EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0080

Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni

ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32010L0075

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/80/oj

32001L0080

Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni

Official Journal L 309 , 27/11/2001 P. 0001 - 0021
CS.ES Chapter 15 Volume 06 P. 299 - 319
ET.ES Chapter 15 Volume 06 P. 299 - 319
HU.ES Chapter 15 Volume 06 P. 299 - 319
LT.ES Chapter 15 Volume 06 P. 299 - 319
LV.ES Chapter 15 Volume 06 P. 299 - 319
MT.ES Chapter 15 Volume 06 P. 299 - 319
PL.ES Chapter 15 Volume 06 P. 299 - 319
SK.ES Chapter 15 Volume 06 P. 299 - 319
SL.ES Chapter 15 Volume 06 P. 299 - 319


Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-23 ta' Ottubru 2001

dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropeja, u b'mod partikolari l-Artikolu 175 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Committee [2],

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fit-2 ta' Awissu 2001,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 88/609/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1988 dwar il-limitazzjoni ta' emmissjonijiet minn ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni [4] kkontribwiet għat-tnaqqis u l-kontroll ta' emissjonijiet atmosferiċi minn impjanti kbar tal-kombustjoni. Għandu jerġa' jingħad fl-interessi tal-kjarezza,

(2) Li l-Ħames Programm Ambjentali ta' Azzjoni [5] jistabbilixxi bħala oġġettivi li t-tagħbijiet kritiċi u l-livelli ta' ċerti tniġġis aċidifikanti bħad-diossidu tal-kubrit (SO2) u l-ossidu tan-nitroġenu (NOX) m'għandhomx ikunu iktar f'kull ħin u, fejn jirrigwarda l-kwalità ta' l-arja, li n-nies kollha għandhom ikunu effettivament protetti kontra r-riskji magħrufa tas-saħħa mit-tniġġis ta' l-arja.

(3) L-Istati Membri kollha ffirmaw il-Protokoll ta' Gothenburg ta' l-1 ta' Diċembru 1999 għall-Konvenzjoni ta' l-1979 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (KENU) dwar it-tniġġis ta' l-arja f'distanza twila tul il-fruntieri biex jitnaqqas l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-ożonu fl-art, li jinkludi, fost l-oħrajn, impenn għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit u l-ossidi tan-nitroġenu.

(4) Il-Kummissjoni ippubblikat Komunikazzjoni dwar strateġija Komunitarja biex tiġġieled l-aċidifikazzjoni fejn ir-reviżjoni tad-Direttiva 88/609/KEE kienet identifikata bħala komponent integrali ta' dik l-istrateġija bl-iskop fit-tul għal tnaqqis ta' l-emmisjonijiet tad-diossidu tal-kubrit u l-ossidi tan-nitroġenu biżżejjed biex id-deposizzjonijiet u l-konċentrazzjonijiet jitniżżlu għal livelli taħt it-tagħbijiet u l-livelli kritiċi.

(5) Skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat, l-oġġettiv tat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet aċidifikanti minn impjanti kbar ta' kombustjoni ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment u l-azzjoni skonċertata ma toffri ebda garanzija ta' l-akkwist tal-oġġettiv mixtieq; bl-iskop tal-bżonn li jitnaqqsu l-emissjonijiet aċidifikanti tul il-Komunità, huwa iktar effettiv li tittieħed azzjoni f'livell Komunitarju.

(6) Impjanti kbar tal-kombustjoni eżistenti huma kontributuri sinifikattivi ta' emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit u l-ossidu tan-nitroġenu fil-Komunità u huwa meħtieġ li jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet. Huwa għalhekk meħtieġ li jkun adattat l-approċ għall-karatteristiċi differenti tas-settur kbir ta' l-impjanti tal-kombustjoni fl-Istati Membri

(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis [6] u tistabbilixxi approċ integrat għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis fejn l-aspetti kollha ta' l-atteġjament ambjentali tal-istallazzjoni huma kunsidrati b'mod integrat; stallazzjonijiet ta' kombustjoni b'input termiku kwotat li jaqbeż il-50 MW huma inklużi fi ħdan l-iskop ta' dik id-Direttiva; skond l-Artikolu 15 (30 ta' dik id-Direttiva, inventarju ta' l-emissjonijiet u s-sorsi prinċipali responsabbli għandu jiġi pubblikat kull tlett snin mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' data fornita mill-Istati Membri. Skond l-Artikolu 18 ta' dik id-Direttiva, waqt li jaġixxi fuq proposta mill- Kummissjoni, il-Kunsill jistabbilixxi valuri ta' limiti ta' emissjoni skond il-proċeduri stabbiliti fit-Trattat li għalihom il-bżonn għal azzjoni Komunitarja ġiet identifikata, fuq il-bażi, b'mod partikolari, ta' skambju ta' informazzjoni provduta fl-Artikolu 16 ta' dik id-Direttiva.

