;(b)il-kanċellament tad-debitu bi ftehim reciproku bejn il-gvern u d-debitur. Din il-kanċellazzjoni hija trattata bħala transfer kapitali mil-gvern lid-debitur fil-kont tal-kapital, b'estinzjoni simultanja ta' talba fil-kont finanzjarju." | Issostitwixxi b' : "It-Taxxi rreġistrati fil-kontijiet jistgħu ikunu derivati minn żewġ sorsi: ammonti evidenzjati minn stimi u dikjarazzjonijiet jew irċevuti ta' flus.(a)Jekk l-istimi u d-dikjarazzjonijiet huma użati, l-ammonti għandhom jiġu aġġustati b'koefficjent li jirrifletti l-ammonti stmati u dikjarati qatt miġbura. Bħala trattament alternattiv, transfer kapitali, għas-setturi rilevanti jista' jiġi rreġistrat ekwivalenti għall-istess aġġustament. Il-Koefficjenti għandhom jiġu stmati fuq il-bażi ta' esperjenza mgħoddija u mistennijiet kurrenti fejn għandhom x'jaqsmu ammonti stmati u dikjarati qatt miġbura. Għandhom ikunu specifiċi għal tipi differenti ta' taxxi.(b)Jekk huma użati irċevuti ta' flus, għandhom ikunu aġġustati fil-ħin sabiex il-flus huma attribwiti meta l-attività seħħet sabiex tiġġenera l-passiv tat-taxxa. Dan l-aġġustament jista' jkun ibbażat fuq id-differenza fil-ħin medju bejn l-attività u l-ircevuta tat-taxxa tal-flus." | 4.82 Ħassar : "Taxxi evidenzjati minn stimi tat-taxxi imma li qatt m'huma mħallsa (per eżempju, minħabba falliment) huma trattati daqs li kieku kienu mħallsa; hemm żewġ eventwalitajiet:(a)writing-off ta' dejn ħażin mill-gvern, li jagħraf li t-talba tiegħu ma tistax tkun miġbura; dan ir-writing-off huwa rreġistrat fil-bidliet l-oħrajn fil-kontijiet dwar il-volum ta' l-assi tal-gvern u d-debitur li ma jħallasx;(b)il-kkanċellament tad-debitu bi ftehim reciproku bejn il-gvern u d-debitur. Din il-kanċellazzjoni hija trattata bħala transfer kapitali mil-gvern lid-debitur fil-kont tal-kapital, b'estinsjoni simultaneja ta' talba fil-kont finanzjarju." | Issostitwixxi b' : "It-Taxxi rreġistrati fil-kontijiet jistgħu ikunu derivati minn żewġ sorsi: ammonti evidenzjati minn stimi u dikjarazzjonijiet jew irċevuti ta' flus.(a)Jekk l-istimi u d-dikjarazzjonijiet huma użati, l-ammonti għandhom jiġu aġġustati b'koefficjent li jirriflettu l-ammonti stmati u dikjarati qatt miġbura. Bħala trattament alternattiv, transfer kapitali, għas-setturi rilevanti jista' jiġi rreġistrat ekwivalenti għall-istess aġġustament. Il-Koefficjenti għandhom jiġu stmati fuq il-bażi ta' esperjenza mgħoddija u mistennijiet kurrenti fejn għandhom x'jaqsmu ammonti stmati u dikjarati qatt miġbura. Għandhom ikunu specifiċi għal tipi differenti ta' taxxi.(b)Jekk huma użati rċevuti ta' flus, għandhom ikunu aġġustati fil-ħin sabiex il-flus huma attribwiti meta l-attivitajiet, l-operazzjonijiet jew ġrajjiet oħrajn seħħew sabiex jiġġeneraw il-passiv tat-taxxa (jew meta l-ammont tat-taxxa kien iddeterminat, fil-każ ta' xi taxxi fuq id-dħul). Dan l-aġġustament jista' jkun ibbażat fuq id-differenza medja fil-ħin bejn l-attivitajiet, l-operazzjonijiet jew każijiet oħrajn (jew id-determinazzjoni ta' l-ammont tat-taxxa) u l-irċevuta tat-taxxa tal-flus.Meta miżmuma fis-sors minn min jimpjega, it-taxxi kurrenti fuq id-dħul, il-ġid, eċċ, għandhom jiġu inklużi fil-pagi u s-salarji anke jekk min jimpjega infatti ma għaddihomx lill-gvern ġenerali. Is-settur tal-familji mbagħad jidher li jħallas l-ammont sħiħ lis-settur tal-gvern ġenerali. L-ammonti infatti mhux imħallsa jridu jkunu newtraliżżati taħt D.995 bħala transfer kapitali mill-gvern ġenerali lis-setturi ta' min jimpjega." | 4.96 | Inserixxi fl-aħħar tal-paragrafu : "Il-Kontribuzzjonijiet soċjali li għandhom jitħallsu lis-settur tal-gvern ġenerali rreġistrati fil-kontijiet jistgħu jiġu derivati minn żewġ sorsi: ammonti evidenzjati minn stimi u dikjarazzjonijiet jew irċevuti ta' flus.