Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0901

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 901/2001 tas-7 ta' Mejju 2001 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' l-urea li joriġinaw mir-Russja

    ĠU L 127, 9.5.2001, p. 11–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2007; Imħassar b' 32007R0907

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/901/oj

    32001R0901



    Official Journal L 127 , 09/05/2001 P. 0011 - 0019


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 901/2001

    tas-7 ta' Mejju 2001

    li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' l-urea li joriġinaw mir-Russja

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet mixtrija bi prezz baxx ħafna minn pajjiżi li mhux membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A. PROĊEDURA

    1. Investigazzjonijiet preċedenti

    (1) Fl-1987, il-Kummissjoni imponiet dazju [2]anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' l-urea li joriġinaw, fost l-oħrajn, mill-Unjoni Sovjetika. Permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3339/87 [3], il-Kunsill aċċetta l-impriżi rigward l-importazzjonijiet ta' l-urea, fost l-oħrajn, minn dik li kienet l-Unjoni Sovjetika. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/143/KEE [4], dawn l-impriżi ġew ikkonfermati. F'Marzu 1993 il-Kummissjoni bdiet tirrevedi d-deċiżjoni li permezz tagħha taċċetta impriżi għall-importazzjonijiet ta' l-urea li joriġinaw, fost l-oħrajn, minn dik li kienet l-Unjoni Sovjetika [5]. Dan irriżulta fl-imposizzjoni ta' dazju anti-dumping definittiv permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 477/95 [6] fuq l-urea li toriġina mill-Federazzjoni Russa ("ir-Russja"). L-ammont tad-dazju imponut kien id-differenza bejn 115 ECU kull tunnellata metrika u n-nett, prezz b'xejn fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel il-clearance mid-dwana, jekk dan il-prezz ikun aktar baxx.

    2. Investigazzjonijiet li jikkonċernaw pajjiżi oħra

    (2) F'Ottubru 2000 kienet inbdiet investigazzjoni għal kontra d-dumping rigward l-importazzjonijiet ta' l-urea li joriġinaw mill-Belarus, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Eġittu, l-Estonja, il-Litwanja, il-Libja, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Ukrajna [7]. Din l-investigazzjoni fil-preżent għadha għaddejja.

    3. Investigazzjoni preżenti

    3.1. Talba għal reviżjoni

    (3) F'Settembru 1999, il-Kummissjoni ppubblikat l-avviż ta' l-iskadenza li kien imiss [8] tal-miżuri fis-seħħ dwar l-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' l-urea li joriġinaw mir-Russja. Il-Kummissjoni sussegwentement irċiviet talba biex tirrevedi l-miżuri skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [9] (ir-"Regolament bażiku"). It-talba kienet mressqa fit-3 ta' Diċembru 1999 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Fabbrikanti ta' Fertilizzanti (EFMA) f'isem il-produtturi li jirrapreżentaw parti kbira mill-produzzjoni Komunitarja ta' l-urea (il-"prodott ikkonċernat"). It-talba kienet ibbażata fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri kienet x'aktarx ser twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta' dumping u ħsara għall-industrija tal-Komunità.

    3.2. Avviż li ser jingħata bidu

    (4) Wara li stabbilixxu, fuq konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Konsulenza, li provi biżżejjed kienu disponibbli biex jingħata bidu għar-reviżjoni, il-Kummissjoni waqqfet investigazzjoni skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku f'Marzu 2000 [10].

    3.3. Perjodu ta' investigazzjoni

    (5) Il-perjodu ta' l-investigazzjoni dwar l-analiżi tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara kopra l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 1999 u l-31 ta' Diċembru 1999 (l-"IP"). L-analiżi ta' tendenzi li huma meħtieġa biex issir stima fuq il-kontinwazzjoni u r-rikorrenza tal-ħsara (il-"il-perjodu ta' reviżjoni") koprew il-perjodu mill-1 ta' Jannar 1996 sa l-aħħar ta' l-IP.

    3.4. Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni

    (6) Il-Kummissjoni avżat b'mod uffiċjali lill-produtturi applikanti tal-Komunità, lill-produtturi li qed jesportaw mir-Russja, lill-importaturi, lil dawk l-utenti u l-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma ikkonċernati u lir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat li qed jesporta li ingħata bidu għar-reviżjoni. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi li qed jesportaw, produtturi tal-Komunità, importaturi, dawk l-utenti u l-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma ikkonċernati u lil dawk li għamlu lilhom innifishom magħrufa fil-limitu tal-ħin stabbilit fl-avviż ta' bidu. Barra minn dawn, il-produttur uniku tar-Repubblika ta' l-Islovakkja, li bħala pajjiż kien ikkonsidrat adattat u analogu, ġie avżat u rċieva kwestjonarju.

    (7) Ħdax-il produttur tal-Komunità, produttur wieħed analogu ta' pajjiż, importatur, assoċjazzjoni waħda ta' utenti, u utent wieħed wieġbu l-kwestjonarju. Rigward il-pajjiż ikkonċernat li qed jesporta, l-ebda mill-kwestjonarji ma ġew riċevuti lura.

    3.5. Verifika ta' l-informazzjoni li ġiet irċevutha

    (8) Il-Kummissjoni fittxet u ivverifikat l-informazzjoni kollha li hi ikkonsidrat bħala neċessarja bl-iskop li tiġi stabbilita l-kontinwazzjoni u r-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara u l-interess tal-Komunità. Il-Kummissjoni tat ukoll l-opportunità lill-partijiet direttament ikkonċernati biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu seduta.

    (9) Żjarat ta' verifika saru fil-bini tal-kumpanniji li ġejjin:

    Produtturi tal-Komunità:

    Hydro Agri Brunsbüttel, Ġermanja

    Hydro Agri Italia SpA, Italja

    Irish Fertilizer Industries Ltd., Irlanda

    Produttur analogu ta' pajjiż:

    Duslo, as, Sal'a, Slovakkja

    Importatur mhux relatat:

    Cargill BV, Amsterdam, Olanda

    Utenti/Assoċjazzjoni ta' utenti:

    Sadepan Chimica SRL, Viadana, Italja

    Svenska Lantmännen, Stokkolma, Svezja.