(8) Konformità mal-valuri ta' limiti ta' emissjoni stabbiliti b' din id-Direttiva għandha titqies bħala kondizzjoni meħtieġa imma mhux suffiċjenti għal konformità mal-ħtiġijiet tad-Direttiva 96/61/KE dwar l-użu ta' l-aħjar teknika disponibbli. Din il-konformità tista' tinvolvi iktar valuri ta' limiti stretti ta' emissjoni, valuri ta' limiti ta' emissjoni għal sustanzi oħra u medja oħra, u kondizzjonijiet xierqa oħra.

(9) L-esperjenza industrijali fl-implimentazzjoni ta' tekniki għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' tniġġis minn impjanti kbar ta' kombustjoni ġiet akkwistata tul perjodu ta' 15-il sena.

(10) Il-Protokoll dwar metalli tqal mal-Konvenzjoni KEENU dwar it-tniġġis ta' l-arja f'distanzi twal tul il-fruntieri jirrakkomanda l-adozzjoni ta' miżuri biex inaqqsu metalli tqal li joħorġu minn ċerti stallazzjonijiet. Huwa magħruf li benefiċċji mit-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' trab permezz ta' tagħmir għat-tnaqqis ta' trab jipprovdu benefiċċji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' metall tqil bil-partiċelli.

(11) L-Istallazzjonijiet għall-produzzjoni ta' l-elettriku jirrapreżentaw parti importanti mis-settur ta' l-impjanti kbar tal-kombustjoni.

(12) Id-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1996 dwar regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku [7] hija maħsuba fost l-oħrajn li jkollha l-effett li tqassam kapaċità ġdida ta' produzzjoni qalb żidiet ġodda fis-settur.

(13) Il-Komunità hija mpenjata lejn tnaqqis ta' emissjonijiet ta' diossidu tal-karbun. Fejn tista' ssir, il-produzzjoni konġunta ta' sħana u elettriku tirrapreżenta opportunità ta' valur għal titjib sinifikattiv globali ta' l-effiċjenza fl-użu tal-karburant.

(14) Żieda sinifikattiva fl-użu tal-gass naturali għall-produzzjoni ta' l-elettriku diġà qiegħda seħħ u x'aktarx tkompli, b'mod partikolari permezz ta' l-użu ta' turbini tal-gass.

(15) Bil-għan taż-żieda fil-produzzjoni ta' l-enerġija minn biomass, standards speċifiċi ta' emissjoni għal dan il-karburant huma ġustifikati.

(16) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Frar 1997 dwar strateġija Komunitarja għall-imaniġġar ta' l-iskart [8] tenfasizza l-bżonn għall-promozzjoni ta' l-irkuprar ta' l-iskart u tgħid li l-istandards ta' emissjoni xierqa għandhom japplikaw għall-operar tal-faċilitajiet fejn l-iskart huwa maħruq sabiex jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ambjent.

(17) Ġiet akkwistata esperjenza industrijali dwar tekniki u tagħmir għall-kejl tat-tniġġis prinċipali maħruġa minn impjanti kbar tal-kombustjoni; Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (KES) qed jagħmel xogħol bl-iskop li jipprovdi qafas li jiżgura riżultati ta' kejl ta' paragun fi ħdan il-Komunità u li jiggarantixxi livell għoli ta' kwalità ta' dawn il-miżuri.

(18) Hemm bżonn ta' titjib fit-tagħrif li jikkonċerna l-emissjoni tat-tniġġis prinċipali minn impjanti kbar tal-kombustjoni. Sabiex tkun ġenwinament rappreżentattiva tal-livell ta' tniġġis ta' stallazzjoni, din l-informazzjoni għandha wkoll tkun assoċjata ma' tagħrif li jikkonċerna l-konsum ta' l-enerġija tagħha.

(19) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-limiti ta' żmien li fi ħdanhom l-Istati Membri jridu jibdlu u jimplimentaw id-Direttiva 88/609/KEE,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għal impjanti ta' kombustjoni, li l-input termiku kwotat tagħhom huwa ugwali għal jew ikbar minn 50 MW, irrispettivament mit-tip ta' karburant użat (solidu, likwidu jew tal-gass).

