Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0085

    Id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 2001 li tirrigwardja d-dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta' pasiġġieri li jkollhom aktar minn tmien sedili b'żieda mas-sedil tas-sewwieq, u li temeda d-Direttivi 70/156/KEE u 97/27/KE

    ĠU L 42, 13.2.2002, p. 1–102 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Imħassar b' 32009R0661

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/85/oj

    32001L0085



    Official Journal L 042 , 13/02/2002 P. 0001 - 0102


    Id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    ta' l-20 ta' Novembru 2001 li tirrigwardja d-dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta' pasiġġieri li jkollhom aktar minn tmien sedili b'żieda mas-sedil tas-sewwieq, u li temeda d-Direttivi

    70/156/KEE u 97/27/KE

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Waqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], u fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni nhar il-25 ta' Ġunju 2001,

    Billi:

    (1) Is-suq intern jikkomprendi żona mingħajr fruntieri interni, li fiha l-moviment tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital huwa assigurat; Huwa mportanti li jkunu adottati miżuri għal dan il-għan.

    (2) Il-ħtiġiet tekniċi li il-vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw permezz tal-liġijiet nazzjonali li jirrigwardjaw, inter alia, d-dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta' passiġġieri li jkollhom aktar min tmien sedili b'żieda mas-sedil tas-sewwieq.

    (3) Dawn il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor.

    (4) Minħabba d-differenzi fil-preskrizzjonijiet tekniċi, dawn il-vetturi kienu impeduti milli jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità. L-adozzjoni ta' ħtiġiet arminozzati mill-Istati Membri kollha minflok ir-regolamenti nazzjonali tagħhom għandha tiffaċilita il-funzjonament xieraq tas-suq intern għal dawn il-vetturi.

    (5) Huwa għalhekk neċessarju li l-Istati Membri jadottaw l-istess ħtiġiet jew bħala żieda għal, jew inkella minflok ir-regoli eżistenti tagħhom sabiex, partikolarment, jippermettu li l-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [4] tkun applikata fir-rigward ta' kull tip ta' vettura;

    (6) Din id-Direttiva hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, li kienet stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE.

    (7) Biex tirrikonoxxi l-avvanzi diġa magħmula sabiex tittejjeb l-aċċessibilità għal persuni b'mobiltà mnaqqsa għall-vetturi tal-Klassijiet I u II, it-tipi eżistenti ta' vetturi għandhom ikunu mħollija li jkollhom rampa aktar wieqfa f'partijiet tal-passaġġ milli f'tipi ġodda ta' vetturi.

    (8) La darba l-objettivi ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-evitar ta' ostakoli għall-kummerċ fi ħdan il-Komunità permezz ta' l-applikazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura għal vetturi bħal dawn, ma jistgħux ikunu suffeċjentament milħuqha mill-Istati Membri minħabba l-iskala u l-effetti ta' l-azzjoni proposta fis-settur in kwistjoni, u għalhekk jistgħu jkunu milħuqa aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipji ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn min dak li huwa meħtieġ sabiex ikunu milħuqa dawk l-objettivi.

    (9) Sabiex tiddisstingwixxi bejn it-tipi eżistenti u ġodda ta' vetturi, huwa meħtieġ li ssir referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-istallazzjoni ta' mezzi ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [5].

    (10) Huwa mixtieq li jittieħed kont tal-ħtiġiet tekniċi eżistenti adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU (NU/KEE) fir-Regolament tagħha Nru 36 ("Dispożizzjonijiet Uniformi li jikkonċernaw l-Approvazzjoni ta' Vetturi Kbar tal-Passiġġieri f'dak li jirrigwardja l-Kostruzzjoni Ġenerali tagħhom"), ir-Regolament tagħha Nru 52 ("Dispożizzjonijiet Uniformi li jikkonċernaw il-Vetturi tas-Servizz Pubbliku li ma jeħdux Ħafna Passiġġieri"), ir-Regolament tagħha Nru 66 ("Dispożizzjonijiet Uniformi li jikkonċernaw l-Approvazzjoni ta' Vetturi Kbar tal-Passiġġieri fir-rigward tas-Saħħa tas-Soprastruttura tagħhom") u r-Regolament tagħha Nru 107 (Dispożizzjonijiet Uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' Vetturi Kbar b'Żewġ Sulari għall-Passiġġieri fir-rigward tal-Kostruzzjoni Ġenerali tagħom), li huma annessi mal-Ftehim ta' l-20 ta' Marzu 1958 li jirrigwarda l-adozzjoni tal-kondizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku ta' l-approvazzjoni tat-tgħamir u l-partijiet ta' vetturi bil-mutur.