    B. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

    1. Prodotti ikkonċernati

    (10) Il-prodott ikkonċernat b'din il-proċedura huwa l-istess bħal dak ta' l-investigazzjoni preċedenti, i.e. urea. Fil-biċċa l-kbira huwa prodott mill-ammonja li hija prodotta mill-gass naturali. Jista' jieħu forma likwida jew solida:. Urea solida tista' tintuża għal skopijiet ta' agrikoltura u industrijali. Urea ta' grad ta' l-agrikoltura tista' tintuża kemm bħala fertilizzant, fejn tiġi mferxxa fuq il-ħamrija, jew bħala adittiv fl-ikel ta' l-annimali. Urea ta' grad industrijali hija l-materja prima għal ċertu tipi ta' kolla u plastik. Urea likwida tista' tintuża kemm bħala fertilizzant kif ukoll għal skopijiet industrijali. It-tipi kollha ta' urea għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimikali u jistgħu jiġu meqjusa bħala prodott wieħed għall-iskopjiet tar-reviżjoni kurrenti.

    (11) Il-prodott ikkonċernat jagħmel parti mill-kodiċi NM 31021010 u 31021090. Waħda mill-assoċjazzjonijiet ta' l-importaturi tablet biex l-urea importata skond il-kodiċi NM 31021090 għandha tiġi eskluża mir-reviżjoni kurrenti, hekk kif din ilha ma tiġi impurtata għal numru ta' snin.

    (12) B'referenza għal din it-talba, għandu jiġi innutat li, anke jekk għal numru ta' snin ma sarux importazzjonijiet skond il-kodiċi NM 31021090, il-prodott klassifikat skond dan il-kodiċi NM jagħmel parti b'mod ċar mill-kategorija unika ta' prodott li tifforma l-"prodott ikkonċernat" u aktar minn hekk ma jistgħax jiġi eskluż li dawn l-importazzjonijiet isiru fil-futur.

    2. Prodotti simili

    (13) L-investigazzjoni uriet li l-prodott iffabrikat u mibjugħ mill-produtturi tal-Komunità fis-suq tal-Komunità huwa simili minn kull aspett għall-urea prodotta fir-Russja u esportata lejn il-Komunità. Għalhekk hija ikkonsidrata bħala prodott simili fis-sens ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. Instab ukoll li l-urea esportata mir-Russja lejn il-Komunità u l-urea prodotta u mqiegħedha fis-suq domestiku ta' l-Islovakkja, li serviet bħala pajjiż analogu, kienet simili.

    Ċ. RIKORRENZA JEW KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING

    (14) Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie analizzat jekk l-iskadenza tal-miżuri kinetx ser twassal għall-kontinwazzjoni u/jew ir-rikorrenza tad-dumping.

    (15) Waqt l-IP, 25 Ktunnellata ta' urea ġiet impurtata mir-Russja (paragunat ma' 117-il Ktunnellata impurtata waqt l-IP (1992) u 271 Ktunnellata fl-1986). Dan jirrapreżenta sehem fis-suq ta' 0,4 %.

    1. Probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping

    1.1. Pajjiż analogu

    (16) Il-valur normali kien ibbażat, skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, fuq l-informazzjoni miksuba minn terz pajjiż bl-ekonomija tas-suq fejn il-prodott ikkonċernat kien iffabrikat u mibjugħ. Fl-Avviż ta' Inizjazzjoni l-Kummissjoni issuġġeriet lir-Repubblika ta' l-Islovakkja bħala pajjiż analogu xieraq hekk kif dan kien diġà ġie użat bħala pajjiż analogu fl-aħħar investigazzjoni u l-proċeduri ta' produzzjoni u l-aċċess għall-materji primi fir-Repubblika ta' l-Islovakkja huma l-istess bħal dawk li jeżistu fir-Russja.

    (17) Waħda mill-assoċjazzjonijiet ta' l-importaturi oġġezzjonat għal din l-għażla tar-Repubblika ta' l-Islovakkja bħala pajjiż analogu għar-raġunijet li ġejjin: Ir-Repubblika ta' l-Islovakkja, għal kuntrarju tar-Russja, ma tipproduċix gass naturali. Hekk kif il-gass huwa l-materja prima bażika għall-produzzjoni ta' l-urea, huwa l-aktar element importanti fl-ispiża tal-prodott finali. Barra minn hekk, ġie msemmi li r-Repubblika ta' l-Islovakkja hija totalment dipendenti fuq il-gass Russu u tħallas prezz għoli ħafna għalih. Għalhekk ġie msemmi li l-użu tar-Repubblika ta' l-Islovakkja bħala pajjiż analogu kien ser jgħolli l-valur normali b'mod artifiċjali u għalhekk iwassal għal riżultat ta' marġini artifiċjalment għoli ta' dumping.

    (18) It-tieni, l-assoċjazzjoni ta' l-importaturi issuġġeriet li minħabba l-importanza tal-gass fil-produzzjoni ta' l-urea, kwalunkwe pajjiż analogu f'dan il-każ għandu jkun pajjiż li jipproduċi l-gass. L-assoċjazzjoni ta' l-importaturi ipproponiet in-Norveġja, l-Kanada jew l-Għarabja Sawdita bħala pajjiżi analogi alternattivi.

    (19) Rigward l-ewwel allegazzjoni, għandu jiġi ċċarat li l-prezzijiet tal-gass Russu huma mraħħsa sew fis-suq Russu u m'humiex determinati mill-forzi tas-suq. Barra minn hekk, l-ebda prova ma ġiet imressqa li l-prezzijiet tal-gass fis-suq Slovakk huma aktar għolja mill-prezzijiet tal-gass f'ekonomiji oħra tas-suq. Il-Kummissjoni lanqas ma sabet indikazzjoni li dan kien il-każ meta ġew imqabbla l-prezzijiet tal-gass fl-Islovakkja waqt l-IP mal-prezzijiet tal-gass f'ekonomiji oħra tas-suq. Għalhekk ma jistax jiġi aċċettat li l-għażla tar-Repubblika ta' l-Islovakkja bħala pajjiż analogu isservi biex jiġi miżjud b'mod artifiċjali l-valur normali. Rigward it-tieni argument, il-Kummissjoni analizzat jekk kienux aktar xierqa l-pajjiżi ipproponuti. In-Norveġja ovvjament ma kienx ikun pajjiż adattat hekk kif ma jipproduċix l-urea. L-Għarabja Sawdita ma kinitx ikkonsidrata bħala approprjata hekk kif il-leġislazzjoni ta' dan il-pajjiż tippermetti prezzijiet artifiċjalment baxxi tal-materja prima għall-industrija nazzjonali li tagħmel użu mill-gass naturali u tipprovdi inċentivi ta' investiment għall-industrija tal-fertilizzanti ta' dan il-pajjiż. Rigward il-Kanada, l-ebda koperazzjoni ma setgħet tinkiseb mill-industrija Kanadiża ta' l-urea.