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

(1) "emissjoni" tfisser l-iskarika ta' sustanzi mill-impjant tal-kombustjoni għal ġo l-arja,

(2) "gassijiet ta' l-iskart" tfisser skariki ta' gass li jkun fihom emissjonijiet solidi, likwidi jew ta' gass; ir-rati tad-distribuzzjoni volumetrika tagħhom għandhom ikunu espressi f'metri kubi għal kull siegħa f'temperatura standard (273 K) u pressjoni (101,3 kPa) wara l-korrezzjoni għall-kontenut tal-water vapour, minn hawn 'il quddiem magħruf bħala (Nm3/h);

(3) "il-valur tal-limitu ta' l-emissjoni" tfisser il-kwantità permessa ta' sostanza fil-gassijiet ta' l-iskart mill-impjant ta' kombustjoni li jistgħu ikunu skarikati fl-arja tul perjodu partikolari; huwa għandu jkun kalkulat bħala massa għal volum tal-gassijiet ta' l-iskart espressa f'mg/Nm3, meta wieħed jassumi li l-kontenut ta' l-ossiġenu skond il-volum fil-gas ta' l-iskart ta' 3 % fil-każ ta' karburanti likwidi u ta' gass, 6 % fil-każ ta' karburanti solidi u 15 % fil-każ ta' turbini tal-gass;

(4) "ir-rata ta' desulphurisation" tfisser il-proporzjon tal-kwantità ta' kubrit li ma jintefax fl-arja fis-sit ta' l-impjant tal-kombustjoni tul perjodu partikolari għall-kwantità ta' kubrit li jkun fil-karburant li hu introdott fil-faċilitajiet ta' l-impjanti tal-kombustjoni u li huwa użat tul l-istess perjodu;

(5) "operatur" tfisser kull persuna naturali jew ġuridika li topera l-impjant tal-kombustjoni, jew li hi jew li ġiet delegata poter ekonomiku deċiżiv fuqu;

(6) "karburant" tfisser kull materjal kombustibbli solidu, likwidu jew ta' gass użat biex iqabbad l-impjant tal-kombustjoni bl-eċċezzjoni ta' l-iskart kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 89/369/KEE tat-8 ta' Ġunju 1989 dwar il-prevenzjoni tat-tniġġis ta' l-arja minn impjanti ġodda ta' inċinerazzjoni ta' l-iskart muniċipali [9], id-Direttiva tal-Kunsill 89/429/KEE tal-21 ta' Ġunju 1989 dwar it-tnaqqis ta' tniġġis ta' l-arja minn impjanti eżistenti ta' inċinerazzjoni ta' l-iskart muniċipali [10], u d-Direttiva tal-Kunsill 94/67/KE tas-16 ta' Diċemrbu 1994 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart perikoluż [11] jew xi att Komunitarju sussegwenti li jħassar u jissostitwixxi wieħed jew iktar minn dawn id-Direttivi;

(7) "impjant ta' kombustjoni" tfisser kull apparat tekniku fejn il-karburanti huma ossidizzati sabiex jużaw is-sħana ġenerata.

Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal impjanti ta' kombustjoni disinjati għall-produzzjoni ta' l-enerġija ħlief għal dawk li jagħmlu użu dirett mill-prodotti ta' kombustjoni fil-proċessi tal-manifattura. B'mod partikolari, din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-impjanti ta' kombustjoni li ġejjin:

(a) impjanti fejn il-prodotti tal-kombustjoni huma wżati biex isaħħnu direttament, inixxfu, jew xi trattament ieħor ta' oġġetti jew materjali e.ż. fran biex isaħħnu mill-ġdid, fran għat-trattament tas-sħana;

(b) impjanti ta' post-kombustjoni jiġifieri kull apparat tekniku disinjat biex jippurifika l-gassijiet ta' l-iskart bil-kombustjoni li mhux operat bħala impjant ta' kombustjoni indipendenti;

(ċ) faċilitajiet għar-riġenerazzjoni ta' katalisti ta' xquq katalitiku;

(d) faċilitajiet għall-konverżjoni ta' sulfide ta' l-idroġenu f'kubrit;

(e) reatturi wżati fl-industrija kemikali;

(f) fran ta' coke battery;

(ġ) cowpers;

(ħ) kull apparat tekniku wżat fil-propulsjoni ta' vettura, vapur jew ajruplan;

(i) turbini tal-gass użati fuq pjattaformi barra mill-kosta;

(j) turbini tal-gass mogħtija liċenza qabel is-27 ta' Novembru 2002 jew li minħabba l-awtorità kompetenti huma s-suġġett ta' talba sħiħa għal liċenza qabel is-27 ta' Novembru 2002, kemm-il darba l-impjant ma jitħaddimx iktar tard mis-27 ta' Novembru 2003 mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 (1) u l-Anness VIII (A) u (B);

Impjanti mmexxija b'inġenji ta' diesel, petrol u gass m'għandhomx ikunu koperti b'din id-Direttiva.

