EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0111

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam ma' ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem

ĠU L 10, 12.1.2002, p. 53–57 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/11/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/111/oj

32001L0111



Official Journal L 010 , 12/01/2002 P. 0053 - 0057


Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE

tal-20 ta' Diċembru 2001

li għandha x'taqsam ma' ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3];

Billi:

(1) Ċerti Direttivi vertikali li għandhom x'jaqsmu ma' l-oġġetti ta' l-ikel għandhom jiġu ssimplifikati sabiex iqisu biss il-ħtiġiet essenzjali li jridu jintlaħqu mill-prodotti li jkopru sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jimxu bla tixkil fis-suq intern, skond il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li sar f'Edinburgu fil-11 u fit-12 ta' Diċembru 1992, kif ikkonfermat minn dawk tal-Kunsill Ewropew fl-10 u fil-11 ta' Diċembru 1993.

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 73/437/KEE tal-11 ta' Diċembru 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li tirrigwarda ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem [4] kienet iġġustifikata bil-fatt illi d-differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali dwar ċerti kategoriji ta' zokkor jistgħu jirriżultaw f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni mhux ġusta li x'aktarx tqarraq bil-konsumaturi, u b'hekk ikollha effett dirett fuq kif jiġi stabbilit u jiffunzjona s-suq komuni.

(3) Id-Direttiva 73/437/KEE kienet għalhekk iddisinjata sabiex tistabbilixxi d-definizzjonijiet u r-regoli komuni dwar il-karatteristiċi tal-manifattura, l-imballaġġ u t-tikkettjar tal-prodotti interessati hekk illi tiżgura l-moviment liberu tagħhom ġewwa l-Komunità.

(4) Il-Kummissjoni beħsiebha tipproponi, malajr kemm jista’ jkun, u jkun xi jkun il-każ qabel l-1 ta' Lulju 2000, l-inklużjoni fid-Direttiva tal-Kunsill 80/232/KEE tal-15 ta' Jannar 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-firxiet tal-kwantitajiet nominali u l-kapaċitajiet nominali permessi għal ċerti prodotti imballati bil-quddiem [5] firxa ta' piżijiet nominali tal-prodotti koperti b'din id-Direttiva.

(5) Id-Direttiva 73/437/KEE għandha tiġi mfassla mill-ġdid sabiex ir-regoli dwar il-kundizzjonijiet tal-fabbrikazzjoni u tat-tqegħid fis-suq li għandhom x'jaqsmu mal-konsum mill-bniedem isiru aktar aċċessibbli u, barra minn hekk, sabiex tikkorrispondi mal-liġijiet ġenerali Komunitarji dwar l-oġġetti ta' l-ikel, b'mod partikolari l-liġijiet dwar it-tikkettjar, il-materjali li jagħtu l-kulur u l-addittivi l-oħra awtorizzati, is-solventi ta' l-estrazzjoni u l-metodi ta' analiżi.

(6) Ir-regoli ġenerali tat-tikkettjar ta' l-ikel stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [6] għandhom japplikaw bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet.

(7) Skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità stabbiliti bl-Artikolu 5 tat-Trattat, il-għan li jiġu stabbiliti d-definizzjonijiet u r-regoli komuni għall-prodotti interessati u li d-dispożizzjonijiet jinġiebu f'linja mal-liġijiet ġenerali Komunitarji dwar l-oġġetti ta' l-ikel ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u, minħabba n-natura ta' din id-Direttiva, jista’ jinkiseb aħjar mill-Komunità. Din id-Direttiva ma tmurx iżjed ‘il bogħod milli meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-għan.

(8) Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni kkonferiti lill-Kummissjoni [7].

(9) Biex jevitaw ostakoli ġodda għall-moviment liberu, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jadottaw, għall-prodotti fil-kwistjoni, id-disposizzjonijiet nazzjonali mhux ipprovduti b'din id-Direttiva,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti ddefiniti fil-Parti A ta' l-Anness.

Madankollu, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-prodotti ddefiniti fil-Parti A ta' l-Anness meta jieħdu l-għamliet li ġejjin: zokkor ta' l-icing, zokkor tal-ħelu, zokkor fil-ħobz.

Artikolu 2

Id-Direttiva 2000/13/KE għandha tapplika għall-prodotti ddefiniti fil-Parti A ta' l-Anness li ġej bla ħsara għall-kundizzjonijiet u għad-derogi li ġejjin:

1. Mingħajr preġudizzju għall-punt 5 ta' hawn taħt, l-ismijiet tal-prodotti elenkati fil-Parti A ta' l-Anness għandhom japplikaw biss għall-prodotti rriferiti hemmhekk u għandhom jintużaw fil-kummerċ biex jiġu ddenominati.

