This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001L0112
Council Directive 2001/112/EC of 20 December 2001 relating to fruit juices and certain similar products intended for human consumption
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman
ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58–66
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 05/10/2014
Official Journal L 010 , 12/01/2002 P. 0058 - 0066
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]; Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi: (1) Ċerti Direttivi relatati ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel għandhom jiġu simplifikati sabiex jikkunsidraw mhux biss il-ħtiġijiet essenzjali li jridu jintlaħqu mill-prodotti li jkopru sabiex dawk il-prodotti jistgħu jiċċaqilqu b’mod ħieles fis-suq intern, skond il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgh fil-11 u t-12 ta’ Diċembru 1992, kif inhu kkonfermat minn dawk tal-Kunsill Ewropew fi Brussel fl-10 u l-11 ta’ Diċembru 1993. (2) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/77/KEE tal-21 ta’ Settembru 1993 relatata mal-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili [4] kienet maħsuba sabiex tikkodifika d-Dierttiva 75/759/KEE [5] dwar l-istess suġġett. (3) Id-Direttivi 75/726/KEE u 93/77/KEE ġew ġustifikati mil-fatt li d-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali li jikkonċernaw il-meraq u nektars tal-frott maħsuba għall-konsum uman jistgħu jirriżultaw f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni inġusta li jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi, u b’hekk għandhom effett dirett fuq it-twaqqif u l-funzjonar tas-suq komuni. (4) Id-Direttivi msemmija konsekwentement kienu stabbilew regoli komuni li jirregolaw il-komposizzjoni, l-użu ta’ deskrizzjonijiet riservati, speċifikazzjonijiet ta’ manifattura u tikkettjar tal-prodotti kkonċernati, sabiex jiżguraw il-moviment ħieles tagħhom fi ħdan il-Komunità. (5) Għar-raġuni ta’ ċarezza, id-Direttiva 93/77/KEE għandha terġa’ tiġi abbozzata sabiex tagħmel ir-regoli dwar il-kondizzjonijiet ta’ manifattura u marketing għall-meraq ta’ frott u ċerti prodotti simili aktar aċċessibbli. (6) Id-Direttiva 93/77/KEE għandha wkoll tiġi taqbel mal-leġislazzjoni ġenerali dwar l-oġġetti ta’ l-ikel, b’mod partikolari l-leġislazzjoni dwar l-ittikkettjar, materjal li jagħti l-kulur, sweeteners u addittivi awtorizzati. (7) Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mat-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-riklamar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel [6], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) u (5) tagħha, għandha tapplika suġġetta għal ċerti kondizzjonijiet. Għandu jkun indikat b’mod ċar meta prodott huwa taħlita ta’ meraq tal-frott u meraq tal-frott minn konċentrat, u, għan-nektar tal-frott, meta jinkiseb kollu kemm hu jew parti minnu minn prodott ikkonċentrat. Il-lista ta’ ingredjenti fl-ittikkettjar fiha l-ismijiet sew tal-meraq tal-frott kif ukoll meraq tal-frott minn konċentrat użat. (8) Suġġett għad-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE ta’ l-24 ta’ Settembru 1990 dwar l-ittikkettjar tan-nutriment għall-oġġettiv ta’ l-ikel [7], iż-żieda ta’ vitamini mal-prodotti ddefiniti permezz ta’ din id-Direttiva hija permessa f’xi Stati Membri. Iżda, l-estensjoni ta’ din il-possibbilità lill-Komunità kollha m’hijiex prevista. Għaldaqstant, l-Istati Membri huma ħielsa li jawtorizzaw jew jipprojbixxu ż-żieda ta’ vitamini u anke minerali bħala parti mill-proċess ta’ manifattura. Fiċ-ċirkustanzi kollha, iżda, il-prinċipju ta’ moviment ħieles ta’ prodotti fi ħdan il-Komunità għandu jkun osservat f’konformità mar-regoli