Meta jkunu nstallati żewġ jew iktar impjanti ġodda separati, b'mod li, meta wieħed jieħu kont tal-fatturi tekniċi u ekonomiċi, il-gassijiet ta' l-iskart tagħhom jistgħu, fil-ġudizzju ta' l-awtoritajiet kompetenti, jkunu skarikati permezz ta' ħemel komuni, il-kombinazzjoni ffurmata minn dawn l-impjanti għandha titqies bħala unità singola;

(8) "unità tan-nar multi-karburant" tfisser kul impjant tal-kombustjoni li jista' jitqabbad simultanjament jew alternatament b' żewġ tipi ta' karburant jew iktar;

(9) "impjant ġdid" tfisser kull impjant tal-kombustjoni li għalih il-liċenza oriġinali tal-kostruzzjoni jew, fl-assenza ta' din il-proċedura, il-liċenza ġenerali ta' l-operat kienet mogħtija fi jew wara l-1 ta' Lulju 1987;

(10) "impjant eżistenti" tfisser kull impjant tal-kombustjoni li għalih il-liċenza oriġinali tal-kostruzzjoni jew, fl-assenza ta' din il-proċedura, il-liċenza oriġinali ta' l-operat kienet mogħtija qabel l-1 ta' Lulju 1987;

(11) "biomass" tfisser prodotti li jikkonsistu minn kull materja veġetali mill-agrikoltura jew il-forestrija sħiħa jew parti li tista' tiġi wżata għall-iskop ta' l-irkuprar tal-kontenut ta' l-enerġija tagħha u l-iskart li ġej użat bħala karburant:

(a) skart veġetali mill-agrikoltura u l-forestrija;

(b) skart veġetali mill-industrija ta' l-ipproċessar ta' l-ikel, jekk is-sħana ġenerata hi rkuprata;

(ċ) skart veġetali tal-fibri mill-produzzjoni tal-polpa verġni u mill-produzzjoni ta' karta mill-polpa, jekk hi ko-inċinerata fil-post tal-produzzjoni u s-sħana ġenerata hi rkuprata;

(d) skart tas-sufra;

(e) skart ta' l-injam ħlief għall-iskart ta' l-injam li jista' jkun fih komposti organiċi aloġenizzati jew metalli tqal bħala riżultat tat-trattament bi preservattiv jew kisja ta' l-injam, u li jinkludi b'mod partikolari dak l-iskart ta' l-injam li joriġina mill-iskart ta' kostruzzjoni u twaqqiegħ;

(12) "turbini tal-gass" tfisser kull magna li ddur li tikkonverti l-enerġija termali f'xogħol mekkaniku, li tikkonsisti b'mod ewlieni f'kumpressur, strument termiku fejn il-karburant huwa ossidizzat sabiex isaħħan il-fluwidu operattiv, u turbin.

(13) "Ir-Reġjuni l-iktar fuq barra" tfisser id-Dipartimenti Franċiżi barra x-Xtut rigward Franza, l-Azores u Madeira rigward il-Portugall u l-Gżejjer Kanarji rigward Spanja.

Artikolu 3

1. Sa mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 1990 l-Istati Membri għandhom ifasslu programmi xierqa għat-tnaqqis progressiv ta' l-emissjonijiet annwali totali minn impjanti eżistenti. Il-programmi għandhom jistabbilixxu ż-żmien u l-proċeduri ta' implimentazzjoni.

2. Skond il-programmi msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jikkonformaw mal-limiti ta' l-emissjonijiet u mal-perċentwali korrispondentitat-tnaqqis stabbiliti għad-diossidu tal-kubrit fl-Anness I, il-kolonni 1 sa 6, u għall-ossidi tan-nitroġenu fl-Anness II, il-kolonni 1 sa 4, sad-dati speċifikati f'dawk l-Annessi, sa l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4 li japplikaw għall-impjanti eżistenti.

3. Meta l-programmi jkunu qed jitwettqu, l-Istati Membri għandhom ukoll jiddeterminaw l-emissjonijiet annwali totali skond l-Anness VIII (Ċ).

