EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001L0106
Directive 2001/106/EC of the European Parliament and of the Council of 19 December 2001 amending Council Directive 95/21/EC concerning the enforcement, in respect of shipping using Community ports and sailing in the waters under the jurisdiction of the Member States, of international standards for ship safety, pollution prevention and shipboard living and working conditions (port State control)
Id-Direttiva 2001/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE rigward l-infurzar, fil-każ tal-bastimenti li jużaw il-portijiet tal-Komunità u jbaħħru fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, ta' standards internazzjonali għas-sigurtà tal-bastimenti, il-prevenzjoni tat-tniġġis u l-kondizzjonijiet tal-ħajja abbord u tax-xogħol (il-kontroll portwali ta' l-Istat)
Id-Direttiva 2001/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE rigward l-infurzar, fil-każ tal-bastimenti li jużaw il-portijiet tal-Komunità u jbaħħru fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, ta' standards internazzjonali għas-sigurtà tal-bastimenti, il-prevenzjoni tat-tniġġis u l-kondizzjonijiet tal-ħajja abbord u tax-xogħol (il-kontroll portwali ta' l-Istat)
ĠU L 19, 22.1.2002, p. 17–31
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010
Official Journal L 019 , 22/01/2002 P. 0017 - 0031
Id-Direttiva 2001/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE rigward l-infurzar, fil-każ tal-bastimenti li jużaw il-portijiet tal-Komunità u jbaħħru fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, ta' standards internazzjonali għas-sigurtà tal-bastimenti, il-prevenzjoni tat-tniġġis u l-kondizzjonijiet tal-ħajja abbord u tax-xogħol (il-kontroll portwali ta' l-Istat) Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3], Waqt li kienu qed jaġixxu skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4] fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni fit-13 ta' Novembru 2001, Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE [5] tistabilixxi sistema ta' kontroll portwali mill-Istat għat-tbaħħir fil-Komunità Ewropea bbażata fuq proċeduri uniformi ta' spezzjoni u detenzjoni. (2) Huwa meħtieġ li jitiqiesu l-bidliet li saru fil-konvenzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO), il-protokolli, il-kodiċijiet u r-riżoluzzjonijiet kif ukoll l-iżviluppi fil-qafas tal-Memorandum tal-Ftehim ta' Pariġi (MOU). (3) Huwa mifhum li xejn f'din id-Direttiva ma għandu l-effett li jittrasferixxi r-responsabbiltajiet ta' l-Istati tal-bandiera inklużi dawk ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu għan-nom ta' l-Istati tal-bandiera. (4) Xi bastimenti huma ta' perikolu ċar għas-sigurtà marittima u l-ambjent marittimu minħabba l-kundizzjoni mkagħbra tagħhom, il-bandiera u l-istorja; fost dawn b'mod partikolari, hemm il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat magħruf bħala "ta' riskju għoli ħafna" jew "ta' riskju għoli" fil-lista s-sewda kif ippubblikata fir-rapport annwali tal-MOU. Għalhekk għal dawn għandu jiġi rrifjutat l-aċċess għall-portijiet tal-Komunità, sakemm ma jiġix ippruvat li dawn jistgħu joperaw b'sigurtà fl-ibħra tal-Komunità. Linji gwida għandhom jiġu stabiliti li jispjegaw il-proċeduri applikabbli fil-każ ta' dik il-projbizzjoni ta' l-aċċess u t-tneħħija ta' dik il-projbizzjoni. Fl-interessi tat-trasparenza, il-lista tal-bastimenti li lilhom jiġi rrifjutat l-aċċess għall-portijiet tal-Komunità għandha tiġi ppubblikata. (5) Bastimenti b'possibiltà għolja ta' inċidenza jikkostitwixxu riskju partikolarment serju għal xi aċċident jew tniġġis, li jiġġustifika l-ħtieġa li dawn jiġu spezzjonati ta' spiss fil-portijiet tal-Komunità li jmorru fihom. (6) Il-kategoriji tal-bastimenti elenkati fl-Anness V li jinsab mad-Direttiva 95/21/KE jikkostitwixxu wkoll perikolu kbir ta' aċċident jew tniġġis meta jilħqu ċertu żmien. Is-setgħa wiesgħa ta' diskrezzjoni ta' l-awtoritàta' l-ispezzjoni dwar jekk bastimenti bħal dawk għandhomx jintgħażlu għal spezzjoni aktar fil-fond tostakola li jintlaħqu prattiċi uniformi ġewwa l-Komunità. Huwa għalhekk metieġ li l-ispezzjoni ta' dawn il-bastimenti ssir mandatarja. B'mod partikolari, minħabba r-riskji ta'tniġġis kbir ikkawżat minn tankers taż-żejt u minħabba l-fatt li l-parti l-kbira tad-defiċjenzi jwasslu għad-detenzjoni ta' bastimenti li għandhom aktar minn 15-il sena, is-sistema ta' l-ispezzjoni aktar fil-fond għandha tiġi applikata għal tankers taż-żejt mill-età ta' 15-il sena. (7) Il-kontenut ta' l-ispezzjoni aktar fil-fond li dwarhom linji gwida ġew stabiliti jista' jvarja konsiderevolment fid-deskrezzjoni ta' l-awtorità ta' l-ispezzjoni. Biex jinkisbu prattiċi uniformi ġewwa l-Komunità, dawn il-linji gwida għandhom għalhekk isiru mandatarji. Iżda, għandu jkun hemm dispożizzjoni li tagħmel eċċezzjoni meta, li ssir spezzjoni ta' bastimenti bħal dawk, b'mod partikolari minħabba l-istat tat-tankijiet tal-merkanzija tal-bastiment jew il-limitazzjonijiet fl-operat relatat ma' l-attivitajiet tat-tagħbija jew tal-ħatt, tkun ħaġa impossibbli jew tkun tinvolvi riskji eċċessivi għas-sigurtà tal-bastiment, l-ekwipaġġtiegħu, l-ispettur jew is-sigurtà taż-żona portwali. (8) L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jorganizzaw spezzjonijiet mandatarji b'mod effiċjenti biex jinkiseb l-ogħla valur miżjud minn sistema aktar rigoruża ta' spezzjoni, waqt li jitqiesu d-diversi kondizzjonijiet dwar l-operat u jsir użu mill-kooperazzjoni bejn il-portijiet u l-Istati Membri, waqt li jkun hemm konformità mal-miri globali kwantitattivi ta' l-ispezzjoni. (9) Billi r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' spetturi kkwalifikati jetieġċertu ammont ta' żmien, l-Istati Membri għandhom jitħallew jibnu bil-mod il-mod is-servizz tagħhom ta' spezzjoni; minħabba l-karatteristiċi tal-port ta' Rotterdam, partikolarment il-volum ta' traffiku li jgħaddi hemm, għandha ssir dispożizzjoni għall-possibiltà li jittawwal bi ftit il-perjodu tar-reklutaġġ u t-taħriġ ta' l-ispetturi għal dan il-port. (10) Id-difetti strutturali f'bastiment x'aktarx iżidu r-riskju għal aċċident fuq il-baħar. Fil-każ ta' bastiment li jġorr tagħbija ta' żejt bl-ingrossa, dawk l-aċċidenti jista' jkollhom effetti diżastrużi fuq l-ambjent. L-awtorità ta' l-ispezzjoni għandha tagħmel eżami viżwali tal-partijiet aċċessibbli tal-bastiment biex tikxef kull tmermir serju u tieħu dik l-azzjoni segwenti li tista' tkun meħtieġa, b'mod partikolari għar-rigward tas-soċjetajiet tal-klassifika responsabbli għall-kwalità strutturali tal-bastimenti. (11) L-ispezzjoni aktar fil-fond ibbażata fuq il-verifika mandatarja ta' ċerti aspetti tal-bastiment tieħu ammont konsiderevoli ta' ħin u organizzazzjoni. Ix-xogħol tat-tħejjija ta' l-ispezzjoni għandu jiġi ffaċilitat, u dan jgħin biex tittejjeb