    (11) Waqt li l-għan ewlieni ta' din id-Direttiva huwa li jiggarantixxi s-sigurtà tal-passiġġieri, huwa wkoll meħtieġ li tipprovdi preskrizzjonijiet tekniċi li jippermettu l-aċċesibbilità għal persuni b'mobilità mnaqqsa għall-vetturi koperti bid-Direttiva, bi qbil mal-politiki tat-trasport u soċjali Komunitarji. Kull sforz għandu jsir biex jitjieb l-aċċess għal dawn il-vetturi. Għal dan il-għan, l-aċċessibilità għal persuni b'mobiltà mnaqqsa tista' tkun milħuqha jew b'soluzzjonijiet tekniċi applikati għall-vettura, kif kopert b'din id-Direttiva, jew billi jkunu ikkombinata ma' infrastruttura lokali xierqa biex tiggarantixxi aċċess għal dawk li jużaw is-siġġijiet tar-roti.

    (12) Bħala riżultat ta' dak li ntqal qabel, huwa meħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 70/156/KEE u d-Direttiva 97/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 1997 dwar il-masses u d-dimensjonijiet ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [6].

    (13) Il-miżuiri meħtieġa għall-implimentazzjoni din id-Direttiva għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [7],

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Għall-ikamp ta' applikazzjoniijiet ta' din id-Direttiva:

    - "vettura" għandha tfisser kwalunkwe vettura b'magna tal-kategorija M2 u M3, kif definita fl-Anness II, il-Parti A, tad-Direttiva 70/156.KEE,

    - "karozzerija" għandha tfisser l-unità teknika separata kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE,

    - "klassi ta' vettura" għandha tfisser vettura li tkun konformi mad-deskrizzjoni tal-klassi mogħtija fl-Anness I ta' din id-Direttiva.

    L-Artikolu 2

    1. B'effett mit-13 ta' Awwissu 2003 l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali:

    - ta' vettura,

    - ta' karozzerija,

    - ta' vettura li l-karozzerija tagħha tkun diġa ngħatat l-approvazzjoni tat-tip bħala unità teknika separata,

    jew jirrifjutaw jew jipprojbixxu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' vettura jew ta' karozzerija bħala unità teknika separata, għal raġunijiet li jirrigwardjaw id-dispożizzjonijiet għall-vetturi użati għat-trasport ta' passiġġieri li jkollhom aktar minn tmien sedili b'żieda mas-sedil tas-sewwieq, jekk il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u l-Annessi tagħha jkunu ġew sodisfatti.

    2. Il-Paragrafu 1 għandu japplika wkoll għall-vetturi bl-art baxxa tal-Klassi I jew II, li ngħataw l-approvazzjoni tat-tip qabel it-13 ta' Awwissu 2002 permezz tad-Direttiva 76/756/KEE, li jgawdu mir-rampa tal-passaġġ ta' 12,5 % speċifikata fil-paragrafu 7.7.6.2 ta' l-Anness 1.

    3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4 t'hawn taħt, b'effett mit-13 ta' Frar 2003, l-Istati Membri:

    - m'għandhomx aktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE lil tip ta' vettura u tip ta' karozzerija bħala unità teknika separata,

    - jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda u karozzerija ġdida bħala unitajiet tekniċi separati,

    għal raġunijiet li jirrigwardjaw id-dispożizzjonijiet għal vetturi użati għat-trasport ta' passiġġieri u li jkollhom aktar minn tmien sedili b'żieda mas-sedil tas-sewwieq, jekk il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u l-Annessi tagħha ma jkunx hemm konformità magħhom.