4. 4. Jekk bidla sostanzjali u mhux mistennija fid-domanda għall-enerġija jew fid-disponibilità ta' ċerti karburanti jew ċerti stallazzjonijiet ta' ġenerazzjoni toħloq diffikultajiet tekniċi serji għall-implimentazzjoni minn Stat Membru tal-programm tiegħu imfassal taħt il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fuq it-talba ta' l-Istat Membri konċernat u waqt li tieħu kont tat-termini tat-talba, tieħu deċiżjoni biex timmodifika, għal dak l-Istat Membru, il-limiti ta' emissjonijiet u/jew id-dati stabbiliti fl-Annessi I u II u tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-Kunsill u lill-Istati Membri. Kull Stat Membru jista' fi żmien tlett xhur jirreferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' fi żmien tlett xhur jieħu deċiżjoni differenti.

Artikolu 4

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-liċenzi kollha għall-kostruzzjoni, jew fl-assenza ta' din il-proċedura, għall-operar ta' impjanti ġodda li skond l-awtorità kompetenti huma s-suġġett ta' talba sħiħa għal liċenza qabel is-27 ta' Novembru 2002, kemm-il darba l-impjant ma jitħaddimx iktar tard mis-27 ta' Novembru 2003, ikollu kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' konformità mal-valuri tal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fil-parti A ta' l-Annessi III sa VII dwar id-diossidu il-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-liċenzi kollha għall-kostruzzjoni jew, fl-assenza ta' din il-proċedura, għall-operar ta' impjanti ġodda, barra minn dawk koperti bil-paragrafu 1, ikollhom kondizzjonijiet dwar konformità mal-valuri tal-limiti ta' emissjoni stabbiliti fil-parti B ta' l-Annessi III sa VII dwar id-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab.

3. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/61/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-evalwar u l-immaniġġar tal-kwalità ta' l-arja ambjentali [12], l-Istati Membri għandhom sa mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2008, jiksbu tnaqqis ta' emissjonijiet sinifikanti billi:

(a) jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-liċenzi kollha għall-operar ta' l-impjanti eżistenti jkun fihom kondizzjonijiet dwar konformità mal-valuri tal-limiti ta' emissjoni stabbiliti għal impjanti ġodda msemmija fil-paragrafu 1; jew

(b) jiżguraw li l-impjanti eżistenti huma soġġetti għall-pjan nazzjonali ta' tnaqqis ta' emissjonijiet imsemmi fil-paragrafu 6;

u, fejn xieraq, japplikaw l-Artikoli 5, 7 u 8.

4. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 96/61/KE u 96/62/KE, l-impjanti eżistenti jistgħu ikunu eżentati minn konformità mal-valuri tal-limiti ta' emissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u mid-dħul tagħhom fil-pjan nazzjonali ta' tnaqqis ta' emissjonijiet fuq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-operatur ta' impjant eżistenti jobbliga, f'dikjarazzjoni bil-mitkub sottomessa sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2004 lill-awtorità kompetenti, li ma joperax l-impjant għal iktar minn 20000 siegħa operattiva li jibdew mill-1 ta' Jannar 2008 u jispiċċaw mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015;

(b) l-operatur huwa meħtieġ jissottometti kull sena lill-awtorità kompetenti rekord tal-ħin utilizzat u dak mhux utilizzat permess għall-ħajja operattiva li jifdal tal-impjanti.

5. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu konformità mal-valuri tal-limiti ta' emissjoni u l-limiti taż-żmien għall-implimentazzjoni li huma iktar stretti minn dawk stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 u fl-Artikolu 10. Huma jistgħu jinkludu tniġġis ieħor, u jistgħu jimponu ħtiġijiet addizzjonali jew adattament ta' l-impjant għall-progress tekniku.

6. L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva u għad-Direttiva 96/61/KE, u waqt li jikkunsidraw l-ispejjeż u l-benefiċċji kif ukoll l-obbligi tagħhom taħt id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limiti nazzjonali ta' emissjonijiet għal ċertu tniġġis atmosferiku [13] u d-Direttiva 96/62/KE, jiddefinixxu u jimplimentaw pjan ta' tnaqqis nazzjonali ta' emissjonijiet għal impjanti eżistenti, waqt li jieħdu kont, fost l-oħrajn, tal-konformità mal-limiti stabbiliti fl-Annessi I u II.

Il-pjan ta' tnaqqis nazzjonali ta' emissjonijiet għandu jnaqqas l-emissjonijiet annwali totali ta' l-ossidi tan-nitroġenu (NOX), id-diossidu tal-kubrit (SO2) u t-trab minn impjanti eżistenti għal-livelli li kienu jkunu akkwistati bl-applikazzjoni tal-valuri tal-limiti ta' emissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 għall-impjanti eżistenti operattivi fis-sena 2000, (inkluż dawk l-impjanti eżistenti li għaddejjin minn pjan ta' riabilitazzjoni fl-2000, approvati mill-awtorità kompetenti, sabiex jilħqu t-tnaqqis ta' emissjonijiet meħtieġa bil-leġislazzjoni nazzjonali) fuq il-bażi tal-ħin operattiv attwali annwali, il-karburant użat u l-input termiku, ta' kull impjant, fuq medja ta' l-aħħar ħames snin ta' operazzjoni sa u inkluż l-2000.

