Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0100

    Id-Direttiva 2001/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 16, 18.1.2002, p. 32–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2013; Imħassar b' 32007R0715

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/100/oj

    32001L0100



    Official Journal L 016 , 18/01/2002 P. 0032 - 0034


    Id-Direttiva 2001/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tas-7 ta' Diċembru 2001

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja mill-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

    Billi

    (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE [4] hija waħda mid-direttivi separati taħt il-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip preskritta mid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [5].

    (2) Id-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 rigward l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur u li temenda id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE [6] introduċiet limiti speċifiċi ta' emissjonijiet għall-monossidu tal-karbonju u idrokarburi flimkien ma' test ġdid biex ikejjel dawk l-emissjonijiet f'temperaturi baxxi biex tadatta l-komportament tas-sistema tal-kontroll ta' l-emissjoni ta' vetturi tal-kategorija M1 u kategorija N1, klassi I, b'magni positive-ignition għall-kondizzjonijiet ta' l-ambjent mġarrba fil-prattika.

    (3) Il-Kummissjoni iddeterminat limiti xierqa ta' temperatura baxxa għall-vetturi ta' kategorija N1 klassi II u II b'magni positive-ignition. Huwa issa xieraq li jkunu inklużi fil-kamp tal-vetturi tat-test ta' temperatura baxxa tal-kategorija M1 b'magni positive-ignition ddisinjati biex iġorru aktar minn sitt passiġġieri u vetturi tal-kategorija M1 b'magni positive-ignition li l-massa massima teċċedi 2500 kg, li kienu esklużi qabel.

    (4) Minħabba l-karatteristiċi ta' l-emissjonijiet tagħhom, huwa xieraq li jkunu eżentati vetturi b'magni positive-ignition li jaħdmu biss fuq karburant tal-gass (LPG jew NG) mit-test tat-temperatura baxxa. Vetturi fejn is-sistema tal-petrol hija mpoġġija għall-iskopijiet ta' emerġenza jew l-istartjar biss u meta t-tank tal-petrol ma jkollux iżjed minn 15-il litru ta' petrol, għandhom jitqiesu bħala vetturi li jistgħu jaħdmu biss b'karburant gassuż.

    (5) Huwa xieraq li t-test għall-emissjonijiet b'temperatura baxxa jkun allinejat mat-test għall-emissjonijiet f'temperatura normali ambjentali. Il-test b'temperatura baxxa huwa għalhekk ristrett għall-vetturi tal-kategoriji M u N b'massa massima li ma teċċedix 3500 kg.

    (6) Id-Direttiva 70/220/KEE għandha tkun emendata kif xieraq,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u VII tad-Direttiva 70/220/KEE huma permezz ta' dan emendati skond l-Anness ma' din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu din id-Direttiva fi żmien disa' xhur mid-dħul tagħha fis-seħħ. Għandhom jinfurmaw minnufih lil-Kummissjoni b'dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom ikunu preskritti mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert b'din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Diċembru 2001.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    N. Fontaine

    Għall-Kunsill

    Il-President

    I. Durant

    [1] ĠU C 365 E, tad-19.12.2000, p. 268.

    [2] ĠU C 139, tal-11.5.2001, p. 1.

    [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Mejju 2001 (għadha mhiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-16 ta' Ottubru 2001 (għadha mhiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2001 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [4] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, tas-6.2.2001, p. 34).

    [5] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/40/KE Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, ta' l-10.8.2000, p. 9).

    [6] ĠU L 350, tat-28.12.1998, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    EMENDI GĦALL-ANNESS I TAD-DIRETTIVA 70/220/KEE

    1. It-tabella I.5.2., tip VI, għandha tinbidel b'li ġej:

    "Test tal-approvazzjoni tat-tip | Vetturi bil-magna positive-ignition tal-kategoriji M u N | Vetturi bil-magna compression-ignition tal-kategoriji M1 u N1 |

    Tip VI | Iva (massa massima ≤ 3,5 t) | –" |

    2. Taqsima 5.3.5. għandha tkun emendata kif ġej:

    Ir-referenza għan-nota f'qiegħ il-paġna 1 u n-nota f'qiegħ il-paġna innifisha għandhom ikunu mħassra.

    3. It-taqsima 5.3.5.1. għandha tinbidel b'li ġej:

    "5.3.5.1. Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi kollha tal-kategorija M1 u N1 mgħammra b'magna positive-ignition ħlief dawk il-vetturi li jaħdmu biss fuq karburant gassuż (LPG jew NG). Vetturi li jistgħu jingħataw karburant kemm petrol jew gass, imma fejn is-sistema tal-petrol hija iffittjata għall-iskopijiet ta' emerġenza jew startjar biss u li t-tank tal-petrol ma jistax ikollu iżjed minn 15-il litru ta' petrol jitqiesu għat-test tat-Tip VI bħal vetturi li jistgħu jaħdmu biss fuq karburant gassuż.

    Vetturi li jistgħu jingħataw kemm petrol jew LPG jew NG għandhom ikunu eżaminati fit-test Tip VI fuq il-petrol biss.

    Din it-taqsima hija applikabbli għal tipi ġodda ta' vetturi tal-kategorija M1 u tal-kategorija N1, klassi I, ħlief vetturi ddisinjati biex iġorru aktar minn sitt passiġġieri u vetturi li l-massa massima tagħhom teċċedi 2500 kg [1].

    Mill-1 ta' Jannar 2003, din it-taqsima hija applikabbli għal tipi ġodda ta' vetturi tal-kategorija N1 klassijiet II u III, tipi ġodda ta' vetturi tal-kategorija M1 ddisinjati li jġorru aktar minn sitt passiġġieri u tipi ġodda ta' vetturi tal-kategorija M1 b'massa massima ikbar minn 2500 kg imma ma taqbiżx 3500 kg."

    4. It-tabella fit-taqsima 5.3.5.2 għandha tinbidel bit-tabella li ġejja:

    "Temperatura tal-test 266 K (- 7 °C) |

    Kategorija | Klassi | Massa ta' carbon monoxide (CO) L1 (g/km) | Massa ta' idrokarburi (HC) L2 (g/km) |

    M1 | – | 15 | 1,8 |

    N1 | I | 15 | 1,8 |

    N1 | II | 24 | 2,7 |

    III | 30 | 3,2 |

    EMENDI GĦALL-ANNESS VII TAD-DIRETTIVA 70/220/KEE

    5. L-ewwel sentenza tat-taqsima 1 għandha tkun emendata kif ġej:

    "1. Dan l-Anness japplika biss għall-vetturi b'magni positive-ignition kif imfissra fit-taqsima 5.3.5. ta' l-Anness I."

    6. L-ewwel sentenza tat-taqsima 2.1.1 għandha tkun emendata kif ġej:

    "2.1.1. Dan il-kapitolu jittratta t-tagħmir meħtieġ għal testijiet ta' emissjoni ta' exhaust f'temperatura ambjentali baxxa fuq vetturi mgħammra b'magni positive-ignition, kif definiti fit-taqsima 5.3.5. ta' l-Anness I."

    7. Fit-taqsima 4.3.3, ir-referenza għan-nota f'qiegħ il-paġna għandha titħassar, kif ukoll in-nota innifisha.

    [1] Din it-taqsima hi applikabbli għal tipi ġodda mill-1 ta' Jannar 2002.

    --------------------------------------------------

    Top