    (20) L-għażla tar-Repubblika ta' l-Islovakkja bħala pajjiż analogu għalhekk baqgħet fis-seħħ għar-raġunijiet li ġejjin: Kienet intużat bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni preċedenti; il-proċeduri tal-produzzjoni u l-aċċess għall-materja prima fir-Repubblika ta' l-Islovakkja huma l-istess bħal dawk li jeżistu fir-Russja; il-prezzijiet ta' gass naturali fir-Repubblika ta' l-Islovakkja kienu kompetittivi u mhux aktar għolja mill-prezzijiet tal-gass f'ekonomiji oħra tas-suq; livell għoli ta' koperazzjoni minn dak il-pajjiż seta' jinkiseb. L-uniku produttur Slovakk qabel biex jikkopera fl-investigazzjoni u kien stabbilit ukoll li l-bejgħ domestiku li jsir minn dan il-produttur ikun rappreżentattiv bħala paragun mal-volum ta' l-esportazzjoni mir-Russja lejn il-Komunità.

    (21) Fuq bażi ta' dan, ġie konkluż li r-Repubblika ta' l-Islovakkja kienet għażla xierqa u razzjonali bħala pajjiż analogu sabiex tistabbilixxi l-valur normali ta' l-importazzjonijiet ta' l-urea li joriġinaw mir-Russja.

    1.2. Valur normali

    (22) L-ewwelnett, ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku li jsir mill-kumpannija Slovakka li kienet qed tikkopera kienx rappreżentattiv meta mqabbel ma' l-importazzjonijiet lejn il-Komunità li kienu kkonċernati mill-investigazzjoni. F'dan il-kuntest, ġie ikkonsidrat xieraq li jiġi eskluż il-bejgħ ma' l-partijiet relatati, hekk kif dan ma sarx waqt il-kors ordinarju tal-kummerċ. Wara l-esklużjoni ta' dan il-bejgħ, ġie stabbilit li l-bejgħ dirett tal-produttur Slovakk li kien qed jikkopera kien rappreżentattiv biżżejjed hekk kif dan sar fi kwantitajiet sinifikanti meta mqabbel mal-volum medju ta' l-esportazzjonijiet irreġistrati bħala mibjugħa fil-Komunità mill-produtturi Russi li esportaw waqt l-IP.

    (23) Kien stabbilit imbagħad li dan il-bejgħ dirett lill-klijenti li ma kienux relatati seta' jiġi kkonsidrat bħala mwettaq fil-kors ordinarju tal-kummerċ, meta jitqabblu l-prezzijiet domestiċi u l-ispejjeż tal-produzzjoni.

    (24) Il-valur normali ġie għalhekk stabbilit bħala l-medja peżata tal-prezzijet attwali tal-bejgħ dirett kollu fis-suq Slovakk lill-klijenti mhux relatati.

    1.3. Prezz ta' l-esportazzjoni

    (25) Hekk kif il-produtturi li jesportaw ma kkoperawx, il-prezz ta' l-esportazzjoni ġie stabbilit fuq bażi tal-fatturi disponibbli, skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. F'dan il-każ dan sar b'referenza għall-prezz medju ta' l-importazzjoni kif irrapportat mill-Eurostat.

    1.4. Paragun

    (26) Hekk kif l-urea hija prodott bl-ingrossa u l-ispejjeż tat-trasport jirrapreżentaw parti kbira mill-prezz tal-bejgħ, ġie ikkonsidrat xieraq li l-paragun jitwettaq fuq bażi ta' ex-xogħlijiet. Konċessjoni dovuta ġiet mogħtija fil-forma ta' aġġustamenti biex tagħmel tajjeb għad-differenzi li jolqtu l-paragun tal-prezz, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari aġġustament fuq il-valur normali sar fil-każ ta' l-ispejjeż ta' l-ippakkjar fil-waqt li l-prezz ta' l-esportazzjoni ġie aġġustat għall-ispejjeż tat-trasport magħmula fir-Russja u l-kunsinna mir-Russja għall-Komunità fuq bażi ta' l-informazzjoni inkluża fl-ilment u informazzjoni oħra disponibbli.

    1.5. Marġini tad-dumping

    (27) Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini tad-dumping ġie stabbilit billi sar paragun tal-valur medju normali fil-pajjiż analogu mal-prezz medju ta' l-esportazzjoni kull tunnellata metrika ibbażat fuq l-informazzjoni tal-Eurostat.

    (28) Il-paragun żvela l-preżenza ta' dumping sinifikanti (il-fuq minn 35 %). Il-livell tad-dumping għalhekk huwa aktar għoli minn dak ta' l-investigazzjoni preċedenti (28,2 %).

    1.6. Konklużjoni

    (29) Xejn minn dak li nstab fl-investigazzjoni ma jindika li l-livell tad-dumping jista' jispiċċa jew anke jonqos jekk il-miżuri ta' kontra d-dumping jitħassru. Għalhekk ġie konkluż li, jekk il-miżuri jitħassru, ikun hemm probabbiltà li l-importazzjonijiet mir-Russja jkomplu bi prezzijiet baxxi ħafna. Madankollu, fid-dawl tal-volum limitat ta' l-esportazzjonijiet waqt l-IP, ġie meqjus ukoll bħala xieraq li jiġi eżaminat jekk kienx hemm probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping f'volumi miżjuda ta' esportazzjoni jekk il-miżuri preżenti jiġu mħassra.

    2. Probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping

    2.1. Analiżi tas-sitwazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat

    (30) Kif imsemmi aktar il-fuq instab li l-importazzjonijiet lejn il-Komunità saru bi prezzijiet baxxi ħafna. Madankollu, l-volumi ta' l-importazzjoni waqt l-IP kienu baxxi (0,4 % tal-konsum tal-Komunità). Għalhekk saret analiżi aktar fil-fond jekk xi ċirkostanzi oħra setgħu jindikaw il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' aktar importazzjonijiet li jkunu l-oġġett ta' dumping, jekk il-miżuri jiġu mħassra.