l-effettività tagħha. Għal dan il-għan, il-kaptan jew l-operatur ta' kull bastiment li jidħol f'port tal-Komunità għandu jinnotifika ċertu tagħrif ta' natura operazzjonali. (12) L-importanza dejjem tikber tal-kontroll tal-port mill-Istat fil-ġlieda kontra l-prattiċi mhux skond in-normi qed tirriżulta f'żieda globali fix-xogħol ta' l-ispetturi. Għandu għalhekk isir sforz partikolari biex jiġu evitati spezzjonijiet żejda u biex jittejjeb it-tagħrif disponibbli għall-ispetturi dwar il-kontenut ta' l-ispezzjonijiet li jkunu saru fil-portijiet preċedenti. Bħala riżultat, ir-rapport ta' l-ispezzjoni li jsir mill-ispettur meta titlesta l-ispezzjoni, spezzjoni aktar dettaljata jew spezzjoni aktar fil-fond għandha tiddikjara liema partijiet tal-bastiment ikunu diġà ġew spezzjonati; l-ispettur tal-port li jkun imiss għandu għalhekk ikun f'qagħda, fejn ikun ikun il-każ, li jiddeċiedi li ma jispezzjonax parti mill-bastiment jekk ma jkunx inkixef ebda difett fl-ispezzjoni ta' qabel. (13) Sar progress teknoloġiku essenzjali fil-qasam ta' l-apparat abbord, li jippermetti li jiġi rrekordjat tagħrif dwar il-vjaġġ (permezz ta' rekorder tat-tagħrif dwar il-vjaġġ (bis-sistema VDR) jew "il-kaxxi s-suwed") biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet wara aċċident. Minħabba l-importanza ta' dan l-apparat għas-sigurtà marittima u kontestwalment ma' l-isforzi li qegħdin isiru fuq dan is-suġġett ġewwa l-IMO, għandu jsir mandatarrju wara perjodu sa ħames snin wara d-dħul fis-seħħta' din id-Direttiva li bastimenti tat-tagħbija mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2002 li jgħaddu fil-portijiet tal-Komunità u, meta dan ikun obbligatorju, l-assenza jew in-nuqqas tiegħu għandhom iwasslu għad-detenzjoni. (14) L-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera ta' bastiment spezzjonat jew ta' s-soċjetà tal-klassifika kkonċernata għandha tkun avżata bir-riżultat ta' l-ispezzjoni biex tiġi żgurata sorvelja aktar effettiva ta' l-iżvilupp u, fejn japplika, tad-deterjorazzjoni fl-istat tal-bastiment sabiex tittieħed l-azzjoni rimedjali meħtieġa sakemm ikun għad hemm żmien. (15) It-tniġġis aċċidentali miż-żejt x'aktarx li jikkawża ħsara konsiderevoli fl-ambjent u fl-ekonomija tar-reġjun li jkun. Huwa għalhekk meħtieġli jiġi vverifikat jekk bastimenti li jġorru ż-żejt li jgħaddu f'portijiet tal-Komunità Ewropea jkollhomx assigurazzjoni adattata kontra riskji ta' din ix-xorta. (16) It-trasparenza fl-informazzjoni rigward bastimenti spezzjonati u miżmuma hija element prinċipali ta' kull politka intiża biex tiskoraġġixxi l-użu ta' bastimenti li ma jkunux skond in-normi tas-sigurtà. Huwa meħtieġ f'dan il-kuntest li tiġi inkluża l-identità tal-kerrej tal-bastiment fil-lista ta' l-informazzjoni ppublikata. Il-pubbliku għandu wkoll jingħata tagħrif aktar sħi ħu aktar ċar dwar l-ispezzjonijiet u d-detenzjonijiet li jsiru fil-portijiet tal-Komunità. Dan jgħodd b'mod partikolari għat-tagħrif dwar l-ispezzjonijiet aktar estensivi li jkunu saru abbord il-bastimenti, kemm mill-awtoritajiet portwali ta' l-Istat kif ukoll mis-soċjetajiet tal-klassifika, u spjegazzjoni tal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet portwali ta' l-Istat jew mis-soċjetajiet tal-klassifika kkonċernati wara ordni ta' detenzjoni skond din id-Direttiva. (17) Huwa essenzjali li ssir sorvelja fuq l-applikazzjoni tad-Direttiva sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' diversi livelli ta' sigurtà u ta' distorsjoni fil-kompetizzjoni bejn portijiet u reġjuni tal-Komunità Ewropea. Il-Kummissjoni għandu għalhekk ikollha tagħrif aktar dettaljat, partikolarment dwar iċ-ċaqliq tal-bastimenti fil-portijiet, sabiex ikun jista' jsir eżami dettaljat tal-kondizzjonijiet li taħthom għandha tiġi applikata din id-Direttiva. Tagħrif bħal dak għandu jiġi pprovdut lill-Kummissjoni biżżejjed ta' spiss biex ikun jippermettilha tintervjeni aktar malajr fejn jinsab li jkun hemm anomaliji fl-applikazzjoni tad-Direttiva. (18) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 95/21/KE għandhom jiġu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [6], ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 95/21/KE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej: (1) it-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej: "Id-Direttiva 95/21/KE tal-Kunsill tad-19 ta Ġunju 1995 dwar il-kontroll portwali ta' l-Istat fuq it-tbaħħir;" (2) L-Artikolu 2(1) u (2) għandu jinbidel b'dan li ġej: "1. "Konvenzjonijiet" tfisser: - il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji ta' Tagħbija, 1966 (LL 66), - il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS 74), - il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti, 1973, u l-Protokoll ta' l-1978 relatat magħha (Marpol 73/78), - il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istandards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Manutenzjoni ta' l-Għassa għall-Baħħara, 1978 (STCW 78), - il-Konvenzjoni dwar ir-Regolamenti Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta' Kolliżjonijiet fuq il-Baħar, 1972 (Colreg 72), - il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunellaġġ tal-Bastimenti, 1969 (ITC 69), - il-Konvenzjoni dwar il-Bastimenti Merkantili (Standards Minimi), 1976 (ILO No 147), - il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbilità Ċivili għall-Ħsara mit-Tniġġis taż-Żejt, 1992 (CLC 92), flimkien mal-Protokolli u l-emendi għal dawn il-konvenzjonijiet u l-kodiċijiet relatati ta' status mandatarju fis-seħħ fid-19 ta' Diċembru 2001. 2. "MOU" tfisser il-Memorandum dwar il-Ftehim fuq il-Kontroll Portwali ta' l-Istat, iffirmat f'Pariġi fis-26 ta' Jannar 1982, kif inhu fid-19 ta' Diċembru 2001;" (3) L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej: "L-Artikolu 4 Il-korp ta' l-ispezzjoni L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li jkun hemm amministrazzjonijiet marittimi adattati bin-numru meħtieġ ta' impjegati, b'mod partikolari ta' spetturi kkwalifikati, minn issa 'l quddiem imsejħa 'l-awtoritàjiet kompetenti', għall-ispeżżjoni tal-bastimenti u dawn għandhom jieħdu dawk il-miżuri kollha li jkunu xierqa biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom iwettqu d-dmirijiet tagħhom kif stabilit f'din id-Direttiva."; (4) L-Artikolu 5(1), (2) u (3) għandu jinbidel b'dan li ġej: "1. L-għadd totali ta' l-ispezzjonijiet tal-bastimenti kif imsemmi fil-paragrafu (2) u l-Artikolu 7 li għandu jsir ta' kull sena mill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru għandu jikkorrispondi ta' l-lanqas għal 25 % ta' l-għadd medju annwali tal-bastimenti individwali li jidħlu fil-portijiet tiegħu, ikkalkolat fuq il-bażi tat-tliet snin kalendarji l-aktar reċenti li dwarhom l-istatistika tkun disponibbli. 