L-ismijiet tal-prodotti rriferiti fil-punt 2 tal-Parti A ta' l-Anness jistgħu jintużaw ukoll sabiex jiġi ddenominat il-prodott riferit fil-punt 3 tiegħu.

Madankollu,

- il-prodotti ddefiniti fil-Parti A ta' l-Anness jistgħu, b'żieda ma’ l-isem obbligatorju tal-prodott, iġorru wkoll it-termini tal- kwalifika wżati b'mod komuni fl-Istati Membri varji;

- l-ismijiet tal-prodotti jistgħu jintużaw ukoll fl-ismijiet tal-prodotti imfassla sabiex jiddenominaw prodotti oħra, skond id-drawwa,

sakemm dawn l-ismijiet ma jkunux x'aktarx li jqarrqu bil-konsumatur.

2. Għall-prodotti imballati bil-quddiem li jiżnu inqas minn 20g, il-piż nett ma għandux għalfejn jiġi indikat fuq it-tikketta.

3. It-tikkettjar għandu jindika l-materjal niexef u l-kontenut taz-zokkor invertit tas-soluzzjoni taz-zokkor, is-soluzzjoni taz-zokkor invertit u x-ġulepp taz-zokkor invertit.

4. It-tikkettjar għandu tinkludi t-termini tal-kwalifika "ikkristallizzat" għall-ġulepp taz-zokkor invertit li jinkorpora l-kristalli fis-soluzzjoni.

5. Meta l-prodotti rriferiti fil-punti 7 u 8 tal-Parti A ta' l-Anness ikun fihom il-fruttosju fi proporzjonijiet iktar minn 5 % fuq il-bażi tal-materjal niexef, għandhom, rigward l-isem tagħhom tal-prodott u bħala ingredjenti, jiġu ttikkettjati bħala "ġulepp mill-glukosju u l-fruttosju" jew "ġulepp mill-fruttosju u l-glukosju" u "ġulepp imnixxef mill-glukosju u l-fruttosju" jew "ġulepp imnixxef mill-fruttosju u l-glukosju", rispettivament, sabiex juru jekk l-ikbar proporzjon ikunx il-komponent tal-glukosju jew il-komponent tal-fruttosju.

Artikolu 3

Għall-prodotti ddefiniti fl-Anness, l-Istati Membri ma għandhomx jadottaw id-disposizzjonijiet nazzjonali li mhumiex ipprovvduti f'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Il-miżuri meħieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva li għandhom x'jaqsmu mal-materjali rriferiti hawn taħt għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja ddikjarata fl-Artikolu 5(2):

- li ġġib lil din id-Direttiva f'linja mal-liġijiet ġenerali Komunitarji dwar l-oġġetti ta' l-ikel,

- l-addattamenti għall-progress tekniku.

Artikolu 5

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti ta' l-Oġġetti ta' l-Ikel (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 69/414/KEE [8].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 6

Id-Direttiva 73/437/KEE hija hawnhekk imħassra b'effett mit-12 ta' Lulju 2003.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel it-12 ta' Lulju 2003. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih b'dan.

Il-miżuri għandhom japplikaw hekk illi:

- jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq tal-prodotti ddefiniti fil-Parti A ta' l-Anness jekk jikkonformaw mad-definizzjonijiet u r-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva, b'effett mit-12 ta' Lulju 2003,

- jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, b'effett mit-12 ta' Lulju 2004.

Madankollu, it-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva imma kienu ttikkettjati qabel it-12 ta' Lulju 2004 skond id-Direttiva 73/437/KEE għandhom ikunu permessi sakemm jispiċċaw il-ħażniet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri dawn għandu ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir din ir-referenza għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri.

Artikolu 8

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

C. PicquÉ

[1] ĠU C 231, tad-9.8.1996, p. 6.

[2] ĠU C 279, ta' l-1.10.1999, p. 90.

[3] ĠU C 56, ta' l-24.2.1997, p. 20.

[4] ĠU L 356, tas-27.12.1973, p. 71. Direttiva kif emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1985.

[5] ĠU L 51, tal-25.2.1980, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 87/356/KEE (ĠU L 192, tal-11.7.1987, p. 48).

[6] ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29.

[7] ĠU L 184, tas-7.7.1999, p. 23.