u prinċipji stabbiliti fit-Trattat. (9) Skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità mwaqqfa bl-Artikolu 5 tat-Tratti, l-oġġettiv li jitqiegħdu definizzjonijiet komuni u regoli għall-prodotti kkonċernati u jinġiebu f’linja mal-leġislazzjoni ġenerali dwar l-oġġetti ta’ l-ikel ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista’ għaldaqstant, minħabba n-natura ta’ din id-Direttiva, jinkiseb aħjar mill-Komunità. Din id-Direttiva ma titbigħedx minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-imsemmija għanijiet. T (10) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttivi għandhom jiġu adottati in konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tpoġġi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni [8]. (11) Sabiex ma jinħolqux barrieri ġodda għall-moviment ħieles, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jadottaw, għall-prodotti in kwestjoni, dispożizzjonijiet nazzjonali li m’hemmx ipprovdut għalihom permezz ta’ din id-Direttiva, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Din id-Direttiva għandha tgħodd għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I. Artikolu 2 L-Istati Membri jistgħu, suġġett għad-Direttiva 90/496/KEE, jawtorizzaw iż-żieda ta’ vitamini u minerali mal-prodotti ddefiniti fil-parti I ta’ l-Anness tagħha. Artikolu 3 Id-Direttiva 2000/13/KE għandha tgħodd għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I, suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin: 1. (a) L-ismijiet ta’ prodotti mniżżla fl-Anness I għandhom japplikaw biss għall-prodotti li ssir referenza għalihom fih u għandhom, mingħajr preġudizzju għas-subparagrafu (b), jintużaw fil-kummerċ sabiex jingħarfu. (b) Bħala alternattiva għall-ismjiet tal-prodotti li saret referenza għalihom fis-subparagrafu (a), l-Anness III jipprovdi lista ta’ nomini partikolari. Dawn in-nomini jistgħu jintużaw fil-lingwa u bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anenss III. 2. Jekk il-prodott jiġi minn tip wieħed ta’ frott, l-isem ta’dan ta’ l-aħħar għandu jkun sostitut għall-kelma "frott". 3. Għall-prodotti manifatturati minn żewġ frottiet jew aktar, ħlief fejn jintuża l-meraq tal-lumi taħt il-kondizzjonijiet stabiliti fil-parti II.1 ta’ l-Anness I, l-ismijiet tal-prodott għandhom ikunu supplimentati minn lista tal-frott użat, f’ordni nieżla tal-volum tal-meraq jew purees ta’ frott użat. Iżda, fil-każ ta’ prodotti mmanifatturati minn tliet frottiet jew aktar, l-indikazzjoni tal-frott użat tista’ tinbidel bil-kliem "ħafna frott" jew kliem simili, jew minn numru ta’ frott użat. 4. Għal meraq ta’ frott li ngħataw il-ħlewwa biż-żieda taz-zokkrijiet, l-isem tal-bejgħ għandu jinkludi l-kelma "sweetened" jew "biz-zokkor miżjud", segwit minn indikazzjoni tal-kwantità ta’ zokkor miżjud, ikkalkulat bħala materja xotta u espressa fi grammi għal kull litru. 5. Ir-ristawrazzjoni tal-prodotti definiti fil-parti I ta’ l-Anness I għall-istat naturali tagħhom, permezz tas-sustanzi strettament meħtieġa għal din l-operazzjoni, m’għandhiex tinvolvi obbligu li jkun hemm lista ta’ ingredjenti użati miktuba fuq it-tikketti għal dan il-għan. Iż-żieda ta’ polpa jew ċelloli żejda mal-meraq tal-frott kif iddefinit fl-Anness II għandha tkun indikata fuq it-tikketta. 