    2.1.1. Kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

    (31) Fin-nuqqas ta' koperazzjoni mill-esportaturi Russi, il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, ibbażat l-analiżi tagħha fuq l-informazzjoni ipprovduta fit-talba għar-reviżjoni kif ukoll fuq l-informazzjoni miksuba minn studju indipendenti u speċjaliżżat dwar is-suq li sar minn dawk li ressqu l-ilment waqt li kienet għaddejja l-investigazzjoni.

    (32) Skond is-sorsi msemmija hawn fuq, il-kapaċità tal-produzzjoni Russa ta' l-urea fl-aħħar snin hija stmata bħala ta' madwar 5300 Ktunnellata kull sena. L-istess sorsi jqisu l-produzzjoni Russa attwali bħala ta' madwar 3700 Ktunnellata kull sena. Il-produtturi Russi għalhekk ikunu f'posizzjoni li jipproduċu 1600 K tunnellata oħra kull sena, li jirrapreżentaw 26,5 % tal-konsum tal-Komunità ta' l-1999.

    2.1.2. L-esportazzjonijiet Russi lejn il-Brażil, il-Messiku u t-Turkija

    (33) Rigward il-possibiltà ta' aktar bejgħ Russu fis-swieq ta' terzi pajjiżi, il-Kummissjoni sabet li diġà qed isiru esportazzjonijiet ta' l-urea Russa lejn terzi pajjiżi. Volumi kbar ta' esportazzjonijiet lejn il-Brażil, il-Messiku u t-Turkija ġew irreġistrati fl-1999 u m'hemm l-ebda indikazzjoni li l-konsum domestiku f'dawn il-pajjiżi ser jiżdied b'mod sinifikanti fis-snin li ġejjin. Huwa improbabbli għalhekk li dawn is-swieq jassorbu l-kwantitajiet addizzjonali li l-produtturi Russi għandhom il-kapaċità jipproduċu.

    (34) Rigward il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni, instab li l-prezz ta' materjal Russu mibjugħ fis-swieq Brażiljani, Messikani u Torok kien sostanzjalment aktar baxx mil-livell tal-prezz tad-distribuzzjonijiet Russi lejn il-Komunità.

    (35) L-importazzjonijiet lejn il-Brażil, il-Messiku u t-Turkija għalhekk jidhru li qed isiru bi prezzijiet li huma ferm aktar mraħħsa mill-importazzjonijiet Russi lejn il-Komunità.

    (36) Fid-dawl tad-distanza qasira bejn il-produtturi Russi u s-suq Ewropew u possibilment il-marġini aktar għoli hemmhekk fuq il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni, x'aktarx li ta' l-inqas parti mill-esportazzjonijiet Russi lejn il-Brażil, il-Messiku u t-Turkija jiġu dirottati lejn il-Komunità jekk il-miżuri jiġu mħassra.

    2.2. Konklużjoni

    (37) Il-kapaċità produttiva kbira Russa mhux utiliżżata, il-volumi sostanzjali ta' esportazzjonijiet Russi lejn il-Brażil, il-Messiku u t-Turkija u l-livell baxx tal-prezz ta' dawn l-esportazzjonijiet (aktar baxxi mill-prezzijiet ta' l-esportazzjoni Russi lejn il-Komunità, li diġà huma mraħħsa b'mod sinifikanti u li huma ġeneralment aktar baxxi mill-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità) jindikaw li x'aktarx l-iskadenza tal-miżuri kurrenti anti-dumping kontra l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-Russja ser iwassal għar-rikorrenza ta' volumi kbar ta' esportazzjonijiet mraħħsa lejn is-suq tal-Komunità.

    (38) Mingħajr il-miżuri, il-volumi ta' l-esportazzjoni Russi żgur li jistgħu faċilment jilħqu l-livell ta' l-IP preċedenti, 117-il Ktunnellata, jew anke l-livelli ta' l-1994, 300 K tunnellata. Dan huwa ferm probabbli minħabba d-distanza qasira bejn ir-Russja u s-suq tal-Komunità. Il-prezzijiet ta' l-esportazzjonijiet Russi mħallsa mill-Brażil, mill-Messiku u mit-Turkija waqt l-IP jistgħu iservu bħala indikazzjoni tal-livell tal-prezz ta' l-esportazzjonijiet li possibilment jistgħu isiru lejn il-Komunità fil-ġejjieni. Huwa probabbli għalhekk li jkun hemm rikorrenza ta' dumping għoli f'volumi sinifikanti.

    D. DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

    (39) L-investigazzjoni stabbiliet li, waqt l-IP, il-11-il produttur applikant tal-Komunità kienu jirrapreżentaw aktar mill-85 % tal-produzzjoni ta' l-urea tal-Komunità. Huma għalhekk jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

    E. ANALIŻI TAS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-KOMUNITÀ

    1. Konsum

    (40) Il-konsum perċetibbli ta' l-urea fil-Komunità kien stabbilit fuq bażi tal-volum tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità, il-volum tal-bejgħ ta' produtturi oħra tal-Komunità kif ukoll l-importazzjonijiet ta' l-urea lejn il-Komunità mill-pajjiż ikkonċernat u mit-terzi pajjiżi l-oħra. Il-produzzjoni għall-użu ta' ħakma ma ttieħditx in konsiderazzjoni meta ġie stabbilit il-konsum tal-Komunità hekk kif din il-produzzjoni ma tinbiegħx fis-suq ħieles, iżda tkompli tiġi ipproċessata f'prodotti oħra differenti, fejn il-prodott in konsiderazzjoni huwa biss wieħed mill-komponenti. L-industrija tal-Komunità ma importatx u lanqas ma xtrat l-urea għall-użu ta' ħakma. Il-bejgħ ta' l-urea għalhekk prodotta u wżata fis-suq maħkum ma kinitx f'kompetizzjoni mal-bejgħ ta' l-urea li hi prodotta u mibjugħa fis-suq mhux maħkum u għalhekk x'aktarx li ma kinux ser ikunu suġġetti għall-effetti ta' l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

    (41) Fuq bażi ta' dan, il-konsum żdied b'mod kontinwu b'25,8 % waqt il-perjodu ta' l-analiżi, minn madwar 4,8 miljun tunnellata metrika fl-1996 għal madwar 6 miljun tunnellata metrika waqt l-IP.