[8] ĠU L 291, tad-19.11.1969, p. 9.

--------------------------------------------------

ANNESS

A. L-ISMIJIET U D-DEFINIZZJONIJIET TAL-PRODOTTI

1. Iz-zokkor nofsu abjad

Sukrosi ppurifikat u kkristallizzat ta' kwalità b'saħħitha u ta' tqegħid fis-suq tajba bil-karatteristiċi li ġejjin:

(a) il-polarizzazzjoni | mhux inqas minn 99,5 oZ |

(b) il-kontenut taz-zokkor invertit | mhux aktar minn 0,1 % fil-piż |

(ċ) it-telf waqt it-tnixxif | mhux aktar minn 0,1 % fil-piż |

2. Iz-zokkor jew iz-zokkor abjad

Sukrosi ppurifikat u kkristallizzat ta' kwalità tajba, fidabbli u tajba għat-tqegħid fis-suq bil-karatteristiċi li ġejjin:

(a) il-polarizzazzjoni | mhux inqas minn 99,7 oZ |

(b) il-kontenut taz-zokkor invertit | mhux aktar minn 0,04 % tal-piż |

(ċ) it-telf waqt it-tnixxif | mhux aktar minn 0,06 % tal-piż |

(d) it-tip tal-kulur | mhux aktar minn disa’ punti stabbiliti skond il-punt (a) tal-Parti B. |

3. Iz-zokkor extra abjad

Il-prodott li jkollu l-karatteristiċi rriferiti fil-punt 2(a), (b) u (ċ) u li rigward tagħhom in-numru totali tal-punti stabbiliti skond id-disposizzjonijiet tal-Parti B ma jaqbiżx it-tmienja u mhux iktar minn:

- erbgħa rigward it-tip tal- kulur,

- sitta rigward il-kontenut ta' l-irmied,

- tlieta rigward il-kulur fis-soluzzjoni.

[1]

Is-soluzzjoni ilmija tas-sukrosi bil-karatteristiċi li ġejjin:

(a) il-materjal niexef | mhux inqas minn 62 % fil-piż |

(b) il-kontenut taz-zokkor invertit (il-proporzjon tal-fruttosju għad-destrosi): 1,0 ± 0,2) | mhux aktar minn 3 % fil-piż tal-materjal niexef |

(ċ) l-irmied tal-konduttività | mhux iktar minn 0,1 % fil-piż tal-materjal niexef, stabbilit skond il-punt (b) tal-Parti B |

(d) kulur fis-soluzzjoni | mhux aktar minn 45 unità ta' l-ICUMSA. |

[2]

Is-soluzzjoni ilmija tas-sukrosi invertit parzjalment bl-idrolisi, li fiha l-proporzjon taz-zokkor invertit ma jippredominax, bil-karatteristiċi li ġejjin:

(a) il-materjal niexef | mhux inqas minn 62 % fil-piż |

(b) il-proporzjon tal-kontenut taz-zokkor invertit għall-fruttosju:id-destrosi (1,0 ± 0,1) | aktar minn 3 % imma mhux iktar minn 50 % fil-piż tal-materjal niexef |

(ċ) l-irmied tal-konduttività | mhux iktar minn 0,4 % fil-piż tal-materjal niexef, stabbilit skond il-punt (b) tal-Parti B |

[3]

Is-soluzzjoni ilmija, li possibbilment li kienet ikkristallizata, tas-sukrosi li ġie invertit permezz ta' l-idrolisi, li l-kontenut tagħha taz-zokkor invertit (il-kwozjent tal-fruttosju/destrosi ta' 1,0 ± 0,1), irid jaqbeż il-50 % fil-piż tal-materjal niexef, imma li inkella jrid iħares il-ħtiġiet stabbiliti fil-punt 5(a) u (ċ).

7. Il-ġulepp tal-glukosju

Is-soluzzjoni ilmija ppurifikata u kkonċentrata tas-sakkaridi nutrijenti miksuba mill-lamtu u/jew l-inulin, bil-karatteristiċi li ġejjin:

(a) il-materjal niexef | mhux inqas minn 70 % fil-piż |

(b) l-ekwivalent tad-destrosi | mhux inqas minn 20 % fil-piż tal-materjal niexef u espress bħala D-glukosju |

(ċ) l-irmied issolfatat | mhux aktar minn 1 % fil-piż tal-materjal niexef. |

8. Il-ġulepp imnixxef tal-glukosju

Il-ġulepp imnixxef parzjalment tal-glukosju b'mill-inqas 93 % fil-piż tal-materjal niexef, li inkella jrid jilħaq il-ħtiġiet stabbiliti fil-punt 7(b) u (ċ).