6. Mingħajr preġudizzju lill-Artikolu 7(2) u (5) tad-Direttiva 2000/13/KE għal taħlit ta’ meraq tal-frott u meraq tal-frott minn konċentrat, u għal nektar tal-frott miksub kollu jew parzjalment minn prodott ikkonċentrat wieħed jew aktar, it-tikketta għandha tinkludi l-kliem "magħmul b’konċentrat(i)" jew "magħmul parzjalment b’konċentrat(i)", kif inhu xieraq. Dik l-informazzjoni għandha tinkiteb viċin ta’ l-isem tal-prodott, li tispikka minn kull sfond, f’karattri li jidhru b’mod ċar. 7. Għal nektars ta’ frott, it-tikkettjar għandu jindika l-kontenut minimu ta’ meraq tal-frott, puree tal-frott jew kull taħlita ta’ dawn l-ingredjenti, bid-dikjarazzjoni "kontenut ta’ frott: … % minimu". Dik l-informazzjoni għandha tinsab fl-istess qasam ta’ viżjoni li fih jinsab l-isem tal-prodott. Artikolu 4 L-ittikkettjar tal-meraq tal-frott ikkonċentrat li saret referenza għalih fil-parti I punt 2 ta’ l-Anness I mhux maħsub għall-forniment lill-konsumatur aħħari u għandu jkollu fuqu referenza li tindika l-preżenza u kwantità ta’ zokkrijiet miżjuda, jew meraq tal-lumi miżjud jew aġenti aċidifikanti kif inhu permess bid-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Frar 1995 dwar l-addittivi ta’ l-ikel altru minn kuluri u sweeteners [9]. Din ir-referenza għandha tidher fuq il-pakkett, fuq tikketta mwaħħla mal-pakkett jew fuq dokument li jakkumpanja l-prodott. Artikolu 5 Għall-prodotti ddefiniti fl-Anness I, l-Istati Membri m’għandhomx jadottaw disposizzjonijet nazzjonali li m’humiex elenkati f’din id-Direttiva. Artikolu 6 Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li tikkonċerna l-addittivi awotirzzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum uman [10], jistgħu jintużaw biss it-trattamenti u sustanzi mniżżla fil-parti II ta’ l-Anness I u l-materja prima li jikkonformaw ma’ l-Annes II sabiex jiġu mmanifatturati l-prodotti definiti fil-parti I ta’ l-Anness I. Bara minn hekk, in-nektars tal-frott għandhom iħarsu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness IV. Artikolu 7 Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva relatati ma’ l-argumenti li ssir referenza għalihom hawn taħt għandhom jiġu adottati in konformità mal-proċedura regolatorja li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 8(2): - li din id-Direttiva tinġieb in konformità mal-leġislazzjoni ġenerali dwar l-oġġetti ta’ l-ikel, - adattazzjonijiet għall-progress tekniku. Artikolu 8 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti għall-Oġġetti ta’ l-Ikel (minn hawn ’ il quddiem imsejjaħ "il-kumitat") imwaqqaf permezz ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 69/414/KEE [11]. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. Artikolu 9 Id-Direttiva 93/77/KEE titħassar b’effett mit-12 ta’ Lulju 2003. Referenzi għad-Direttiva li ġiet imħassra għandhom jiġu analizzati bħala referenzi għal din id-Direttiva. Artikolu 10 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel it-12 ta’ Lulju 2003. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih dwar dan. Il-miżuri għandhom jiġu applikati sabiex: - jawtorizzaw il-marketing tal-prodotti ddefiniti fl-Anness I jekk jikkonformaw mad-definizzjonijiet u regoli stabbiliti f’din id-Direttiva, b’effett mit-12 ta’ Lulju 2003, - jipprojbixxu l-marketing ta’ prodotti li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, b’effett mit-12 ta’ Lulju 2004. Iżda, il-marketing ta’ prodotti li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva iżda kienu ttikkettjati qabel it-12 ta’ Lulju 2004 in konformità mad-Direttiva 93/77/KEE jista’ jkompli sakemm jispiċċaw il-ħażniet. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom jitpoġġew mill-Istati Membri. Artikolu 11 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ dak in-nhar li tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 12 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 2001. Għall-Kunsill Il-President C. Picqué [1] ĠU C 231, tad-09.08.1996, p. 14. [2] ĠU C 279, ta’ l-1.10.1999, p. 92. [3] ĠU C 56, ta’ l-24.02.1997, p. 20. [4] ĠU L 244, tat-30.9.1993, p. 23. Direttiva kif ġiet emendata l-Aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994. [5] ĠU