2. (a) L-awtorità kompetenti għandha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7a, tiżgura li spezzjoni skond l-Artikolu 6 ssir fuq kull bastiment li ma jkunx suġġett għal spezzjoni aktar fil-fond b'fattur immirat għal aktar minn 50 skond is-sistema ta' informazzjoni Sirenac, b'dan illi perjodu ta' mhux anqas minn xahar ikun għadda mill-aħħar spezzjoni li tkun saret f'port fir-reġjun tal-MOU. (b) Biex jintgħażlu bastimenti oħra għall-ispezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabilixxu l-ordni tal-prijorità kif ġej: - l-ewwel bastimenti li għandhom jintgħażlu għal spezzjoni għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness I, Taqsima I, irrispettivament mil-fattur immirat tagħhom, - il-bastimenti elenkati fl-Anness I, Taqsima II għandhom jintgħażlu f'ordni li jonqos skond il-prijorità li tirriżulta mill-valur tal-firxa tal-fattur immirat tagħhom kif imsemmi fis-sistema ta' informazzjoni Sirenac. 3. L-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jispezzjonaw bastimenti li jkunu ġew spezzjonati minn xi Stat Membru fis-sitt xhur li jkunu ġew qabel, b'dan illi: - il-bastiment ma jkunx elenkat fl-Anness I, - ma jkunu ġew irrappurtati ebda defiċjenzi, wara spezzjoni li saret qabel, - ma jkunu jeżistu ebda raġunijiet ċari biex issir spezzjoni, - il-bastiment ma jkunx kopert bil-paragrafu 2(a)."; (5) l-Artikolu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej: "L-Artikolu 7 Spezzjoni mandatarja aktar fil-fond għal ċerti bastimenti 1. Bastiment f'waħda mill-kategoriji ta' l-Anness V, it-Taqsima A, tista' ssirlu spezzjoni aktar fil-fond wara perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar spezzjoni aktar fil-fond b li tkun saret f'port ta' Stat firmatarju tal-MOU. 2. Jekk bastiment bħal dan jintgħażel għal spezzjoni skond l-Artikolu 5(2)(b), għandha titwettaq spezzjoni aktar fil-fond. Iżda spezzjoni skond l-Artikolu 6 tista' titwettaq f'perjodu bejn żewġ spezzjonijiet estiżi. 3. (a) L-operatur jew il-kaptan ta' bastiment li għalih japplika l-paragrafu 1, għandu jikkomunika t-tagħrif kollu elenkat fl-Anness V, it-Taqsima B, lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' kull port li jżur wara perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar spezzjoni aktar fil-fond. Dan it-tagħrif għandu jiġi pprovdut ta' l-anqas tlett ijiem qabel il-ħin ikkalkulat għall-wasla fil-port jew qabel ma dan iħalli l-port ta' qabel jekk il-vjaġġ ikun mistenni li jieħu anqas minn tlett ijiem. (b) Kull bastiment li ma jkunx jikkonforma mas-subparagrafu (a) għandu jkun suġġett għal spezzjoni aktar fil-fond fil-port tad-destinazzjoni. 4. L-Istati Membri għandhom, bla ħsara għall-Artikolu 7a, jiżguraw li spezzjoni aktar fil-fond issir fuq bastiment li għalih japplika l-paragrafu 3 u li jkollu fattur immirat ta' 7 jew aktar fl-ewwel post li jżur wara perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar spezzjoni aktar fil-fond. Fil-każi fejn l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jżidu l-kapaċità tagħhom fil-ħin biex iwettqu l-ispezzjonijiet kollha addizzjonali meħtieġa, partikolarment minħabba l-problemi li għandhom x'jaqsmu mar-reklutaġġ u t-taħriġ ta' l-ispetturi dawn għandhom jitħallew sa l-1 ta' Jannar biex jibnu bil-mod il-mod is-servizz tagħhom ta' spezzjoni. Dan il-perjodu jista' jittawwal b'sitt xhur fil-każ tal-port ta' Rotterdam. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew b'kull estensjoni ta' dik ix-xorta. 5. Spezzjoni aktar fil-fond għandha ssir skond il-proċeduri ta' l-Anness V, it-Taqsima Ċ. 6. Fejn ikun hemm ir-riskju li xi emenda jew abbozz ta' emenda għall-MOU tista' ddgħajjef l-iskop ta' obbligazzjoni għal spezzjoni aktar fil-fond taħt dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tibgħat mingħajr dewmien lill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 18, abbozz tal-miżuri bil-għan li jerġgħu jiddaħħlu l-valuri tal-fatturi mmirati li jikkonformaw ma' l-għanijiet ta' din id-Direttiva."; (6) l-Artikolu 7a li ġej għandu jiddaħħal: "L-Artikolu 7a Il-proċedura fil-każ li ċerti bastimenti ma jkunux jistgħu jiġu spezzjonati 1. Fil-każi fejn, għal raġunjiet ta' l-operat, Stat Membru ma jkunx jista' jagħmel spezzjoni fuq bastiment b'fattur immirat ta' aktar minn 50 kif imsemmi fl-Artikolu 5(2)(a) jew spezzjoni mandatarja aktar fil-fond kif imsemmija fl-Artikolu 7(4), l-Istat Membru għandu, mingħajr dewmien, javża lis-sistema Sirenac li dik l-ispezzjoni ma tkunx seħħet. 2. Każi bħal dawk għandhom jiġu nnotifikati, f'intervalli ta' sitt xhur, lill-Kummissjoni flimkien ma raġunijiet għaliex l-ispezzjonijiet fuq il-bastimenti kkonċernati ma jkunux saru. 3. Matul xi sena kalendarju, dak in-nuqqas ta' spezzjonijiet m'għandux jeċċedi l-5 % tal-medja annwali tan-numru tal-bastimenti individwali eliġibbli għall-ispezzjonijiet imsemmija fl-paragrafu 1 li jżuru l-portijiet ta' Stat Membru, ikkalkolati fuq il-bażi tat-tliet snin kalendarji l-aktar reċenti li dwarhom statistika tkun disponibbli. 4. Il-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti għal spezzjoni, kif previst fl-Artikolu 5(2)(a) jew spezzjoni mandatarja aktar fil-fond kif imsemi fl-Artikolu 7(4), skond kif xieraq, fil-port Komunitarju li jkun imiss. 5. Sat-22 ta' Lulju 2008 iċ-ċifra ta' 5 % imsemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi emendata fuq il-bażi ta' l-istima mill-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 19."; (7) l-Artikolu 7b li ġej għandu jiddaħħal: "L-Artikolu 7b Miżuri ta' ċaħda ta' aċċess għal ċerti bastimenti 1. Stat Membru għandu jiżgura li bastiment f'waħda mill-kategoriji ta' l-Anness XI, taqsima A, jiġi rrifjutat lilu l-aċċess għall-portijiet tiegħu fis-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 11(6), jekk il-bastiment: jew - ikun itajjar il-bandiera ta' Stat li jidher fuq il-lista s-sewda kif ippubblikata fir-rapport annwali ta' l-MOU, u - ikun ġie miżmum għal aktar minn darbtejn fil-kors ta' l-24 xahar li jiġu qabel f'port ta' Stat firmatarju tal-MOU, jew - ikun itajjar il-bandiera ta' Stat deskritt bħala ta' "riskju għoli ħafna"; jew ta' "riskju għoli"; fil-lista s-sewda kif ippubblikata fir-rapport annwali tal-MOU, u - ikun ġie miżmum għal aktar minn darba fil-kors tas-36 xahar li jiġu qabel f'port ta' Stat firmatarju tal-MOU. Iċ-ċaħda għall-aċċess għandha ssir applikabbli minnufih malli l-bastiment ikun ġie awtorizzat biex iħalli l-port fejn ikun ġie suġġett għat-tieni jew għat-tielet detenzjoni skond kif ikun il-każ. 2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-proċeduri stabiliti fl-Anness XI, it-taqsima B. 3. Il-Kummissjoni għandha tippublika kull sitt xhur it-tagħrif relatat mal-bastimenti li jkunu ġew miċħuda aċċess għall-portijiet tal-Komunità fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu."; (8) L-Artikolu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej: "L-Artikolu 8 Ir-rapport ta' l-ispezzjoni