    4. B'effett mit-13 ta' Frar 2005, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ u d-dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda u karozzerija ġdida bħala unitajiet tekniċi separati li jkunu ngħataw l-approvvazzjoni tat-tip bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

    L-Artikolu 3

    1. Il-vetturi tal-Klassi I għandhom ikunu aċċessibbli għal persuni b'mobilità mnaqqsa inklużi dawk li jużaw is-siġġijiet tar-roti skond id-dispożizzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness VII.

    2. L-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jgħażlu s-soluzzjoni l-aktar xierqa biex jakwistaw aċċesibbilità mtejba f'vetturi apparti minn dawk tal-Klassi I. B'dana kollu, jekk vetturi apparti minn dawk tal-Klassi I huma mgħammra b'mezzi għal persuni b'mobilità mnaqqsa u/jew dawk li jużaw is-siġġu tar-roti, dawn għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet relevanti ta' l-Anness VII.

    L-Artikolu 4

    Id-Direttiva 70/156/KE għandha tkun emendata kif ġej:

    1. Fl-Anness I:

    (a) dawn il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 0.2:

    +++++ TIFF +++++

    (b) dawn il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 0.3:

    +++++ TIFF +++++

    (ċ) dawn il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 0.3.1:

    +++++ TIFF +++++

    (d) dan il-punt li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-punt 2.4.2:

    +++++ TIFF +++++

    (e) dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud:

    +++++ TIFF +++++

    (f) il-punt 13 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    2. dan il-punt li ġej għandu jkun mizjud fil-Parti I ta' l-Annes III:

    +++++ TIFF +++++

    3. fl-Anness IV:

    (a) fil-Parti I, il-punt 52 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

    | "Suġġett | Direttiva numru | Referenza tal-Ġurnal Uffiċjali | Applikabbilità |

    | | | | | | | | | |

    52 | Xarabank u coaches | …/…/KE | L | M1 | M2 X | M3 X | N1 | N2 | N3 | O1 | O2 | O3 | O4" |

    (b) fil-Parti II, dan li ġej għandu jkun miżjud bħala l-punt 52:

    | "Suġġett | Regolament bażiku numru | Serje ta' emendi | Suppliment | Corrigendum |

    52 | Is-saħħa tas-soprastruttura (xarabank) | 66 | — | 1 sa 00 | —" |

    L-Artikolu 5

    L-Anness I tad-Direttiva 97/27/KEE għandu jkun emendat kif ġej:

    1. il-paragrafi 2.1.2.1 sa 2.1.2.2.1.4 għandhom ikunu mħassra;

    2. għandhom jiddaħħlu il-paragrafi li ġejjin:

    "2.1.2.1. "Xarabank jew coach" tfisser vettura definita fil-paragrafu 2 ta' l-Anness I tad-Direttiva 2001/85/KE.

    2.1.2.2. "Klassi" ta' xarabank jew coach tfisser vettura ta' Klassi definita fil-paragrafi 2.1.1 u 2.1.2 ta' l-Anness I tad-Direttiva 2001/85/KE.

    2.1.2.3. "Xarabank jew coach artikulati" tfisser vettura definita fil-paragrafu 2.1.3 ta' l-Anness I tad-Direttiva 2001/85/KE.

    2.1.2.4. "Xarabank jew coach b'żewġ sulari" tfisser vettura definita fil-paragrafu 2.1.6 ta' l-Anness I tad-Direttiva 2001/85/KE."