(a)Jekk l-istimi u d-dikjarazzjonijiet huma użati, l-ammonti għandhom jiġu aġġustati b'koefficjent li jirrifletti l-ammonti stmati u dikjarati qatt miġbura. Bħala trattament alternattiv, transfer kapitali, għas-setturi rilevanti jista' jiġi rreġistrat ekwivalenti għall-istess aġġustament. Il-Koefficjenti għandhom jiġu stmati fuq il-bażi ta' esperjenza mgħoddija u mistennijiet kurrenti fejn għandhom x'jaqsmu ammonti stmati u dikjarati qatt miġbura. Għandhom ikunu specifiċi għal tipi differenti ta' kontribuzzjonijiet soċjali.(b)Jekk huma użati rċevuti ta' flus, għandhom ikunu aġġustati fil-ħin sabiex il-flus huma attribwiti meta l-attività seħħet sabiex tiġġenera l-passivi tal-kontribuzzjoni soċjali (jew meta hu maħluq l-passiv). Dan l-aġġustament jista' jkun ibbażat fuq id-differenza fil-ħin medju bejn l-attività (jew il-ħolqien tal-passiv) u l-ircevuta tal-flus.Meta miżmuma fis-sors minn min jimpjega, il-kontribuzzjonijiet soċjali li għandhom jitħallsu lis-settur tal-gvern ġenerali għandhom jiġu inklużi fil-pagi u s-salarji anke jekk min jimpjega infatti m'għaddihomx lill-gvern ġenerali. Is-settur tal-familji mbagħad jidher li jħallas l-ammont sħiħ lis-settur tal-gvern ġenerali. L-ammonti infatti mhux imħallsa għandhom ikunu newtraliżżati taħt D.995 bħala transfer kapitali mill-gvern ġenerali lis-setturi ta' min jimpjega." | 4.150 Ħassar il-paragrafu 4.150 : "Il-Ħin tar-reġistrazzjoni: it-taxxi kapitali huma mniżżla fil-ħin meta l-passivi tat-taxxi jitqajjmu." | Issostitwixxi b'paragrafu gdid: 4.150 : "It-Taxxi rreġistrati fil-kontijiet jistgħu ikunu derivati minn żewġ sorsi: ammonti evidenzjati minn stimi u dikjarazzjonijiet jew irċevuti ta' flus.(a)Jekk l-istimi u d-dikjarazzjonijiet huma użati, l-ammonti għandhom jiġu aġġustati b'koefficjent li jirrifletti l-ammonti stmati u dikjarati qatt miġbura. Bħala trattament alternattiv, transfer kapitali, għas-setturi rilevanti jista' jiġi rreġistrat ekwivalenti għall-istess aġġustament. Il-Koefficjenti għandhom jiġu stmati fuq il-bażi ta' esperjenza mgħoddija u mistennijiet kurrenti fejn għandhom x'jaqsmu ammonti stmati u dikjarati qatt miġbura. Għandhom ikunu speċifiċi għal tipi differenti ta' taxxi.(b)Jekk huma użati rċevuti ta' flus, għandhom ikunu aġġustati fil-ħin sabiex il-flus huma attribwiti meta l-attività seħħet sabiex tiġġenera l-passivi tat-taxxa (jew meta l-ammont tat-taxxa kien iddeterminat). Dan l-aġġustament jista' jkun ibbażat fuq id-differenza medja fil-ħin bejn l-attività (jew id-determinazzjoni ta' l-ammont tat-taxxa) u l-ircevuta tat-taxxa tal-flus." | 4.165 | Żid fl-aħħar ta' l-ewwel sentenza tal-parti (f) referenza għall-parti l-ġdida (j) : "-ħlief il-każ partikolari ta' taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali li għandhom jitħallsu lis-settur tal-gvern ġenerali (ara 4.165 (j))." Inserixxi fl-aħħar tal-punt : "(j)Meta t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali li għandhom jitħallsu lis-settur tal-gvern ġenerali huma rreġistrati fuq il-bażi ta' stimi u dikjarazzjonijiet, il-parti li x'aktarx ma tinġabarx għandha tiġi newtraliżżata fl-istess perjodu tal-kontijiet. Dan jista' jsir "b'transfer kapitali iehor" (D.99), fil-linja specifika D.995, bejn il-gvern ġenerali u s-setturi rilevanti. Dan il-flow D.995 għandu jiġi subdiviż skond il-kodifikazzjoni tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali differenti kkoncernati." | 5.129 | Inserixxi fl-aħħar tal-paragrafu : "L-ammonti tat-taxxi u l-kontribuzjonijiet soċjali li għandhom jitħallsu lill-gvern ġenerali li għandhom jiġu inklużi taht AF.79 m'għandhomx jinkludu l-parti ta' dawn it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali li x'aktarx ma tinġabarx u li għalhekk tirrappreżenta pretensjoni tal-gvern ġenerali li m'għandha ebda valur reali." | 6.27 | Inserixxi fl-aħħar tal-punt (d) : "B'deroga mill-prinċipju ġenerali, din l-intestatura ma tinkludix taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali li għandhom jitħallsu lil-gvern ġenerali li l-gvern ġenerali jagħraf unilateralment bħala li x'aktarx ma jiġabrux. It-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali li għandhom jitħallsu lill-gvern ġenerali u li x'aktarx ma