lill-kaptan Malli titlesta spezzjoni, spezzjoni aktar dettaljata jew spezzjoni aktar fil-fond, l-ispettur għandu jħejji rapport skond l-Anness IX. Kopja tar-rapport ta' l-ispezzjoni għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment."; (9) fl-Artikolu 9: (a) il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej: "1. L-awtorità kompetenti għandha tkun sodisfatta li kull defiċjenza kkonfermata jew mikxufa mill-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 7 ġiet jew sa tiġi kkoreġuta skond il-Konvenzjonijiet."; (b) il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej: "3. Waqt l-eżerċizzju tal-ġudizzju professjonali tiegħu dwar jekk bastiment għandux jinżamm jew le, l-ispettur għandu japplika l-kriterji stabbiliti fl-Anness VI. F'dan ir-rigward, il-bastiment għandu jinżamm jekk ma jkunx mgħammar b'sistema ta' l-irrekordjar tat-tagħrif dwar il-vjaġġ li tkun tiffunzjona meta l-użu tagħha jsir obbligatorju skond l-Anness XII. Jekk din id-defiċjenza ma tkunx tista' tiġi rranġata malajr fil-port tad-detenzjoni, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti li l-bastiment jipproċedi għall-eqreb port xieraq fejn din għandha tiġi kkoreġuta mill-aktar fis jew teżiġi li d-defiċjenza tiġi rranġata matul perjodu massimu ta' 30 jum. Għal dawn l-iskopijiet, il-proċeduri stabiliti fl-Artikolu 11 għandhom jgħoddu."; (ċ) il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej: "5. Fil-każ li l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 7 jagħtu lok għal detenzjoni, l-awtorità kompetenti għandha minnufih tavża, bil-miktub u tinkludi r-rapport ta' l-ispezzjoni, lill-amministrazzjoni Statali li l-bastiment ikollu d-dritt li jtajjar il-bandiera tiegħu (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "l-amministrazzjoni tal-bandiera";) jew, meta dan ma jkunx possibbli, il-Konslu jew, fin-nuqqas tiegħu, l-eqreb rappreżentant diplomatiku ta' dak l-Istat, dwar iċ-ċirkostanzi kollha li minħabba fihom tkun qieset li l-intervent kien meħtieġ. B'żieda ma' dan, periti maħtura jew organizzazzjonijiet rikonoxxuti responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati tal-klassi jew ċertifikati maħruġa għan-nom ta' l-Istat tal-bandiera skond il-konvenzjonijiet internazzjonali għandhom ukoll jiġu nnotifikati fejn dawn ikunu rilevanti."; (10) L-Artikolu 10(1) għandu jinbidel b'dan li ġej: "1. Is-sid jew l-operatur ta' bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu fl-Istat Membru għandu jkollu dritt għall-appell kontra deċiżjoni ta' detenzjoni jew ċaħda ta' aċċess meħuda mill-awtorità kompetenti. Appell m'għandux iġib is-sospensjoni tad-detenzjoni jew taċ-ċaħda ta' l-aċċess."; (11) L-Artikolu 14(2) għandu jinbidel b'dan li ġej: "2. L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li jkun hemm dispożizzjonijiet għall-bdil ta' tagħrif u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra kollha u jżommu r-relazzjoni stabilita fl-operat bejn l-awtorità kompetenti tagħhom, il-Kummissjoni u s-sistema ta' informazzjoni Sirenac imwaqqfa f'St Malo, fi Franza. Għall-finijiet tat-twettiq ta' l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 7, l-ispetturi għandhom jikkonsultaw lid-databases pubbliċi u privati relatati ma' l-ispezzjoni tal-bastiment li jkunu aċċessibbli permezz tas-sistema tat-tagħrif Equasis."; (12) L-Artikolu 15(2) għandu jinbidel b'dan li ġej "2. It-tagħrif elenkat fl-Anness VIII, it-Taqsimiet I u II, u t-tagħrif dwar il-bidliet, is-sospensjonijiet u l-irtirar tal-klassi msemmija fl-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 94/57/KE, għandu jkunu disponibbli fis-sistema Sirenac. Dan għandu jinħareġ għall-pubbliku permezz tas-sistema tat-tagħrif Equasis, kemm jista' jkun malajr wara li l-ispezzjoni tkun tlestiet jew id-detenzjoni tkun ġiet irtirata."; (13) fl-Artikolu 15, il-paragrafu li ġej għandu jiżdied: "5. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma jaffettwawx il-leġislazzjoni nazzjonali dwar ir-responsabbiltà."; (14) fl-Artikolu 16, il-paragrafu li ġej għandu jiżdied: "2a. Fil-każ tad-detenzjoni ta' bastiment minħabba defiċjenzi jew nuqqas ta' ċertifikati validi kif stabilit fl-Artikolu 9 u fl-Anness VI, l-ispejjeż kollha relatati mad-detenzjoni għandhom jitħallsu mis-sid jew l-operatur tal-bastiment."; (15) L-Artikoli 17 u 18 għandhom jinbidlu b'dan li ġej: "L-Artikolu 17 Id-data għas-sorveljar ta' l-implimentazzjoni L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif elenkat fl-Anness X fl-intervalli kif hemm imsemmi f'dak l-Anness. L-Artikolu 18 Il-Kumitat Regolatorju 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 93/75/KEE. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stabilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat bħala ta' tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu."; (16) fl-Artikolu 19, il-frazi introduttorja u s-subparagrafu (a) għandhom jinbidlu b'dan li ġej: "Din id-Direttiva tista', mingħajr ma jitwessa' l-iskop tagħha, tiġi emendata skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 18(2), biex: (a) tadatta l-obbligazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5, ħlief iċ-ċifra ta' 25 % msemmija fil-paragrafu 1 tiegħu, kif ukoll fl-Artikoli 6, 7, 7a, 7b, 8, 15 u 17, u fl-Annessi li għalihom jirreferu dawn l-Artikoli, fuq il-bażi ta' l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u waqt li jitqiesu l-iżviluppi fl-MOU;" (17) l-Artikolu 19a li ġej għandu jiddaħħal: "L-Artikolu 19a Il-Pieni L-Istati Membri għandhom jistabilixxu sistema ta' pieni għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li dawn il-pieni jiġu applikati. Il-pieni hekk provduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi."; (18) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 20: "4. B'żieda ma' dan, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq bażi regolari dwar il-progress ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva ġewwa l-Istati Membri."; (19) L-Anness I, it-Taqsima II għandu jinbidel mat-test ta' l-Anness I li jinsab ma' din id-Direttiva. (20) fl-Anness II: (a) il-partita 10 għandha tiġi mibdula bil-partiti li ġejjin: "10. Id-Dokument dwar l-Ekwipaġġ Minimu bla Sogru; 10a Iċ-ċertifikati maħruġa skond il-Konvenzjoni STCW."; (b) il-partita 35 li ġejja għandha tiżdied: "35. Iċ-ċertifikat ta' l-assigurazzjoni jew kwalunkwe garanzija finanzjarja oħra dwar ir-Responsabbiltà ċivili għall-ħsara mit-tniġġis taż-żejt (Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għall-Ħsara mit-Tniġġis taż-Żejt, 1992)."; (21) fl-Anness III, il-partita 1, il-kliem "II-8 u II-11" għandhom jinbidlu bil-kliem "u II-8"; (22) l-Anness V, għandu jinbidel bit-test ta' l-Anness I li jinsab ma' din id-Direttiva; (23) L-Anness VI għandu jiġi emendat kif ġej: (a) dan li ġej għandu jiżdied mal-partita 2 ( "L-applikazzjoni tal-kriterji prinċipali" ): "14. jipprovdu l-massimu tat-tagħrif fil-każ ta' aċċident."; (b) fil-partita 3.1 il-kliem "In-nuqqas ta' ċertifikati validi" qed jinbidlu bil-kliem "In-nuqqas ta' ċertifikati u dokumenti validi"; (ċ) dan li ġej għandu jiżdied mal-partita 3.2: "15. In-nuqqas ta' twettiq tal-programm imtejjeb ta' stħarriġs kond is-SOLAS 74, il-Kapitolu XI, ir-Regolament 2. 