L 311, ta’ l-1.12.1975, p. 40. [6] ĠU L 109, tas-06.05.2000, p. 29. [7] ĠU L 276, tas-06.10.1990, p. 40. [8] ĠU L 184, tas-07.07.1999, p. 23. [9] ĠU L 61, tat-18.03.1995, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 98/72/KE (ĠU L 295, ta’ l-04.11.1998, p. 18). [10] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 94/34/KE (ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p.1.). [11] ĠU L 291, tad-19.11.1969, p. 9. -------------------------------------------------- L-ANNESS I ISMIJIET TA’ PRODOTTI, DEFINIZZJONIJIET TA’ PRODOTTI U KARATTERISTIĊI I. DEFINIZZJONIJIET 1. (a) Meraq tal-frott Il-prodott fermentabbli iżda mhux iffermentat miksub minn frott li huwa f’saħħtu u misjur, frisk jew ippreservat bil-kesħa, ta’ tip wieħed jew aktar imħallat flimkien, li għandu l-istess kulur, palat u togħma karatteristika tipika tal-meraq tal-frott li jiġi minnu. Palat, polpa u ċelloli mill-meraq li jiġu sseparati waqt l-iproċessar jistgħu jingħataw lura lill-istess meraq. Fil-kas ta’ frott taċ-ċitru, il-meraq tal-frott għandu jiġi mill-endokarpu. Il-meraq tal-lajm, iżda, jista’ jinkiseb mill-frotta sħiħa, bi proċessi xierqa ta’ produzzjoni, li bihom il-proporzjon tal-kostitwenti tal-parti ta’ barra tal-frotta titnaqqas għal minimu. (b) Meraq tal-frott minn konċentrat Il-prodott miksub billi jintefa’ lura fil-meraq ta’ frott ikkonċentrat l-ilma maħruġ minn dak il-meraq waqt il-konċentrazzjoni, u jintefgħu lura l-palati, u, jekk xiearq, il-polpa u ċ-ċelloli li ntilfu mill-meraq iżda reġgħu nġabru waqt il-proċess ta’ produzzjoni tal-meraq tal-frott in kwestjoni jew tal-meraq tal-frott ta’ l-istess tip. L-ilma miżjud għandu juri karatteristiċi xierqa, partikolament mill-lati kimiċi, mikrobijoloġiċi u organoleptiċi, b’tali mod sabiex jiggarantixxu l-kwalitajiet essenzjali tal-meraq. Il-prodotti miksuba b’hekk għandhom juru karatteristiċi organolettiċi u analitiċi mill-inqas ekwivalenti għal dawk ta’ tip ta’ meraq medju miksub minn frott ta’ l-istess tip fi ħdan it-tifsira ta’ (a). 2. Meraq ta’ frott ikkonċentrat Il-prodotti miksuba minn meraq tal-frott ta’ tip wieħed jew aktar bit-tneħħija fiżika ta’ proporzjon speċifika tal-kontenut ta’ l-ilma. Fejn il-prodott huwa maħsub għall-konsum dirett, dik it-tneħħija għandha tkun ta’ mill-inqas 50 %. 3. Meraq tal-frott imnixxef/trab Il-prodott miksub minn meraq tal-frott ta’ tip wieħed jew aktar bit-tneħħija fiżika ta’ kważi l-kontenut kollu ta’ l-ilma. 4. Nektar tal-frott (a) Il-prodott fermentabbli iżda mhux iffermentat miksub biż-żieda ta’ ilma u zokkor u/jew għasel mal-prodotti ddefiniti fil-punti 1, 2 u 3, mal-puree tal-frott jew ma’ taħlita ta’ dawk il-prodotti, dak l-prodott, barra minn hekk, jilħaq il-ħtiġijiet ta’ l-Anness IV. Iż-żieda ta’ zokkor u/jew għasel huwa permess sa’ 20 % tal-piż totali tal-prodott lest. Fejn in-nektars ta’ frott huma mmanifatturati mingħajr zokkor miżjud jew b’valur baxx ta’ enerġija, iz-zokkrijiet jistgħu jinbidlu kollha jew parzjalment bi sweeteners, in konformità mad-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar sweeteners għall-użu fl-affarijiet ta’ l-ikel [1]. (b) Permezz ta’ deroga minn (a), il-frott imniżżel f’parti II u III ta’ l-Anness IV u berquq jistgħu jintużgħu, individwalment jew imħalltin flimkien, sabiex jiġu mmanifatturati nektars mingħajr iż-żieda ta’ zokkor, għasel u/jew sweeteners. II. INGREDJENTI AWOTRIZZATI, TRATTAMENTI U SUSTANZI 1. Ingredjenti awtorizzati - Skond l-Artikolu 2, iż-żieda ta’ vitamini u minerali tista’ tkun awtorizzata fil-każ tal-prodotti ddefiniti fil-Parti I, suġġett għad-Direttiva 90/496/KEE. - Palat, polpa u ċelloli mitfugħin lura mal-meraq tal-frott definit fil-parti I.1(a) għandhom ikunu separati minn dak