    2. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    2.1. Volum u sehem fis-suq

    (42) Għandu jiġi innutat li l-volumi ta' l-importazzjoni mir-Russja kienu għandhom sinifikanti bejn l-1990 u l-1994, hekk kif dawn laħqu livell ta' 300 Ktunnellata fl-1994. F'dan il-perjodu il-miżuri anti-dumping kienu fis-seħħ fil-forma ta' impriża. Fuq bażi tal-figuri ta' l-Eurostat, wara li l-forma tal-miżura inbidlet f'dazju fl-1995, l-ammont tbaxxa ferm bejn l-1995 u l-1996. Raġuni waħda għal dan it-tnaqqis kienet il-bidla fil-forma tal-miżura. Il-volumi ta' l-importazzjoni imbagħad baqgħu l-istess bejn l-1996 u l-1998 u reġgħu tbaxxew sostanzjalment waqt l-IP. Ma jistax jiġi eskluż li ż-żieda sinifikanti fl-esportazzjonijiet lejn il-Komunità minn terzi pajjiżi oħra ikkontribwiet għal dan in-nuqqas.

    (43) Is-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet lejn il-Komunità mill-pajjiż ikkonċernat naqset minn 0,9 % fl-1996 għal 0,4 % waqt l-IP.

    2.2. Prezzijiet

    (44) Il-medja tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet cif ikkonċernati żdiedet b'mod sostanzjali wara l-imposizzjoni tad-dazju anti-dumping, ibbażat fuq il-prezz minimu ta' l-importazzjoni, fl-1995. Mill-1998, instab li seħħ nuqqas sinifikanti tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet. Madankollu, mill-1997, u aktar sinifikanti mill-1998, il-prezzijiet Russi ta' l-urea kienu fl-aktar punt għoli ta' l-iskala tal-prezzijiet li jiġu mitluba biex jitħallsu fil-Komunità mill-produtturi li jesportaw ta' terzi pajjiżi oħra, dan parzjalment jispjega r-raġuni għala l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja ma setgħux jiggwadanjaw ishma fis-suq.

    (45) Assoċjazzjoni ta' l-importaturi irreklamat li l-Kummissjoni għandha, għall-iskop ta' paragun tal-prezzijiet, tati każ id-differenzi bejn il-kwalità ta' l-urea Russa u l-urea prodotta mill-industrija tal-Komunità. F'dan ir-rigward, il-miżuri li fil-preżent qed jintużaw jinkorporaw 10 % aġġustament għall-kwalità. Barra minn hekk, il-prospettiva ta' reviżjoni ta' l-iskadenza, b'differenza minn ċerti reviżjonijiet li jsiru f'nofs perjodu, ma tirrikjedix kalkulazzjonijiet ġodda tal-marġini tal-ħsara ibbażati fuq il-paraguni tal-prezzijiet.

    3. Is-sitwazzjoni ekonomika ta' l-industrija tal-Komunità

    3.1. Produzzjoni

    (46) il-produzzjoni totali ta' l-urea mill-industrija tal-Komunità għall-bejgħ fis-suq tal-Komunità, i.e. li teskludi l-produzzjoni għall-użu ta' ħakma li irrapreżentat madwar 25 % tal-produzzjoni totali, żdied b'7,5 % bejn l-1996 u l-IP. Żieda sinifikanti seħħet bejn l-1996 u l-1997, fil-waqt li l-produzzjoni naqset ftit bejn l-1998 u l-IP.

    3.2. Kapaċità u l-użu tal-kapaċità

    (47) Ir-rata ta' l-użu tal-kapaċità kienet relattivament stabbli ta' madwar 86 % fl-1996 u l-1997. Wara naqset għal 84,7 % fl-1998 u għal 82,5 % waqt l-IP.

    (48) Madankollu, l-ammonju użat fil-produzzjoni ta' l-urea jista' wkoll jiġi użat għall-produzzjoni ta' fertilizzanti oħra. Ir-rata ta' l-użu tal-kapaċità tal-produzzjoni ta' l-urea kif ukoll l-iżvilupp tagħha huma milquta wkoll mill-iżvilupp ta' fertilizzanti oħra.

    3.3. Bejgħ fil-Komunità

    (49) Il-volum totali tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità tela' minn madwar 3,2 miljun tunnellata metrika fl-1996 għal madwar 3,8 miljun tunnellata metrika waqt l-IP, li jirrapreżenta żieda ta' 17 %. Iż-żieda fil-bejgħ kienet l-aktar evidenti bejn l-1997 u l-1998.

    3.4. Ħażniet

    (50) Il-livell tal-ħażniet mhux ikkonsidrat bħala indikatur validu tal-ħsara minħabba l-effett taż-żmien fuq il-bejgħ, minħabba l-fatt li l-urea utiliżżata għall-użu ta' ħakma tiġi maħżuna flimkien ma' l-urea li tinbigħ kif inhi fis-suq u minħabba l-fatt li l-urea hija parzjalment maħżuna mill-produtturi nnifishom u parzjalment maħżuna minn koperattivi ta' bdiewa.

    3.5. Sehem tas-suq

    (51) F'suq li fuq kollox qed jespandi, minkejja ż-żieda fil-volumi tal-bejgħ, is-sehem tas-suq ta' l-industrija tal-Komunità naqas minn madwar 67 % fl-1996 għal madwar 63 % fl-IP, għalhekk mhux jibbenefika mill-espansjoni tas-suq.