16. Nuqqas jew falliment ta' VDR, meta l-użu tiegħu jkun obbligatorju."; (d) il-punt li ġej għandu jiżdied mal-partita 3.6: "5. Il-fajl tar-rapport ta' l-istħarriġ ikun nieqes jew ma' jkunx konformi mar-Regolament 13G(3)(b) tal-Konvenzjoni Marpol."; (24) l-Anness VIII, għandu jinbidel bit-test ta' l-Anness III li jinsab ma' din id-Direttiva. (25) L-Annessi IX, X, XI u XII għandhom jiżdiedu, li t-test tagħhom qiegħed fl-Anness IV li jinsab ma' din id-Direttiva. L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-22 ta' Lulju 2003. Dawn għandhom minnufih javżaw b'dan lill-Kummissjoni. 2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu flimkien ma' riferenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabiliti mill-Istati Membri. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li għandhom jaddottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva. L-Artikolu 3 Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mhux aktar tard mit-22 ta' lulju 2006. Ir-reviżjoni għandha teżamina, inter alia, l-għadd ta' spetturi tal-kontroll portwali Statali f'kull Stat Membru u l-għadd ta' spezzjonijiet li jkunu saru, inklużi l-ispezzjonijiet mandatarji aktar fil-fond. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tar-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tistabilixxi fuq il-bażi tar-reviżjoni jekk ikunx meħtieġ li tipproponi Direttiva li temenda jew leġislazzjoni ulterjuri f'dan il-qasam. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 2001. Għall-Parlament Ewropew Il-President N. Fontaine Għall-Kunsill Il-President A. Neyts-Uyttebroeck [1] ĠU C 212 E, tal-25.7.2000, p. 102 u ĠU C 154, 29.4.2001, p. 67. [2] ĠU C 14, tas-16.1.2001, p. 22. [3] ĠU C 22, ta' l-24.1.2001, p. 19. [4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2000, (ĠU C 228, tat-13.8.2001, p. 133), Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 (ĠU C 101, tat-30.3.2001, p. 15), u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Mejju 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2001 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2001. [5] ĠU L 157, tas-7.7.1995, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/97/KE (ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 67). [6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. -------------------------------------------------- L-ANNESS I "II. Il-fattur globali ta' l-ambitu Il-bastimenti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala prijorità għall-ispezzjoni. (1) Il-bastimenti li jżuru port ta' Stat Membru għall-ewwel darba jew wara nuqqas ta' 12-il xahar jew aktar. Fl-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji l-Istati Membri għandhom ukoll iqisu dawk l-ispezzjonijiet li jkunu saru minn membri tal-MOU. Fin-nuqqas ta' data xierqa għal dan il-għan, L-Istati Membri għandhom joqogħdu fuq l-informazzjoni Sirenac disponibbli u jispezzjonaw dawk il-bastimenti li ma jkunux ġew irreġistrati fis-Sirenac wara d-dħul fis-seħħta' dak id-database fl-1 ta' Jannar 1993. (2) Il-bastimenti li ma jkunux ġew spezzjonati minn xi Stat Membru fis-sitt xhur ta' qabel. (3) Il-bastimenti li ċ-ċertifikati statutorji tagħhom dwar il-kostruzzjoni u l-apparat tal-bastiment, maħruġa skond il-konvenzjonijiet, u ċ-ċertifikazzjoni tal-klassifika tagħhom, ikunu nħarġu minn organizzazzjonijiet li ma jkunux rikonoxuti skond it-termini tad-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE. (4) Il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat li jidher fuq il-lista s-sewda kif ippubblikata fir-rapport ta' kull sena ta' l-MOU. (5) Il-bastimenti li jkun ingħatalhom il-permess biex iħallu l-port ta' Stat Membru skond ċerti kondizzjonijiet, bħal: (a) defiċjenzi li għandhom jissewwew qabel it-tluq; (b) defiċjenzi li għandhom jissewwew fil-port li jkun imiss; (ċ) defiċjenzi li għandhom jissewwew fi żmien 14-il jum; (d) defiċjenzi li dwarhom ikunu ġew speċifikati kondizzjonijiet oħra. Jekk l-azzjonijiet relatati mal-bastiment ikunu ttieħdu u d-defiċjenzi jkunu ssewwew, dan għandu jitqies. (6) Il-bastimenti li dwarhom ikunu ġew irrekordjati defiċjenzi matul spezzjoni preċedenti, skond l-għadd tad-defiċjenzi. (7) Il-bastimenti li jkunu nżammu f'port preċedenti. (8) Il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' pajjiż li ma jkunx irratifika l-konvenzjonijiet kollha internazzjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva. (9) Il-bastimenti kklassifikati ma' soċjetà tal-klassifika bi proporzjon ta' defiċjenzi akbar mill-medja. (10) Il-bastimenti tal-kategoriji msemmija fl-Anness V(A). (11) Il-bastimenti li jkollhom aktar minn 13-il sena. Biex tiġi stabilita l-ordni tal-prijorità għall-ispezzjoni tal-bastimenti elenkati hawn fuq, l-awtorità kompetenti għandha tqis il-fattur ta' l-ambitu globali li jidher fis-sistema ta' informazzjoni Sirenac, skond l-Anness I, it-taqsima I tal-MOU. Fattur ta' l-ambitu usa' huwa indikattiv ta' prijorità ogħla. Il-fattur ta' l-ambitu usa huwa t-total tal-valuri tal-fattur ta' l-ambitu applikabbli kif definit fil-qafas ta' l-MOU. Il-partiti 5, 6 u 7 għandhom japplikaw biss għall-ispezzjonijiet li saru fl-aħħar 12-il xahar. Il-fattur ta' l-ambitu globali m'għandux ikun anqas mill-valuri stabiliti fil-partiti 3, 4, 8, 9, 10 u 11. Iżda, għall-finijiet ta' l-Artikolu 7.4, il-fattur globali ta' l-ambitu m'għandux iqis il-partita 10." -------------------------------------------------- L-ANNESS II L-ANNESS V A. IL-KATEGORIJI TAL-BASTIMENTI SUĠĠETTI GĦALL-ISPEZZJONI AKTAR FIL-FOND (kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)) (1) Il-bastimenti li jġorru l-gass u l-kimiċi li jkollhom aktar minn 10 snin, kif stabilit fuq il-bażi tad-data tal-kostruzzjoni kif tidher fuq iċ-ċertifikati ta' sigurtà tal-bastiment. (2) Il-bastimenti tal-merkanzija bl-ingrossa li jkollhom aktar minn 12-il sena, kif stabilit fuq il-bażi tad-data tal-kostruzzjoni kif tidher fuq iċ-ċertifikati ta' sigurtà tal-bastiment. (3) It-tankers li jġorru ż-żejt b'tunellaġġ gross ta' aktar minn 3000 tunnellata metrika gross u li jkollhom aktar minn 15-il sena fuq il-bażi tad-data tal-kostruzzjoni kif tidher fuq iċ-ċertifikati tas-sigurtà tal-bastimenti. (4) Il-bastimenti tal-passiġġieri li jkollhom aktar minn 15-il sena minbarra l-bastimenti tal-passiġġieri msemmija fl-Artikolu 2(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/ KE tad-29 ta' April 1999 dwar is-sistema ta' stħarriġ mandatarju għall-operat bla sogru ta' ro-ro