il-meraq waqt il-proċess,billi l-palat, polpa u ċelloli mitfugħin lura mal-meraq tal-frott definit fil-parti I.1(b) jista’ jkun ukoll mill-meraq tal-frott ta’ l-istess tip. Għall-meraq tal-frott biss, jistgħu jintefgħu lura l-imluħa ta’ l-aċidi tartariċi. - Għall-prodotti ddefiniti fil-parti I.1, 2 u 3, altru mill-meraq tal-lanġas jew għeneb, iż-żieda ta’ zokkrijiet hija awtorizzata - sabiex tiġi rregolata t-togħma aċiduża, il-kwantitajiet ta’ zokkrijiet miżjuda, espressi bħala materja xotta, ma jistgħux ikunu aktar minn 15-il gramma għal kull litru ta’ meraq. - għall-għanijiet ta’ ħlewwa, il-kwantità ta’ zokkrijiet miżjuda, espressi bħala materja xotta, ma’ jistgħux ikunu aktar minn 150 g għal kull litru ta’ meraq. iżda l-ammont ta’ zokkor totali miżjud sew sabiex tiġi rregolata t-togħma aċiduża u għall-għanijiet ta’ ħlewwa ma’ jistax ikun aktar minn 150 g għal kull litru. - Għall-prodotti ddefiniti fil-parti I.1, 2, 3 u 4, sabiex tiġi rregolata t-togħma aċiduża, iż-żieda ta’ meraq tal-lumi u/jew meraq tal-lumi kkonċentrat sa 3 g għal kull litru ta’ meraq, espress bħala aċidu ċitriku anidru, huwa awtorizzat. - Id-dijossidu tal-karbonju, bħala ingredjent, huwa awtorizzat. Iż-żieda sew taz-zokkor u tal-meraq tal-lumi, sew jekk ikkonċentrat u sew jekk le, jew aġenti għall-aċidifikazzjoni kif inhu permess bid-Direttiva 95/2/KE għall-istess meraq tal-frott hija pprojbita. 2. Trattamenti u sustanzi awtorizzati - Proċessi ta’ estrazzjoni mekkanika - Il-proċessi fiżiċi tas-soltu, li jinkludu estrazzjoni bl-ilma in-line (diffusion) tal-parti tal-frott li tittiekel altru mill-għeneb fil-manifattura tal-meraq tal-frott ikkonċentrat, sakemm il-meraq tal-fortt ikkonċentrat miksuba b’hekk jikkonformaw mal-parti I.1. L-użu ta’ ċerti proċessi u trattamenti jistgħu jkunu limitati jew ipprojbiti in konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 8(2). - Għall-meraq ta’ l-għeneb, fejn ikun intuża s-sulfitation bid-dijossidu tal-kubrit ta’ l-għeneb, id-desulfitation b’mezzi fiżiċi huwa awtorizzat, sakemm il-kwantità totali ta’ SO2 preżenti fil-prodott finali ma tkunx aktar minn 10 mg/l. - Enżimi pectolytic. - Enżimi proteolytic. - Enżimi amylolytic. - ġelatina li tittiekel, - Tannins. - Bentonite. - Silicon aerogel. - Charcoal. - Chemically inert filtration adjuvant u aġenti tal-preċipitazzjoni (eż. perlite, washed diatomite, cellulose, insoluble polyamide, polyvinylpolypyrolidon, polystyrene), li jħarsu d-Direttivi tal-Komunità dwar materjali u affarijiet maħsuba li jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel. - Chemically inert adsorption adjuvants li jħarsu d-Direttivi dwar materjali u affarijiet li maħsuba li jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel, u li jintużaw sabiex inaqqsu l-kontenut ta’ limonoid u naringin fil-frott taċ-ċitru mingħajr ma jaffettwa sinjifikament il-limonoid glucosides, aċidu, zokkrijiet (li jinkludu l-oligosaccharides) jew kontenut minerali. [1] ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p. 3. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/83/KE (ĠU L 48, tad-19.2.1997, p. 16). -------------------------------------------------- L-ANNESS II DEFINIZZJONIJIET TA’ MATERJI PRIMI Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw: 1. Frott Il-frott kollu. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, it-tadam m’huwiex ikkunsidrat bħala frott. 2. Puree tal-frott: Il-prodott fermentabbli iżda mhux iffermentat miksub billi tissaffa l-parti li tittiekel minn frott sħiħ jew imqaxxar mingħajr ma jitneħħa l-meraq. 3. Puree konċentrat tal-frott: Il-prodott miksub mill-puree tal-frott bit-tneħħija fiżika ta’ proporzjon speċifiku mill-kontenut ta’ l-ilma tiegħu. 