    3.6. Prezzijiet

    (52) Il-prezz medju tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità naqas kull sena mill-1996 sa l-IP, dan wassal għal tnaqqis totali ta' madwar 40 % bejn l-1996 u l-IP, skond it-tendenza ġenerali tal-prezzijet fis-suq. Il-fatturi li jinfluwenzaw din it-tendenza jidhru li huma l-preżenza ta' l-importazzjonijiet minn terzi pajjiżi oħra fis-suq tal-Komunità u d-dumping misjub li jikkonċerna fertilizzanti oħra bħal nitrat ta' l-ammonju u taħlit ta' urea nitrat ta' l-ammonju, li kellhom effett ta' tnaqqis tal-prezz fuq il-fertilizzanti kollha tan-nitroġenu. Barra minn hekk għandu jiġi innutat li f'April ta' l-1997 ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina imponiet projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' l-urea. Is-suq Ċiniż huwa bejn wieħed u ieħor erba' darbiet akbar mis-suq tal-Komunità u, qabel dik id-deċiżjoni, kien fornut primarjament permezz ta' l-importazzjonijiet. Il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni għalhekk kellha impatt fuq il-prezzijiet ta' l-urea fil-Komunità hekk kif ħafna terzi pajjiżi kienu jqassmu porzjon imdaqqas ta' l-esportazzjonijiet tagħhom lejn ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. It-tnaqqis fil-prezzijiet ta' l-enerġija (il-gass naturali jkun il-materja prima prinċipali għall-produzzjoni ta' l-urea) seta' kellu effett fuq il-prezzijiet tal-bejgħ.

    3.7. Profittabilità u qliegħ mill-investiment

    (53) Il-profittabilità ta' l-industrija tal-Komunità, espressa bħala persentaġġ tal-valur nett tal-bejgħ naqset b'mod kontinwu bejn l-1996 u l-IP Din it-tendenza għandha titqies fid-dawl ta' l-evoluzzjoni tal-prezz, li filfatt uriet tendenzi simili. Il-profittabilità saret negattiva fl-1998 u l-livell tat-telf żdied b'mod sinifikanti waqt l-IP.

    (54) Il-qliegħ fuq l-investimenti segwa t-tendenza ta' tnaqqis fil-profittabilità waqt il-perjodu li qed jiġi analizzat. Din it-tendenza negattiva hija aktar sinifikanti minħabba l-effett konġunt tat-tnaqqis tal-profittabilità u ż-żieda ta' l-investimenti.

    3.8. Ċirkolazzjoni ta' flus

    (55) Iċ-ċirkolazzjoni ta' flus iġġenerata mill-industrija tal-Komunità b'relazzjoni mal-bejgħ ta' l-urea segwiet b'mod strett ħafna t-tendenza ta' profittabilità.

    3.9. Abbiltà biex jiżdied il-kapital

    (56) Il-kumpanniji li jimmanifatturaw l-urea jagħmlu parti minn gruppi akbar. L-ebda diffikultajiet ma ġew irrapportati.

    3.10. Impiegi, produttività u pagi

    (57) L-impiegi naqsu minn 1638 impjegat fl-1996 għal 1469 impjegat waqt l-IP, tnaqqis ta' madwar 10 %. Il-produttività żdiedet b'mod kontinwu waqt il-perjodu taħt reviżjoni. Rigward il-pagi, dawn tbaxxew fl-1997, iżda imbagħad segwew it-tendenza tal-produttività.

    3.11. Investimenti

    (58) L-industrija tal-Komunità wettqet ħafna investimenti bejn l-1996 u l-IP. Wieħed għandu jinnota li l-investimenti li saru fl-impjanti ta' l-ammonju, li huma investimenti fil-marġini għolja, huma wkoll parzjalment inklużi. L-investimenti kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom relatati ma' investimenti diretti fl-impjant u l-makkinarju tal-proċessi tal-produzzjoni ta' l-urea u l-ammonju.

    4. Importazzjonijiet minn terzi pajjiżi oħra

    (59) Il-volum ta' l-importazzjoni ta' l-urea minn terzi pajjiżi oħra minbarra r-Russja żdied bejn l-1996 u l-IP b'madwar 665 Ktunnellata, minn 1187 Ktunnellata għal 1852 K tunnellata, fuq bażi tal-Eurostat.

    (60) Jidher li din iż-żieda għandha tiġi ikkonsidrata fid-dawl tal-projbizzjoni ta' l-importazzjonijiet ta' l-urea fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina f'April ta' l-1997, li wasslet għal xi pajjiżi biex idawwru l-esportazzjonijiet tagħhom lejn pajjiżi oħra. Dawn it-terzi pajjiżi oħra żiedu s-sehem tagħhom fis-suq tal-Komunità b'6 punti ta' persentaġġ bejn l-1996 u l-IP. Il-medja korrispondenti tal-prezzijiet cif, ibbażati fuq il-Eurostat, naqset b'mod sinifikanti bejn l-1996 u l-IP.

    5. Konklużjoni

    (61) Fil-waqt li l-konsum fis-suq tal-Komunità żdied, fl-1996, i.e. eżatt wara l-imposizzjoni tat-taxxa fl-1995, is-sehem tar-Russja fis-suq kien diġà waqa' taħt il-1 %. Il-medja tal-prezz ta' dawn l-importazzjonijiet, kif dikjarat mid-dwana, naqas u, waqt l-IP, kien inqas mill-prezz minimu ta' l-importazzjoni ta' 115 ECU/tunnelata metrika. L-importazzjonijiet Russi ma kinux kapaċi jiksbu ishma fis-suq, minħabba wkoll iż-żieda fil-preżenza ta' terzi pajjiżi oħra fis-suq tal-Komunità, li l-prezzijiet tagħhom kienu aktar baxxi minn dawk Russi mill-1997-il quddiem.

    (62) It-titjib mistenni tas-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità ma seħħx, l-aktar minħabba ż-żieda fil-preżenza ta' fornituri minn terzi pajjiżi oħra fis-suq.. Fil-waqt li l-volumi tal-produzzjoni u l-bejgħ żdiedu, indikazzjonijiet oħra ekonomiċi iddeterjoraw b'mod sinifikanti, i.e. l-utilizzazzjoni tal-kapaċità, l-ishma fis-suq, il-prezzijiet, il-profittabilità, il-qliegħ fuq l-investiment, iċ-ċirkolazzjoni tal-flus, ix-xogħol. B'mod partikolari it-tnaqqis kbir tal-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità kellu effett negattiv fuq il-profittabilità tagħha. Din is-sitwazzjoni għandha titqies fid-dawl taż-żieda fil-preżenza ta' l-importazzjonijiet fis-suq tal-Komunità minn terzi pajjiżi oħra, li gwadanjaw ishma sinifikanti fis-suq wara l-imposizzjoni tal-miżuri. Għandu jiġi nnutat li investigazzjoni kontra d-dumping inbdiet f'Ottubru 2000 fuq l-importazzjoni ta' l-urea li toriġina minn numru ta' terzi pajjiżi oħra (il-Belarus, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Eġittu, l-Estonja, il-Litwanja, il-Libja, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Ukrajna). L-industrija tal-Komunità, għalhekk, għadha f'sitwazzjoni diffiċli.