ferry regolari u servizzi minn bastimenti tal-passiġġieri b'veloċità għolja [1]. (B) IT-TAGĦRIF LI GĦANDU JIĠI NNOTIFIKAT LILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI (kif imsemmi fl-Artikolu 7(3)(a)) (A) l-isem, (B) il-bandiera, (C) in-numru ta' l-identifikazzjoni ta' l-IMO, jekk ikun hemm, (D) it-tunellaġġ dead-weight, (E) id-data tal-kostruzzjoni tal-bastiment, kif stabilita fuq il-bażi tad-data murija fiċ-ċertifikati tas-sigurtà tal-bastiment, (F) fil-każ tat-tankers taż-żejt: (F)(a) il-konfigurazzjoni: b-buk wieħed, b-buk wieħed b'SBT, b-buk doppju, (F)(b) il-kondizzjoni tal-merkanzija u t-tankijiet tas-saborra: mimlija, vojta, innewtralizzati, (F)(ċ) il-volum u n-natura tal-merkanzija, (G) il-ħin probabbli tal-wasla fil-port tad-destinazzjoni jew l-istazzjon tal-pilota, kif meħtieġ mill-awtorità kompetenti, (H) kemm hi ppjanata li ddum iż-żjara, (I) l-operazzjonijiet ippjanati fil-port tad-destinazzjoni (tagħbija, ħatt, oħrajn), (J) l-ispezzjonijiet statutorji ppjanati u l-manutenzjoni sostanzjali u x-xogħol ta' tiswija li għandhom isiru meta jkun fil-port tad-destinazzjoni. (Ċ) IL-PROĊEDURI RELATATI MA' L-ISPEZZJONI AKTAR FIL-FOND TA' ĊERTI KATEGORIJI TA' BASTIMENTI (kif imsemmija fl-Artikolu 7(5)) Bla ħsara għal kemm dawn ikunu fattibbli fil-prattika jew għal xi limitazzjonijiet relatati mas-sigurtà tal-persuni, tal-bastiment jew tal-port, il-punti li ġejjin għandhom ta' l-anqas jifformaw parti minn spezzjoni aktar fil-fond. L-ispetturi għandhom ikunu konxji li din tista' tfixkel l-esekuzzjoni bla periklu ta' ċerti operazzjonijiet abbord, per eżempju, l-immaniġġar tal-merkanzija, jekk it-testijiet li jkollhom effett dirett fuqu jkun meħtieġ li jsiru waqt dawk l-operazzjonijiet. (1) IL-BASTIMENTI B'MOD ĠENERALI (il-kategoriji fit-taqsima A) - Meta jinqata' d-dawl u jibda jitħaddem il-ġeneratur ta' l-emerġenza, - l-ispezzjoni tad-dwal ta' l-emerġenza, - it-tħaddim tal-pompa ta' l-emerġenza għat-tifi tan-nar b'żewġ manki mqabbda mal-linja prinċipali tan-nar, - it-tħaddim tal-pompi tas-sentina, - l-għeluq tal-bibien li ma jagħmlux ilma, - it-tniżżil fl-ilma ta' dgħajsa waħda tas-salvataġġ, - it-test għal waqfa ta' emerġenza remota għal, per eżempju, il-bojlers, il-pompi tal-ventilazzjoni u tal-karburanti, - l-ittestjar ta' l-apparat tat-tmun inkluż l-apparat awżiljari tat-tmun, - l-ispezzjoni tas-sors ta' l-enerġija għall-istallazzjonijiet tar-radju f'każ ta' emerġenza, - l-ispezzjoni u, safejn dan ikun possibbli, l-ittestjar tad-diviżorju tal-kamra tal-magna. (2) IT-TANKERS LI JĠORRU l-GASS U l-KIMIĊI B'żieda mal-punti elenkati taħt it-taqsima 1, il-punti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala parti mill-ispezzjoni aktar fil-fond għat-tankers li jġorru l-gass u l-kimiċi: - is-sorvelja tat-tank tal-merkanzija u l-apparat tas-sigurezza relatati mat-temperatura, il-pressa u l-ullage, - l-analizzatur ta' l-ossiġnu u l-mekkaniżmi ta' l-esplożimetru, inkluża l-kalibrazzjoni tagħhom. Id-disponibilitàta' apparat għall-identifikazzjoni ta' kimika (il-minfaħ) b'għadd kemm hemm bżonn ta' tubi addattati għall-identifikazzjoni tal-gass fil-każ tal-merkanzija speċifika li tkun qed tinġarr, - settijiet għal meta wieħed jaħrab mill-kabina biex jagħtu protezzjoni addattata għar-respirazzjoni u għall-għajnejn għal kull min ikun abbord (jekk ikunu meħtieġa mill-prodotti elenkati fiċ-Ċertifikat Internazzjonali dwar l-Addattabilità jew iċ-Ċertifikat ta' l-Addattabilità għall-Ġarr bl-Ingrossa ta' Kimiċi Perikolużi jew Gassijiet Likwifikati bl-Ingrossa, skond kif japplika), - verifika li l-prodott li qed jinġarr ikun elenkat fiċ-Ċertifikat Internazzjonali ta' l-Addattabilità jew fiċ-Ċertifikat ta' l-Addattabilità għall-Ġarr bl-Ingrossa ta' Kimiċi Perikolużi jew Gassijiet Likwifikati bl-Ingrossa, skond kif japplika, - l-istallazzjonijiet fissi fuq il-gverta għat-tifi tan-nar, sew jekk ragħwa jew kimika niexfa jew xi ħaġa oħra skond il-ħtieġa tal-prodott li jkun qed jinġarr. (3) IL-BASTIMENTI GĦALL-ĠARR BL-INGROSSA B'żieda mal-punti elenkati taħt it-taqsima 1, il-punti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala parti mill-ispezzjoni aktar fil-fond fil-każ tal-bastimenti li jġorru bl-ingrossa: - il-possibiltà ta' tmermir fil-bażijiet tal-makkinarju ta' fuq il-gverta, - il-possibiltà ta' deformazzjoni u/jew ta'tmermir fil-koperturi tal-bokkaporti, - il-possibiltà ta' xquq jew tmermir lokalizzat fil-ħitan trasversali, - l-aċċess għall-istivi tal-merkanzija, - l-aċċertazzjoni li d-dokumenti li ġejjin ikunu abbord, il-verifika tagħhom u l-konferma li l-Istat tal-bandiera jew is-soċjetà tal-klassifika tkun ikkonfermathom: (1) ir-rapporti dwar l-istħarriġ strutturali, (2) ir-rapporti dwar il-valutazzjoni tal-kondizzjoni, (3) ir-rapporti dwar il-kejl tal-ħxuna, (4) id-dokument deskrittiv imsemmi fir-riżoluzzjoni ta' l-IMO A.744(18). (4) IT-TANKERS LI JĠORRU Ż-ŻEJT B'żieda mal-punti elenkati taħt it-taqsima 1, il-punti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala parti mill-ispezzjoni aktar fil-fond fil-każ tat-tankers li li jġorru ż-żejt: - is-sistema fissa fuq il-gverta biex titfi bir-ragħwa, - l-apparat tat-tifi tan-nar b'mod ġenerali, - l-ispezzjoni tad-dampers tan-nar fil-kamra tal-magna, fil-kamra tal-pompa u fl-akkomodazzjoni, - il-kontroll tal-pressjoni fuq il-gass inattiv u l-kontenut ta' l-ossiġnu ta' ġo fih, - it-tankijiet tas-saborra: ta' l-anqas wieħed mit-tankijiet tas-saborra fiż-żona tal-merkanzija għandu jiġi eżaminat mill-isprall tat-tank/ mill-aċċess ta' fuq il-gverta l-ewwelnett u għandu jsir dħul fih jekk l-ispettur jistabilixxi raġunijiet ċari għal aktar spezzjoni, - l-aċċertazzjoni li d-dokumenti li ġejjin ikunu abbord, il-verifika tagħhom u l-konferma li l-Istat tal-bandiera jew is-soċjetà tal-klassifika jkunu kkonfermawhom: (1) ir-rapporti dwar l-istħarriġ strutturali, (2) ir-rapporti dwar il-valutazzjoni tal-kondizzjoni, (3) ir-rapporti dwar il-kejl tal-ħxuna, (4) id-dokument deskrittiv imsemmi fir-riżoluzzjoni IMO A.744(18). (5) IL-BASTIMENTI TAL-PASSIĠĠIERI MHUX KOPERTI MID-DIRETTIVA 1999/35/KE B'żieda mal-punti elenkati taħt it-taqsima ċ 1, il-punti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala parti mill-ispezzjoni aktar fil-fond fil-każ tal-bastimenti tal-passiġġieri: - l-ittestjar tas-sistema tal-kxif tan-nar u tas-sistema ta' l-allarm, - l-ittestjar li l-biben tan-nar jingħalqu kif suppost, - l-ittestjar tas-sistema li tindirizza lill-pubbliku, - it-taħriġ għal kontra n-nar, bħala minimu, is-settijiet kollha ta' l-ilbies tal-pompiera għandhom jinħarġu għall-wiri u parti mill-ekwipaġġ tas-servitù għandha tieħu sehem, - il-prova li l-membri prinċipali ta' l-ekwipaġġ ikunu midħla tal-pjan biex tiġi kkontrollata l-ħsara. Fejn ikun meqjus xieraq, l-ispezzjoni tista' titkompla waqt li l-bastiment ikun fi triqtu lejn