L-egħluq ta' impjant inkluż fil-pjan nazzjonali tat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet m'għandux jirriżulta f'żieda fl-emissjonijiet totali annwali mill-impjanti li jibqa' koperti mill-pjan.

Il-pjan nazzjonali għal tnaqqis ta' l-emissjonijiet ma jista' taħt ebda ċirkostanzi jeżenta impjant mid-disposizzjonijiet stabbiliti fil-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti, inkluż fost l-oħrajn id-Direttiva 96/61/KE.

Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-pjanijiet nazzjonali għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet:

(a) il-pjan għandu jinkludi oġġettivi u l-miri relatati, miżuri u skedi biex jintlaħħqu dawn l-oġġettivi u l-miri, u mekkaniżmu ta' monitoraġġ;

(b) L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-pjan nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard mis-27 ta' Novembru 2003;

(ċ) fi żmien sitt xhur mill-komunikazzjoni msemmija fil-punt (b), il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-pjan jilħaqx il-ħtiġijiet ta' dan il-paragrafu jew le. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li dan mhuwiex il-każ, hija għandha tinforma lill-Istat Membru u fi żmien it-tlett xhur sussegwenti l-Istat Membru għandu jikkomunika kull miżura li ħa sabiex jiżgura li l-ħtiġijiet ta' dan il-paragrafu jintlaħħqu;

(d) il-Kummissjoni għandha, mhux iktar tard mis-27 ta' Novembru 2002, tiżviluppa linji ta' gwida biex tassisti lill-Istati Membri fil-preparazzjoni tal-pjanijiet tagħhom.

7. Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2004 u fid-dawl tal-progress lejn il-protezzjoni tas-saħħa umana u l-kisba ta' l-oġġettivi ambjentali Komunitarji għall-aċidifikazzjoni u għal kwalità ta' l-arja skond id-Direttiva 96/62/KE, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih tevalwa:

(a) l-bżonn għal iktar miżuri:

(b) l-ammonti ta' metalli tqal mitfugħa minn impjanti kbar tal-kombustjoni:

(ċ) l-effettività tal-prezz u l-ispejjeż u l-vantaġġi ta' iktar tnaqqis ta' emissjonijiet fis-settur ta' l-impjanti ta' kombustjoni fl-Istati Membri mqabbla ma' setturi oħra;

(d) kemm teknikament u ekonomikament jista' jsir dan it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet;

(e) l-effetti ta' l-istandards stabbiliti kemm għas-settur ta' l-impjanti kbar tal-kombustjoni inkluż id-disposizzjonijiet għall-karburanti solidi indiġeni, u kemm is-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq ta' l-enerġija, fuq l-ambjent u s-suq intern;

(f) kull pjan nazzjonali ta' tnaqqis ta' emissjonijiet provdut mill-Istati Membri skond il-paragrafu 6.

Il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport tagħha proposta xierqa ta' dati possibbli għat-tmiem jew ta' valuri ta' limiti baxxi għad-deroga li qiegħdha fin-nota tal-qiegħ 2 mal-Anness VI A.

8. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 7 għandu, kif xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti relatati li jieħdu kont tad-Direttiva 96/61/KE.

Artikolu 5

B'deroga mill-Anness III:

(1) Impjanti, ta' input termiku ratifikat ugwali għal jew ikbar minn 400 MW, li ma joperawx iktar minn dan in-numru ta' sigħat fis-sena (medja tul perjodu ta' ħames snin),

- sal- 31 ta' Diċembru 2015, 2000 siegħa;

- mill-1 ta' Jannar 2016, 1500 siegħa;

għandhom ikunu soġġetti għal valur ta' limitu għall-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit ta' 800 mg/Nm3.

Din id-disposizzjoni m'għandhiex tapplika għal impjanti ġodda li għalihom tingħata liċenza skond l-Artikolu 4 (2).