    F. PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAL-ĦSARA

    (63) Rigward l-effett mistenni ta' l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ fuq l-industrija tal-Komunità il-fatturi li ġejjin ġew ikkonsidrati, skond l-elementi mqassra fil-premessi 37 u 38.

    (64) Hemm indikazzjonijiet ċari li l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja ser ikomplu bi prezzijiet ferm imnaqqsa. Barra minn hekk, hemm il-probabbiltà li l-volumi ta' l-importazzjonijiet jiżdiedu b'mod sostanzjali hekk kif il-produtturi Russi ta' l-esportazzjoni għandhom il-potenzal li jgħollu l-volum tal-produzzjoni u l-esportazzjoni tagħhom fid-dawl tal-kapaċità kbira tagħhom produttiva li mhix tintuża. Aktar minn hekk, il-konsum domestiku fir-Russja huwa mistenni li jibqa' f'livelli relattivament baxxi fil-futur qrib.

    (65) Wara li kkonsidraw il-kondotta tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni ta' l-esportaturi Russi fuq is-swieq ta' terzi pajjiżi, jiġifieri l-Brażil, it-Turkija u l-Messiku, huwa mistenni li l-produtturi ta' l-esportazzjoni Russi jadottaw attitudni aggressiva fuq il-prezzijiet fil-Komunità sabiex jerġgħu jiggwadanjaw l-ishma mitlufa tagħhom tas-suq. Tabilħaqq kif stabbilit fil-proċeduri preċedenti li jikkonċernaw il-fertilizzanti, anke volumi żgħar bi prezzijiet baxxi jista' jkollhom effetti kbar ta' distorsjoni u ħsara fuq is-suq ta' dawn il-prodotti ta' ħtieġa.

    (66) L-industrija tal-Komunità għadha f'sitwazzjoni diffiċli b'mod partikolari rigward il-profittabilità tagħha, li tjiebet sostanzjalment eżatt wara l-imposizzjoni tal-miżuri li qed jiġu kkonsidrati, iżda reġgħet iddeterjorat b'mod sinifikanti minn hemm-il quddiem. Fid-dawl tas-sitwazzjoni ħażina ta' l-industrija tal-Komunità, il-volumi u l-prezzijiet mistennija ta' l-importazzjonijiet mir-Russja wara t-tneħħija kollha tal-miżuri, għandha tpoġġi l-industrija tal-Komunità f'riskju akbar. L-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Komunità x'aktarx ikun materjali.

    (67) Fuq bażi ta' dak imsemmi hawn fuq, ġie konkluż li, jekk il-miżuri jitneħħew, huwa probabbli li ssir rikorrenza tal-ħsara mill-importazzjonijiet ta' l-urea mir-Russja.

    G. INTERESS TAL-KOMUNITÀ

    1. Daħla

    (68) Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie analizzat jekk prolongament tal-miżuri eżistenti kontra d-dumping imorrux kontra l-interess tal-Komunità fl-intier tagħha. L-istabbiliment ta' l-interess tal-Komunità kien ibbażat fuq l-apprezzament ta' l-interessi kollha varji involuti, i.e. dawk ta' l-industrija tal-Komunità, l-importaturi u l-kummerċjanti kif ukoll l-utenti tal-prodott ikkonċernat. Sabiex tevalwa l-impatt li jista' jkun hemm wara l-kontinwazzjoni jew in-nuqqas tal-kontinwazzjoni tal-miżuri, il-Kummissjoni tablet informazzjoni mill-partijiet kollha interessati msemmija hawn fuq.

    (69) Għandu jiġi mfakkar li, fl-investigazzjoni preċedenti, l-adozzjoni tal-miżuri kienet ikkonsidrata bħala li ma tmurx kontra l-interess tal-Komunità. Aktar minn hekk għandu jiġi innotat li l-investigazzjoni preżenti hija analiżi, għalhekk tanalizza sitwazzjoni fejn il-miżuri ta' kontra d-dumping diġà kienu stabbiliti. L-analiżi preżenti għalhekk ikkonsidrat kull impatt negattiv mhux mistenni fuq il-partijiet interessati fil-perjodu ta' wara l-imposizzjoni tal-miżuri.

    (70) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 44 importatur, assoċjazzjoni waħda ta' l-importaturi, ħames assoċjazzjonijiet ta' l-utenti u utent wieħed tal-prodott ikkonċernat u rċiviet risposti mingħand importatur wieħed, assoċjazzjoni waħda ta' l-utenti u mingħand l-assoċjazzjoni ta' l-importaturi.

    (71) Fuq din il-bażi ġie eżaminat, jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar id-dumping, fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità u fuq il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping li joħloq ħsara, kienux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f'dan il-każ partikolari.

    2. L-industrija tal-Komunità

    (72) Huwa maħsub li jekk ma jinżammux il-miżuri ta' kontra d-dumping imposti fl-investigazzjoni preċedenti, d-dumping li joħloq ħsara probabbli jerġa' jseħħ u s-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità, li ħżienet waqt il-perjodu taħt analiżi, tkompli teħżien.

    (73) L-industrija tal-Komunità wriet li hija industrija strutturalment vijabbli, li kapaċi tadatta għall-kondizzjonijiet dejjem jinbidlu tas-suq. Dan ġie rifless b'mod partikolari permezz tal-profitti rreġistrati mill-industrija sa l-1997 u l-investiment fil-kapaċità produttiva ta' livell għoli. Is-suċċess ta' dawn l-isforzi jiddependi ħafna fuq il-preżenza ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Komunità. F'dan ir-rigward, għandu jiġi innutat li f'Ottubru 2000 ingħata bidu għal investigazzjoni kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' l-urea li joriġinaw mill-Belarus, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Eġittu, l-Estonja, il-Litwanja, il-Libja, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Ukrajna. Mill-banda l-oħra, it-tnaqqis fl-impiegi, il-profittabilità u l-prezzijiet tal-bejgħ kienu tant li l-industrija tal-Komunità riċentement għalqet kapaċitajiet sinifikanti ta' fertilizzanti ta' nitroġenu.