jinġabrux huma, fl-istess perjodu tal-kontabilità li ġġenera l-passiv, newtraliżżati fil-kalkolu tas-self/it-tislif nett tas-settur tal-gvern ġenerali u tas-setturi kontraparti (ara l-punt 1.57)." | 7.61 | Inserixxi fl-aħħar tal-paragrafu : "L-ammonti tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali li għandhom jitħallsu lill-gvern ġenerali li għandhom jiġu inklużi taht AF.79 m'għandhomx jinkludu l-parti ta' dawn it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali li x'aktarx ma tinġabarx u li għalhekk tirrappreżenta talba tal-gvern ġenerali li m'għandha ebda valur reali." | 9.47 Ħassar l-ewwel sentenza : "It-Taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti huma l-ammonti dovuti għall-pagament biss meta evidenzjati minn stimi tat-taxxi, dikjarazzjonijiet, eċċ. jew l-ammonti infatti mħallsa (ara l-paragrafu 4.27)." Ħassar fil-punt (b)(2) : "dan għandu jiġi mniżżel bħala bidla oħra fl-volum ta' l-assi u l-lijabilitajiet finanzjarja, jiġifieri mhux fit-tabella tal-fornitura u l-użu" . | Issostitwixxi l-ewwel sentenza b' : "Il-metodu ta' reġistrazzjoni tat-taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti hu definit fil-punti 4.27 u 4.40 rispettivament." | L-Anness IV Il-Klassifikazzjonijiet u l-kontijiet | Ġewwa l-klassifika ta' l-operazzjonijiet u flows oħrajn, wara "D.99 - Transfers kapitali oħrajn", il-lista li ġejja tal-kodiċi għandha tiżdied : "D.995Transfers kapitali mill-gvern ġenerali lis-setturi rilevanti li jirrappreżentaw it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali stmati imma li x'aktarx ma jinġabrux.D.99521Taxxi fuq il-prodotti stmati imma li x'aktarx ma jinġabruxD.99529Taxxi oħrajn fuq il-produzzjoni stmati imma li x'aktarx ma jinġabruxD.99551Taxxi fuq id-dħul stmat imma li x'aktarx ma jinġabruxD.99559Taxxi kurrenti oħrajn stmati imma li x'aktarx ma jinġabruxD.9956111Kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta' min jimpjega stmati imma li x'aktarx ma jinġabrux.D.9956112Kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta' l-impjegati stmati imma li x'aktarx ma jinġabrux.D.9956113Kontribuzzjonijiet soċjali minn persuni li jaħdmu għal rashom u dawk mhux impjegati stmati imma li x'aktarx ma jinġabrux.D.99591Taxxi kapitali stmati imma li x'aktarx ma jinġabrux." | EMENDI LILL-ANNESS B MAR-REGOLAMENT (KE) Nru 2223/96 Tabella 2: L-aggregati ewlenija tal-gvern ġenerali | Fl-aħħar tat-tabella il-kodiċi li ġej għandu jiżdied : "D.995Transfers kapitali mill-gvern ġenerali lis-setturi rilevanti li jirrappreżentaw it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali stmati imma li x'aktarx ma jinġabrux." | Tabella 9: Irċevuti ddettaljati tat-taxxa skond is-settur | Fl-aħħar tat-tabella il-flow li ġej D.995 u s-subdiviżjonijiet tiegħu, mingħajr tqassim f'sub-setturi li jirċievu, għandu jiżdied : "D.995Transfers kapitali mill-gvern ġenerali lis-setturi rilevanti li jirrappreżentaw it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali stmati imma li x'aktarx ma jinġabruxD.99521It-taxxi fuq il-prodotti stmati imma li x'aktarx ma jinġabruxD.99529Taxxi oħrajn fuq il-produzzjoni stmati imma li x'aktarx ma jinġabruxD.99551Taxxi fuq id-dħul stmat imma li x'aktarx ma jinġabruxD.99559Taxxi kurrenti oħrajn stmati imma li x'aktarx ma jinġabruxD.9956111Il-kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta' min jimpjega stmati imma li x'aktarx ma jinġabruxD.9956112Il-kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta' l-impjegati stmati imma li x'aktarx ma jinġabruxD.9956113Il-kontribuzzjonijiet soċjali minn persuni li jaħdmu għal rashom u dawk mhux impjegati stmati imma li x'aktarx ma jinġabruxD.99591__NEWLINE__It-taxxi kapitali stmati imma li x'aktarx ma jinġabrux__NEWLINE__D.2 + D.5 + D.91 + D.611 - D.995__NEWLINE__L-irċevuti totali mit-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali wara t-tnaqqis ta' l-ammonti stmati imma li x'aktarx ma jinġabrux." | --------------------------------------------------