(2) Sal-31 ta' Diċembru 1999, ir-Renju ta' Spanja jista' jawtorizza impjanti ġodda b'input termiku ratifikat ugwali għal jew ikbar minn 500 MW li jaħarqu karburanti solidi indiġeni jew impurtati, kummissjonati qabel l-aħħar ta' l-2005 u li jikkonformaw mal-ħtiġijiet li ġejjin:

(a) fil-każ ta' karburanti solidi impurtati, valur ta' limitu ta' emissjoni tad-diossidu tal-kubrit ta' 800 mg/Nm3;

(b) fil-każ ta' karburanti solidi indiġeni, mill-inqas rata ta' desulphurisation ta' 60 %,

kemm-il darba l-kapaċità totali awtorizzata ta' dawn l-impjanti li għalihom tapplika din id-deroga ma taqbiżx:

- 2000 MWe fil-każ ta' impjanti li jaħarqu karburanti solidi indiġeni;

- fil-każ ta' impjanti li jaħarqu karburanti solidi impurtati jew 7500 jew 50 % tal-kapaċità ġdida kollha ta' l-impjanti kollha li jaħarqu karburati solidi sal-31 ta' Diċembru 1999, skond liema jkun l-iktar baxx.

Artikolu 6

Fil-każ ta' impjanti ġodda li għalihom tingħata liċenza skond l-Artikolu 4(2) jew impjanti koperti bl-Artikolu 10, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun eżaminata l-possibiltà teknika u ekonomika għall-provvista tal-ġenerazzjoni kumbinata tas-sħana u l-power. Fejn din il-possibiltà hi konfermata, meta wieħed iżomm f'moħħu s-sitwazzjoni tas-suq u d-distribuzzjoni, l-istallazzjonijiet għandhom ikunu żviluppati kif xieraq.

Artikolu 7

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir disposizzjoni fil-liċenzi jew il-permessi msemmija fl-Artikolu 4 għal proċeduri li għandhom x'jaqsmu mat-tħaddim ħażin jew il-waqfien tat-tagħmir għat-tnaqqis. Fil-każ ta' waqfien, l-awtorità kompetenti għandha b'mod partikolari teħtieġ li l-operatur inaqqas jew jagħlaq l-operazzjonijiet jekk fi żmien 24 siegħa ma jirritornax għan-normali, jew li jopera l-impjant bl-użu ta' karburanti li jniġġsu anqas. F'kull każ l-awtorità kompetenti għandha tiġi notifikata fi żmien 48 seigħa. Fl-ebda ċirkostanza m'għandu t-tul kumulattiv ta' operazzjoni mhux imnaqqsa, f'xi perjodu ta' tnax-il xahar, jaqbeż il-120 siegħa. L-awtorità kompetenti tista' tippermetti eċċezzjonijiet sal-limiti ta' 24 siegħa u 120 siegħa 'l fuq f'każijiet fejn, fil-ġudizzju tagħha:

(a) hemm bżonn kbir li jkun mantnut il-forniment ta' l-enerġija,

jew

(b) l-impjant li jieqaf ikun sostitwit għal perjodu limitat minn impjant ieħor li jikkawża żieda globali fl- emissjonijiet.

2. L-awtorità kompetenti tista' tippermetti sospensjoni għal massimu ta' sitt xhur mill-obbligu ta' konformità mal-valuri tal-limiti ta' emissjonijiet previsti fl-Artikolu 4 għad-diossidu tal-kubrit dwar impjant li għal dan l-iskop normalment juża karburant ta' kubrit baxx, f'każijiet fejn l-operatur ma jistax jikkonforma ma' dawn il-valuri tal-limiti minħabba interruzzjoni fil-forniment ta' karburant ta' kubrit baxx kawżat min nuqqas serju. Il-Kummissjoni għandha immedjatament tkun informata b'dawn il-każijiet.

3. L-awtorità kompetenti tista' tippermetti deroga mill-obbligu ta' konformità mal-valuri tal-limiti ta' emissjoni provduti fl-Artikolu 4 f'każijiet fejn impjant li normalment juża biss karburant ta' gass, u li kieku kien ikollu jkun mgħammar b'faċilità ta' purifikazzjoni ta' l-iskart tal-gass, għandu f'każ eċċezzjonali, u għal perjodu li ma jaqbiżx l-10 ijiem ħlief fejn hemm bżonn kbir li jkunu mantnuti fornimenti ta' l-enerġija, idur għall-użu ta' karburanti oħra minħabba interruzzjoni f'daqqa fil-forniment tal-gass. L-awtorità kompetenti għandha immedjatament tkun infurmata b'kull każ speċifiku hekk kif jinħoloq. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament bil-każijiet imsemmija f'dan il-paragrafu.