    3. Importaturi

    (74) Mill-44 importatur li rċivew il-kwestjonarji wieħed biss irrisponda. Bħala prinċipju, dan iddikjara li kien kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta' importanza ta' l-urea għall-kummerċ tiegħu, ġie konkluż li l-importatur ma kienx ser jintlaqat serjament bil-kontinwazzjoni tal-miżuri.

    (75) Fid-dawl tal-livell baxx ta' koperazzjoni, il-fatt li l-importaturi ġeneralment jitrattaw b'varjetà vasta ta' fertilizzanti, li l-urea hija biss waħda minnhom, u l-fatt li l-urea kienet disponibbli minn ħafna sorsi oħra li fil-preżent mhumiex suġġetti għall-miżuri ta' kontra d-dumping, ġie konkluż li kwalunkwe impatt negattiv fuq l-importaturi minħabba l-kontinwazzjoni tal-miżuri m'għandux iservi bħala raġuni valida biex ma jitkomplewx il-miżuri.

    4. Utenti

    (76) L-utenti tal-prodotti ikkonċernati huma fil-biċċa l-kbira bdiewa u kumpanniji li jimmanifatturaw kolla u plastik. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil diversi assoċjazzjonijiet ta' l-utenti fuq livelli nazzjonali u Ewropej. Assoċjazzjoni waħda ta' l-utenti li tirrapreżenta 11-il koperattiva tal-bdiewa, u utent wieħed irrispondew il-kwestjonarju. It-tnejn huma, bħala fatt ta' prinċipju, kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri. Madankollu, l-ebda wieħed minnhom ma uża l-urea li toriġina mir-Russja waqt l-IP. Il-membri ta' l-assoċjazzjoni ta' l-utenti xtraw kwantitajiet żgħar ta' l-urea li toriġina minn sorsi oħra waqt il-perjodu taħt reviżjoni. L-utent individwali ma ltaqgħa ma l-ebda problemi biex isib l-urea minn terzi pajjiżi oħra fil-waqt li l-miżuri kienu fis-seħħ.

    (77) Għandu jiġi innutat li, kif stabbilit ukoll fl-investigazzjonijiet preċedenti, il-fertilizzanti jirrapreżentaw parti żgħira biss mill-ispejjeż totali tal-produzzjoni tal-bdiewa. Rigward dak imsemmi hawn fuq u rigward il-livell baxx ta' koperazzjoni, ġie konkluż li l-miżuri li fil-preżent jinsabu fis-seħħ ma kellhomx impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti ta' l-urea. F'dan ir-rigward għandu jiġi innutat li ħadd mill-utenti ma rreklama li kien hemm xi żieda ġenerali fil-prezz ta' l-urea u/jew tnaqqis fil-profittabilità tagħhom minn mindu ġew imposti l-miżuri preżenti. Rigward dak imsemmi hawn fuq u wara li kkonsidraw il-livell baxx ta' koperazzjoni, ġie konkluż li kwalunkwe impatt negattiv fuq l-utenti minħabba l-kontinwazzjoni tal-miżuri m'għandux iservi bħala raġuni valida biex ma jitkomplewx il-miżuri.

    5. Konklużjoni

    (78) Fid-dawl ta' dak imsemmi hawn fuq, ġie konkluż li ma jeżistux raġunijiet validi ta' interess għall-Komunità biex majitkomplewx il-miżuri.

    H. MIŻURI TA' KONTRA D-DUMPING

    (79) Il-partijiet kollha ikkonċernati ġew informati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuq bażi tagħhom kien maħsub li tiġi irrakkomandata ż-żamma tad-dazju ta' kontra d-dumping eżistenti rigward l-importazzjonijiet ta' l-urea li toriġina mir-Russja. Ġew mogħtija wkoll perjodu li fih setgħu jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom wara dan l-isvelar. L-ebda kummenti ma ġew riċevuti li kienu ta' natura li jbiddlu l-konklużjonijiet hawn fuq imsemmija.

    (80) Ikompli fuq dak imsemmi hawn fuq li, kif provvdut fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri ta' kontra d-dumping li fil-preżent jinsabu fis-seħħ rigward l-importazzjonijiet ta' l-urea li joriġinaw mir-Russja għandhom jiġu miżmuma,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Dazju anti-dumping definittiv hawnhekk qiegħed jiġi impost fuq l-importazzjonijiet ta' l-urea li jagħmlu parti mill-kodiċi NM 31021010 u 31021090 li joriġinaw mir-Russja.

    2. L-ammont ta' dazju anti-dumping definittiv għandu jkun id-differenza bejn il-prezz minimu ta' l-importazzjoni li jammonta għal 115 EUR kull tunnellata metrika u n-nett, prezz b'xejn fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, fejn dan ta' l-aħħar huwa inqas mill-prezz minimu ta' l-importazzjoni.

    3. F'każi fejn l-oġġetti sofrew dannu qabel iddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li attwalment tħallas jew għandu jitħallas huwa maqsum sabiex jiġi stabbilit il-valur tad-dwana skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [11], il-prezz minimu ta' l-importazzjoni kif stabbilit hawn fuq għandu jitnaqqas b'persentaġġ li jikkorrispondi mal-parti tal-prezz li tħallset jew għad trid titħallas. id-dazju pagabbli imbagħad għandu jkun l-istess bħad-differenza bejn il-prezz minimu mnaqqas ta' l-importazzjoni u n-nett imnaqqas, prezz b'xejn fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel il-clearance mid-dwana.

    4. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-disposizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Mejju 2001.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    B. Ringholm

    [1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat minn Regolament (KE) Nru 2238/2000, (ĠU L 257, 11.10.00, p. 2).

    [2] ĠU L 121, 09.05.87, p. 11.

    [3] ĠU L 317, 07.11.87, p. 1.

    [4] ĠU L 52, 24.02.89, p. 37.

    [5] ĠU C 87, 27.03.93, p. 7.

    [6] ĠU L 49, 04.03.95, p. 1.

    [7] ĠU C 301, 21.10.00, p. 2.

    [8] ĠU C 252, 03.09.99, p. 2.

    [9] ĠU C 62, 04.03.00, p. 19.

    [10] ĠU C 62, 04.03.00, p. 19.

    [11] ĠU L 253, 11.10.93, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2787/2000 (ĠU L 330, 27.12.00, p. 1).

    --------------------------------------------------

    Top