4. Zokkrijiet Għall-produzzjoni ta’: (a) nektars tal-frott: - zokkrijiet kif inhuma ddefiniti bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2001 relatati ma’ ċertu zokkrijiet maħsuba għall-konsum uman [1] - ġulepp tal-fructose. - zokkrijiet miksuba mill-frott; (b) meraq tal-frott minn konċentrat: - zokkrijiet kif iddefiniti bid-Direttiva 2001/111/KE, - ġulepp tal-fructose. (ċ) meraq tal-frott: iz-zokkrijiet imniżżlin f’(b) li fihom anqas minn 2 % ilma. 5. Għasel Il-prodotti definiti bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE ta’ l-20 ta’ Diċmebru 2001 relatati ma’ l-għasel [2]. 6. Polpa jew ċelloli Il-prodotti miksuba mill-partijiet li jittieklu tal-frott ta’ l-istess tip mingħajr ma jitneħħa l-meraq. Barra minn hekk, għall-meraq taċ-ċitru, il-polpa jew ċelloli huma l-boroż tal-meraq miksuba mill-endokarpu. [1] Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċċjali. [2] Ara paġna 47 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċċjali. -------------------------------------------------- L-ANNESS III NOMINI PARTIKOLARI GĦAL ĊERTI PRODOTTI MNIŻŻLIN FL-ANNESS I (a) "vruchtendrank", għal nektars tal-frott; (b) "Süßmost" Id-deskrizzjoni "Süßmost" tista’ tintuża biss flimkien ma’ l-ismijiet tal-prodott "Fruchtsaft" jew "Fruchtnektar"; - għal nektar tal-frott misub esklussivament minn meraq tal-frott, meraq tal-frott ikkonċentrat jew taħlita ta’ dawn il-prodotti, li m’għandhomx togħma tajba fl-istat naturali tagħhom minħabba l-aċidità għolja tagħhom, - għal meraq tal-frott miksub mil-lanġas, biż-żieda ta’ tuffieħ fejn xieraq, iżda mingħajr zokkor miżjud; (ċ) "succo e polpa" jew "sumo e polpa", għal nektars tal-frott miksuba esklussivament minn puree tal-frott u/jew puree tal-frott ikkonċentrat; (d) "æblemost", għall-meraq tat-tuffieħ mingħajr zokkor miżjud; (e) - "sur … saft", flimkien ma’ l-isem (bid-Daniż) tal-frott użat, għal meraq mingħajr zokkor miżjud miksub minn ribes, ċirasa, redcurrants, whitecurrants, lampun, frawli jew elderberries, - "sød … saft" jew "sødet … saft" flimkien ma’ l-isem (bid-Daniż) tal-frott użat, għal meraq miksub minn dan il-frott, b’aktar minn 200 g zokkor miżjud ma’ kull litru; (f) "äpplemust", għal meraq tat-tuffieħ mingħajr zokkor miżjud; (g) "mosto", sinonima ta’ meraq ta’ l-għeneb. -------------------------------------------------- L-ANNESS IV DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI RELATATI MA' NEKTARS TAL-FROTT Nektars tal-frott magħmulha minn | Kontenut minimu ta' meraq u/jew puree (% ta' volum tal-prodott lest) | I.Frott b'meraq aċidiku li m'għandux togħma tajba fl-istat naturali Passion fruit | 25 | Quito naranjillos | 25 | Ribes | 25 | Whitecurrants | 25 | Redcurrants | 25 | Gooseberries | 30 | Sallow-thorn berries | 25 | Sloes | 30 | Għanbaqar | 30 | Quetsches | 30 | Rowanberries | 30 | Rose hips | 40 | Ċirasa morra | 35 | Ċirasa oħra | 40 | Mirtilli | 40 | Sebuq | 50 | Lampun | 40 | Berquq | 40 | Frawli | 40 | Ċawsli/blackberries | 40 | Cranberries | 30 | Sfarġel | 50 | Lumi u lajm | 25 | Frott ieħor ta' din il-kategorija | 25 | II.Frott ta' aċidità baxxa, b'ħafna polpa jew togħma qawwija b'meraq li m'għandux togħma tajba fl-istat naturali tiegħu Mangu | 25 | Banana | 25 | Gwava | 25 | Papayas | 25 | Lychees | 25 | Azeroles (Naspli Neapolitan) | 25 | Soursop | 25 | Bullock's heart jew custard apple | 25 | Tuffieħ taz-zokkor | 25 | Rummien | 25 | Cashew fruits | 25 | Għanbaqar spanjol | 25 | Umbu | 25 | Frott ieħor ta' din il-kategorija | 25 | III.Frott b'meraq ta' togħma tajba fl-istat naturali Tuffieħ | 50 | Lanġas | 50 | Ħawħ | 50 | Frott taċ-ċitru ħlief lumi u lajm | 50 | Ananas | 50 | Frott ieħor ta' din il-kategorija | 50 | --------------------------------------------------