jew minn port fi Stat Membru, bil-permess tal-kaptan tal-bastiment jew l-operatur. L-ispetturi m'għandhomx ifixklu l-operat tal-bastiment, u lanqas m'għandhom iħajru sitwazzjonijiet li, fl-opinjoni tal-kaptan, jistgħu jipperikolaw is-sigurtà tal-passiġġieri, l-ekwipaġġ u l-bastiment. [1] ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS III L-Anness VIII qed jinbidel b'dan li ġej: L-ANNESS VIII Il-pubblikazzjoni tat-tagħrif relatat mad-detenzjonijiet u l-ispezzjonijiet fil-portijiet ta' l-Istati Membri (kif imsemmi fl-Artikolu 15) (I) It-tagħrif ippubblikat skond l-Artikolu 15(1) għandu jinkludi dan li ġej: - l-isem tal-bastiment, - in-numru ta' l-IMO, - it-tip tal-bastiment, - it-tunellaġġ (gt), - is-sena tal-kostruzzjoni kif stabilita fuq il-bażi tad-data murija fiċ-ċertifikati tas-sigurtà tal-bastiment, - l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju jew ta' l-operatur tal-bastiment, - fil-każ ta' bastimenti li jġorri l-merkanzija likwida jew solida bl-ingrossa, l-isem u l-indirizz tal-kerrej responsabbli għall-għażla tal-bastiment u t-tip tal-kirja, - L-istat tal-bandiera, - is-soċjetà tal-klassifika jew is-soċjetàjiet tal-klassifika, fejn rilevanti, li tkun/jkunu ħarġet/ħarġu lill-bastiment iċ-ċertifikati ta' klassi, jekk ikun hemm, - is-soċjetà jew is-soċjetàjiet tal-klassifika u/jew kull parti oħra li tkun ħarġet lil dan il-bastiment iċ-ċertifikati skond il-konvenzjonijiet applikabbli għan-nom ta' l-Istat tal-bandiera, waqt li jiġu ddikjarati ċ-ċertifikati maħruġa, - il-port u d-data ta' l-aħħar spezzjoni aktar fil-fond li turi, fejn japplika, jekk tkunx ġiet ordnata detenzjoni, - il-port u d-data ta' l-aħħar stħarriġ speċjali u l-isem ta' l-organizzazzjoni li tkun wettqet dan l-istħarriġ, - l-għadd ta' detenzjonijiet matul l-24 xahar ta' qabel, - il-pajjiż u l-port tad-detenzjoni, - id-data meta d-detenzjoni kienet tneħħiet, - it-tul tad-detenzjoni, fi ġranet, - l-għadd ta' defiċjenzi li nstabu u r-raġunijiet għad-detenzjoni, f'termini ċari u espliċiti, - id-deskrizzjoni tal-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti u, fejn japplika, mis-soċjetà tal-klassifika bħala segwitu tad-detenzjoni, - jekk il-bastiment ikun ġie miċħud lilu l-aċċess f'xi port tal-Komunità, ir-raġunijiet għal dik il-miżura f'termini ċari u espliċiti, - l-indikazzjoni, fejn japplika, dwar jekk is-soċjetà tal-klassifika jew xi korp ieħor privat li jkun għamel l-istħarriġ ikollux responsabbiltà rigward id-defiċjenzi li, weħidhom jew flimkien, ikunu wasslu għad-detenzjoni, - id-deskrizzjoni tal-miżuri li jkunu ttieħdu fil-każ ta' bastiment li kien tħalla jmur lejn l-eqreb tarzna adattata jew li kien ġie miċħud lilu aċċess għal port tal-Komunità. (II) It-tagħrif dwar bastimenti spezzjonati ippubblikat skond l-Artikolu 15(2) għandu jinkludi dan li ġej: - l-isem tal-bastiment, - in-numru ta' l-IMO, - it-tip ta' bastiment, - it-tunellaġġ (gt), - is-sena ta' kostruzzjoni, - l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju jew l-operatur tal-bastiment, - fil-każ ta' bastimenti li jġorru merkanzija likwida jew solida bl-ingrossa, l-isem u l-indirizz tal-kerrej responsabbli għall-għażla tal-bastiment u t-tip tal-kirja, - l-Istat tal-bandiera, - is-soċjetà tal-klassifika jew is-soċjetàjiet tal-klassifika, fejn rilevanti, li tkun/jkunu ħarġet/ħarġu lill-bastiment iċ-ċertifikati tal-klassi, jekk ikun hemm, - is-soċjetà tal-klassifika jew is-soċjetàjiet tal-klassifika u/jew kull parti oħra li tkun ħarġet lil dan il-bastiment iċ-ċertifikati skond il-konvenzjonijiet applikabbli għan-nom ta' l-Istat tal-bandiera, waqt li jiġu ddikjarati iċ-ċertifikati maħruġa, - il-pajjiż, il-port u d-data ta' l-ispezzjoni, - l-għadd u natura tad-defiċjenzi. -------------------------------------------------- L-ANNESS IV L-Annessi li ġejjin IX, X, XI u XII għandhom jiżdiedu:" L-ANNESS IX Ir-rapport ta' l-ispezzjoni mħejji skond l-Artikolu 8 Ir-rapport ta' l-ispezzjoni għandu jkun fih ta' l-anqas il-punti li ġejjin: I. Ġenerali (1) L-awtorità kompetenti li kitbet ir-rapport (2) Id-data u l-lok ta' l-ispezzjoni (3) L-isem tal-bastiment spezzjonat (4) Il-bandiera (5) It-tip tal-bastiment (6) In-numru ta' l-IMO (7) Is-sinjal tas-sejħa (8) It-tunellaġġ (gt) (9) It-tunellaġġ deadweight (fejn rilevanti) (10) Is-sena tal-kostruzzjoni kif stabilita fuq il-bażi tad-data li tidher fiċ-ċertifikati tas-sigurtà tal-bastiment (11) Is-soċjetà tal-klassifika jew is-soċjetàjiet tal-klassifika, fejn rilevanti, li tkun/jkunu ħarġet/ħarġu lill-bastiment iċ-ċertifikati tal-klassi, jekk ikun hemm (12) is-soċjetà tal-klassifika jew is-soċjetajiet tal-klassifika u/jew kull parti oħra li tkun ħarġet lil dan il-bastiment iċ-ċertifikati skond il-konvenzjonijiet applikabbli għan-nom ta' l-Istat tal-bandiera (13) l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju tal-bastiment jew ta' l-operatur (14) L-isem u l-indirizz tal-kerrej responsabbli għall-għażla tal-bastiment u t-tip tal-kirja fil-każ ta' bastimenti li jġorru l-merkanzija likwida jew solida bl-ingrossa (15) Id-data finali tal-kitba tar-rapport ta' l-ispezzjoni (16) L-indikazzjoni li tagħrif dettaljat dwar spezzjoni jew detenzjoni jista' jkun suġġett għall-pubblikazzjoni. (II) It-tagħrif dwar l-ispezzjoni (1) Iċ-ċertifikati maħruġa fl-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, l-awtorità jew l-organizzazzjoni li ħarġet iċ-ċertifikat/i inkwistjoni, inkluża d-data tal-ħruġu l-iskadenza (2) Il-partijiet jew l-elementi tal-bastiment li kienu spezzjonati (fil-każ ta' spezzjoni aktar dettaljata jew aktar fil-fond) (3) It-tip ta' l-ispezzjoni (spezzjoni, spezzjoni aktar dettaljata, spezzjoni aktar fil-fond) (4) In-natura tad-defiċjenzi (5) Il-miżuri li ttieħdu. (III) It-tagħrif addizzjonali fil-każ ta' detenzjoni (1) Id-data ta' l-ordni tad-detenzjoni (2) Id-data ta' l-irtirar ta' l-ordni tad-detenzjoni (3) In-natura tad-defiċjenzi li ġabu magħhom l-ordni għad-detenzjoni (referenzi għall-konvenzjonijiet, jekk ikunu rilevanti) (4) It-tagħrif dwar l-aħħar stħarriġ intermedjarju jew annwali (5) L-indikazzjoni, fejn tapplika, dwar jekk is-soċjetà tal-klassifika jew xi korp ieħor privat li għamel l-istħarriġ ikollux responsabbiltà skond id-defiċjenzi li, weħidhom jew flimkien, ikunu wasslu għad-detenzjoni (6) Il-miżuri li ttieħdu. L-ANNESS X Id-data pprovduta fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tas-sorvelja fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 17 (1) Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif li ġej dwar is-sena ta' qabel mhux aktar tard mill-1 ta' April. 1.1. L-għadd ta' spetturi li jaġixxu għan-nom tagħhom fil-qafas tal-kontroll portwali ta' l-Istat għat-tbaħħir. Dan it-tagħrif għandu jingħata lill-Kummissjoni waqt li tintuża t-tabella mudell li ġejja. +++++ TIFF +++++ Dan it-tagħrif għandu jiġi pprovdut f'livell nazzjonali u għal kull port ta' l-Stat Membru li jkun. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, port għandu jfisser port individwali u ż-żona ġeografika koperta minn spettur jew skwadra ta' spetturi, li tkun tikkonsisti f'bosta portijiet individwali fejn ikun il-każ. L-istess spettur jista' jaħdem f'aktar minn port/żona ġeografika waħda. (1.2) L-għadd totali tal-bastimenti individwali li daħlu fil-portijiet tagħhom f'livell nazzjonali. (2) L-Istati Membri għandhom jew: (a) jipprovdu lill-Kummissjoni kull sitt xhur lista tal-movimenti tal-bastimenti individwali, minbarra s-servizzi regolari ta' ferry, li daħlu fil-portijiet tagħhom, li jkun fiha n-numru ta' l-IMO tal-bastimenti u d-data tal-wasla; jew alternattivament (b) jipprovdu lis-Sirenac in-numri ta' l-IMO u d-data tal-wasla tal-bastimenti, minbarra s-servizzi regolari tal-ferry, li kull jum jidħlu fil-portijiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni lista tas-servizzi regolari tal-ferry kif imsemmi fil-punti (a) u (b), mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u wara kull darba li jseħħu bidliet f'dawk is-servizzi. L-ANNESS XI (A) IL-KATEGORIJI TAL-BASTIMENTI SUĠĠETTI GĦAĊ-ĊAĦDA TA' L-AĊĊESS FIL-PORTIJIET TAL-KOMUNITÀ (kif imsemmija fl-Artikolu 7(b)(1)) (1) It-tankers li jġorru l-gass u l-kimiċi. (2) Il-bastimenti li jġorru l-merkanzija bl-ingrossa. (3) It-tankers taż-żejt. (4) Il-bastimenti tal-passiġġieri. (B) IL-PROĊEDURI RELATATI MAĊ-ĊAĦDA TA' L-AĊĊESS FIL-PORTIJIET TAL-KOMUNITÀ (kif imsemmija fl-Artikolu 7(b)(2)) 1. Jekk il-kondizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 7b jitħarsu, l-awtorità kompetenti tal-port li fih ikun detenut il-bastiment għat-tieni jew għat-tielet darba, skond kif japplika, għandha tavża lill-kaptan u lill-proprjetarju jew lill-operatur tal-bastiment bil-miktub bl-ordni taċ-ċaħda ta' l-aċċess mogħtija lill-bastiment. L-awtorità kompetenti għandha wkoll tavża lill-amministrazzjoni Statali tal-bandiera, lis-soċjetà tal-klassifika kkonċernata, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni, lis-Centre administratif des affaires maritimes u lis-Segretarjat tal-MOU. L-ordni taċ-ċaħda ta' l-aċċess isseħħ malli l-bastiment ikun ġie awtorizzat li jħalli l-port wara li d-defiċjenzi li jwasslu għad-detenzjoni jkunu ġew irmedjati. 2. Biex l-ordni taċ-ċaħda ta' l-aċċess tkun tista' titneħħa, il-proprjetarju jew l-operatur għandhom jindirzzaw talba formali lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li tkun imponiet l-ordni għaċ-ċaħda ta' l-aċċess. Din it-talba għandha tkun akkumpanjata b'ċertifikat mill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera li juri li l-bastiment jikkonforma kollu kemm hu mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-konvenzjonijiet internazzjonali. It-talba għat-tneħħija ta' l-ordni taċ-ċaħda għall-aċċess għandha tkun akkumpanjata wkoll, fejn japplika, b'ċertifikat mis-soċjetà tal-klassifika li jkollha l-bastiment fil-klassi tagħha li tkun turi li l-bastiment ikun jikkonforma man-normi dwar il-klassi stipulati minn dik is-soċjetà. 3. L-ordni taċ-ċaħda għall-aċċess tista' titneħħa biss wara spezzjoni mill-ġdid tal-bastiment f'port miftiehem mill-ispetturi ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li jkun impona l-ordni taċ-ċaħda għall-aċċess u jekk tiġi provduta xhieda għas-sodisfazzjon ta' dan l-Istat Membru li l-bastiment ikun jikkonforma kollu kemm hu mal-ħtiġiet applikabbli tal-Konvenzjonijiet Internazzjonali. Jekk il-port miftiehem ikun ġewwa l-Komunità, l-awtorità kompetenti tal-port ta' l-Istat Membru tal-port tad-destinazzjoni tista', bi ftehim ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li tkun imponiet l-ordni għaċ-ċaħda ta' l-aċċess, tordna li l-bastiment imur lejn il-port tad-destinazzjoni inkwistjoni, għall-għan uniku ta' l-ivverifikar li l-bastiment ikun jikkonforma mal-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 2. L-ispezzjoni mill-ġdid għandha tkun tikkonsisti fi spezzjoni aktar fil-fond li għandha ta' l-anqas tkopri l-punti rilevanti ta' l-Anness V, it-taqsima Ċ. L-ispejjeż kollha ta' din l-ispezzjoni aktar fil-fond għandhom jitħallsu mis-sid jew mill-operatur. 4. Jekk ir-riżultati ta' l-ispezzjoni aktar fil-fond jissodisfaw l-Istat Membru skond il-paragrafu 2, l-ordni taċ-ċaħda għall-aċċess għandha titneħħa. Is-sid jew l-operatur tal-bastiment għandu jiġi avżat b'dan bil-miktub. L-awtorità kompetenti għandha wkoll tavża bid-deċiżjoni lill-amministrazzjoni Statali tal-bandiera, lis-soċjetà tal-klassifika kkonċernata, lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni, lis-Centre administratif des affaires maritimes u lis-Segretarjat tal-MOU. 5. It-tagħrif relatat ma' bastimenti li jkunu ġew imċaħħda mill-aċċess għall-portijiet tal-Komunità għandu jitqiegħed għad-disponibilità fis-sistema Sirenac u jiġi ppublikat b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 15 u ta' l-Anness VIII. L-ANNESS XII Il-ħtiġiet Internazzjonali u Komunitarji dwar is-sistemi ta' l-irrekordjar tad-data dwar il-vjaġġ Il-bastimenti fil-klassijiet li ġejjin għandhom, minħabba li jkunu jżuru port ta' Stat Membru tal-Komunità, ikunu mgħammra b'sistema ta' l-irrekordjar tad-data dwar il-vjaġġ li tilħaq in-normi ta' l-adempjenza tar-Riżoluzzjoni IMO A.861(20) u n-normi ta' l-ittestjar stabiliti bin-Norma Nru 61996 tal-Kummissjoni Elettronika Internazzjonali (IEC): - il-bastimenti tal-passiġġieri mibnija fl-1 ta' Lulju 2002 jew wara dik id-data, - il-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro mibnija qabel l-1ta' Lulju 2002, mhux aktar tard mill-ewwel stħarriġ fl-1 ta' Lulju 2002 jew wara din id-data, - il-bastimenti tal-passiġġieri ħlief għall-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro, mibnija qabel l-1ta' Lulju 2002, iżda mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2004, - il-bastimenti barra mill-bastimenti tal-passiġġieri, ta' tunellaġġ gross ta' 3000 jew aktar mibnija fl-1 ta' Lulju 2002 jew wara din id-data. Il-bastimenti fil-klassijiet li ġejjin u mibnija qabel l-1 ta' Lulju 2002 għandhom, minħabba li jkunu jżuru port ta' Stat Membru fil-Komunità, jkunu mgħammra b'sistema ta' l-irrekordjar tad-data tal-vjaġġ li tkun tikkonforma man-normi rilevanti ta' l-IMO: - il-bastimenti tal-merkanzija ta' tunellaġġ gross ta' 20000 u aktar, mhux aktar tard mid-data ffissata mill-IMO jew, fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-IMO, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2007, - il-bastimenti tal-merkanzija ta' tunellaġġ gross ta' 3000 u aktar iżda anqas minn tunellaġġ gross ta' 20000, mhux aktar tard mid-data ffissata mill-IMO jew, fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-IMO, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2008. " --------------------------------------------------