    3. Il-paragrafu li kien 2.1.2.2 għandu jiġi numerat mill-ġdid 2.1.2.5.

    L-Artikolu 6

    Il-miżuri meħtieġa għal l-adattazzjoni għall-progres tekniku ta' din id-Direttiva għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7(2):

    L-Artikolu 7

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat dwar l-Adattazzjoni għall-Progres Tekniku stabbilit bl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE (minn hawn il-quddiem msejjaħ bħala "il-Kumitat")

    2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabli, b'konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

    Il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

    3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

    L-Artikolu 8

    1. L-Istati Membru għandhom jadottaw u jippublikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel it-13 ta' Awissu 2003. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

    Meta l-Istat Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

    L-Artikolu 9

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 10

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Novembru 2001.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    N. Fontaine

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. Neyts-Uyttebroeck

    [1] ĠU C 17, ta' l-20.1.1998, p. 1.

    [2] ĠU C 129, tas-27.4.1998, p. 5.

    [3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 1998 (ĠU C 379, tas-7.12.1998, p. 80), ikkonfermata nhar is-27 ta' Ottubru 1999 (ĠU C 154, tal-5.6.2000, p.47), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-26 ta' Settembru 2000 (ĠU C 370, tat-22.12.2000, p. 10) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2001 (ĠU C 276, ta' l-1.10.2001, p. 124). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Ottubru 2001 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Ottubru 2001.

    [4] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill 98/91/KE (ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25)

    [5] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/28/KE (ĠU L 171, tat-30.6.1997, p. 1)

    [6] ĠU L 233, tal-25.8.1997, p. 1.

    [7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

    --------------------------------------------------

    LISTA TA' L-ANNESSI

    L-Anness I: | Kamp ta' applikazzjoni, definizzjonijiet, applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip ta' l-unità teknika separata tal-karozzerija, il-modifiki tat-tip ta'vettura jew ta' karozzerija, il-konformità tal-produzzjoni u l-ħtiġiet |

    Appendiċi: | Il-verifika tal-limitu tax-xaqlib statiku permezz ta' kalkolu. |

    L-Anness II: | Dokumentazzjoni ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE |

    Appendiċi 1: | Dokumenti ta' informazzjoni |

    Subappendiċi 1: | Dokument ta' informazzjoni għal tip ta' vettura |

    Subappendiċi 2: | Dokument ta' informazzjoni għal tip ta' karozzerija |

    Subappendiċi 3: | Dokument ta' informazzjoni għal tip ta' vettura mgħammra b'karozzerija diġa approvata bħala unità teknika separata |

    Appendiċi 2: | Iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE |

    Subappendiċi 1: | Iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta' vettura |

    Subappendiċi 2: | Iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta' karozzerija |

    Subappendiċi 3: | Iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE għal tip ta' vettura mgħammra b'karozzerija diġa approvata bħala unità teknika separata |

    L-Anness III: | Dijagrammi esplanatorji |

    L-Anness IV: | Is-saħħa tas-soprastruttura |

    Appendiċi 1: | It-test tat-tgerbib fuq vettura kompleta |

    Appendiċi 2: | It-test tat-tgerbib fuq sezzjoni ta' karozzerija |

    Appendiċi 3: | It-test tal-pendlu fuq sezzjoni ta' karozzerija |

    Subappendiċi 1: | Il-kalkolu ta' l-enerġija totali |

    Subappendiċi 2: | Ħtiġiet għad-distribuzzjoni tal-partijiet ewlenija tas-soprastruttura li jassorbu l-enerġija |

    Appendiċi 4: | Il-verifika tas-saħħa tas-soprastruttura bil-kalkolu |

    L-Anness V: | Linji gwida għall-kejl ta' forzi ta' l-għeluq ta' bibien operati b'enerġija |

    L-Anness VI: | Ħtiġiet speċjali għall-vetturi li jkollhom kapaċità li ma teċċedix 22 passiġġier |

    L-Anness VII: | Ħtiġiet għal mezzi tekniċi li jiffaċċilitaw l-aċċess għal persuni b'mobilità mnaqqsa |

    L-Anness VIII: | Ħtiġiet speċjali għal vetturi b'żewġ sulari. |

    Appendiċi: | Passarelli |

    L-Anness IX: | L-approvazzjoni tat-tip tal-KE għall-unità teknika separata u l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura mgħammra b'karozzerija diġa approvata bħala unità teknika separata |

    --------------------------------------------------

    Top