9. Id-destrosi jew il-monoidrat tad-destrosi

Id-D-glokużju ppurifikat u kkristallizzat li jkun fih molekola waħda ta' l-ilma tal-kristallizzazzjoni, bil-karatteristiċi li ġejjin:

(a) id-destrosi (D-glukosju) | mhux inqas minn 99,5 % fil-piż tal-materjal niexef |

(b) il-materjal niexef | mhux inqas minn 90 % fil-piż |

(ċ) irmied issolfatat | mhux aktar minn 0,25 % fil-piż tal-materjal niexef. |

10. Id-destrosi jew l-anidriju destrosi

Id-D-glukosju ppurifikat u kkristallizzat li ma jkunx fih ilma tal-kristallizzazzjoni, b'mill-inqas 98 % fil-piż tal-materjal niexef, inkella li jrid jilħaq il-ħtiġiet stabbiliti fil-punt 9(a) u (ċ).

11. Il-fruttosju

Id-D-fruttosju ppurifikat ikkristallizzat bil-karatteristiċi li ġejjin:

il-kontenut tal-fruttosju | minimu ta' 98 % |

il-kontenut tal-glukosju | massimu ta' 0,5 % massimu |

it-telf waqt it-tnixxif | mhux aktar minn 0,5 % fil-piż |

l-irmied tal-konduttività | mhux aktar minn 0,1 % fil-piż stabbilit skond |

IL-PUNT (B) TAL-PARTI B. B. IL-METODU DWAR KIF JIĠU STABBILITI T-TIP TAL-KULUR, IL-KONTENUT TA' L-IRMIED TAL-KONDUTTIVITÀ U L-KULUR FIS-SOLUZZJONI TAZ-ZOKKOR (ABJAD) U TAZ-ZOKKOR EXTRA ABJAD IDDEFINITI FIL-PUNTI 2 U 3 TAL-PARTI A

"Punt" jikkorrispondi:

(a) fil-każ tat-tip tal-kulur, għal 0,5 ta' unità, ikkalkolata bil-metodu ta' l-Istitut ta' Brunswick tat-Teknoloġija ta' l-Industrija ta' l-Agrikoltura u taz-Zokkor, kif iddikjarat fil-paragrafu 2 tal-Kapitolu A ta' l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1265/69 ta' l-1 ta' Lulju 1969 li jistabbilixxi l-metodi biex tiġi stabbilita l-kwalità taz-zokkor mixtri mill-aġenziji ta' l-intervent [4];

(b) fil-każ tal-kontenut ta' l-irmied, għal 0,0018 % ikkalkolat bil-metodu tal-Kummissjoni Internazzjonali tal-Metodi Uniformi ta' l-Analiżi taz-Zokkor (ICUMSA) kif ippreżentat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu A ta' l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 1265/69;

(ċ) fil-każ tal-kulur fis-soluzzjoni, għal 7,5 ta' unitajiet ikkalkolati bil-metodu tal-ICUMSA kif ippreżentat fil-paragrafu 3 tal-Kapitolu A ta' l-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 1265/69.

[1] is-soluzzjoni taz-zokkor invertit u tal-ġulepp taz-zokkor invertit li minnu:il-kontenut ta' l-irmied tal-konduttività ma jaqbiżx iż-0,1 %,il-kulur fis-soluzzjoni ma jaqbiżx il-25 unità tal-ICUMSA stabbiliti skond il-metodu speċifikat fil-punt (ċ) tal-Parti B.

[2] is-soluzzjoni taz-zokkor invertit u tal-ġulepp taz-zokkor invertit li minnu:il-kontenut ta' l-irmied tal-konduttività ma jaqbiżx iż-0,1 %,il-kulur fis-soluzzjoni ma jaqbiżx il-25 unità tal-ICUMSA stabbiliti skond il-metodu speċifikat fil-punt (ċ) tal-Parti B.

[3] is-soluzzjoni taz-zokkor invertit u tal-ġulepp taz-zokkor invertit li minnu:il-kontenut ta' l-irmied tal-konduttività ma jaqbiżx iż-0,1 %,il-kulur fis-soluzzjoni ma jaqbiżx il-25 unità tal-ICUMSA stabbiliti skond il-metodu speċifikat fil-punt (ċ) tal-Parti B.

[4] ĠU L 163, ta' l-1.7.1969, p. 1.

--------------------------------------------------

Top