Artikolu 8

1. Fil-każ ta' impjanti b'multi-firing unit li jinvolvi l-użu simultanju ta' żewġ karburanti jew iktar, meta tingħata l-liċenza msemmija fl-Artikoli 4(1) jew 4 (2), u fil-każ ta' dawn l-impjanti koperti bl-Artikoli 4 (3) jew 10, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-valuri tal-limitu kif ġej:

(a) l-ewwel billi tieħu l-valur tal-limitu ta' emissjoni rilevanti għal kull karburant u tniġġis individwali li jikkorrispondi għall-input termiku ratejali ta' l-impjant ta' kombustjoni kif mogħti fl-Annessi III sa VII.

(b) it-tieni billi jkunu deċiżi l-valuri tal-limiti ta' emisjonijiet skond il-karburant, li jinkisbu bil-multiplikazzjoni tal-valur tal-limitu ta' emissjonijiet individwali bl-input termiku mogħti minn kull karburant, bir-riżultat tal-multiplikazzjoni jkun diviż bis-somma ta' l-inputs termiċi mogħtija mill-karburanti kollha,

(ċ) it-tielet billi jiġu aggregati l-valuri tal-limitu skond il-karburant.

2. F'multi-firing units li jużaw ir-residwi ta' distillazzjoni u konverżjoni mill-irfinar taż-żejt krud għall-konsum proprju, waħdu jew ma' karburanti oħra, id-disposizzjonijiet għall-karburant bl-ogħla valur tal-limitu ta' emissjoni (il-karburant determinanti) għandu japplika, minkejja l-paragrafu 1 fuq, jekk matul l-operazzjoni tal-impjant ta' kombustjoni, il-proporzjon kontribwit minn dak il-karburant lis-somma ta' l-inputs termiċi mogħtija mill-karburanti kollha hu mill-inqas 50 %.

Meta l-proporzjon tal-karburant determinanti hu iktar baxx minn 50 %, il-valur tal-limitu ta' emissjoni huwa determinat fuq bażi pro rata ta' l-input tas-sħana mogħti mill-karburanti individwali f'relazzjoni mas-somma ta' l-inputs termiċi konsenjati mill-karburanti kollha kif ġej:

(a) l-ewwel billi tieħu l-valur tal-limitu ta' emissjoni rilevanti għal kull karburant u tniġġis individwali li jikkorrispondi għall-input termiku ratejali ta' l-impjant ta' kombustjoni kif mogħti fl-Annessi III sa VII.

(b) it-tieni billi jkun kalkulat il-valur tal-limitu ta' emissjoni tal-karburant determinant (il-karburant bl-ogħla valur tal-limitu ta' emissjoni skond l-Annessi III sa VII u, fil-każ ta' żewġ karburanti li jkollhom l-istess valur tal-limitu ta' emissjoni, il-karburant bl-ogħla input termiku); dan il-valur hu miksub bil-multiplikazzjoni tal-valur tal-limitu ta' emissjoni stabbilit fl-Annessi III sa VII għal dak il-karburant b'fattur ta' tnejn, u bit-tnaqqis minn dan il-prodott, tal-valur tal-limitu ta' emissjoni tal-karburant li għandu l-valur tal-limitu ta' emissjoni l-iktar baxx,

(ċ) it-tielet billi jiġu determinati l-valuri tal-limiti ta' emissjonijiet skond il-karburant, li huma miksuba bil-multiplikazzjoni tal-valur tal-limitu ta' emissjoni tal-karburant kalkulat bl-input termiku tal-karburant determinanti u l-valuri tal-limiti ta' emissjonijiet l-oħra bl-input termiku mogħti minn kull karburant, bir-riżultat tal-multiplikazzjoni jkun diviż bis-somma ta' l-inputs termiċi mogħtija mill-karburanti kollha,

(d) ir-raba' billi jiġu aggregati l-valuri tal-limiti ta' emissjonijiet skond il-karburant.

3. Bħala alternattiva għall-paragrafu 2, il-valuri tal-limiti ta' emissjoni li ġejjin għad-diossidu tal-kubrit jistgħu jiġu applikati (irrispettivament mill-kombinazzjoni tal-karburant użat):

(a) għal impjanti msemmija fl-Artikolu 4 (1) u (3): 1000 mg/Nm3, fuq medja ta' dawn l-impjanti kollha fl-irfinatur;

(b) għal impjanti ġodda msemmija fl-Artikolu 4 (2): 600 mg/Nm3, fuq medja ta' dawn l-impjanti kollha fl-irfinatur, bl-eċċezzjoni ta' turbini tal-gass.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni ta' din id-disposizzjoni ma twassalx għal żieda fl-emissjonijiet minn impjanti eżistenti.

4. Fil-każ ta' impjanti b'multi-firing units li jinvolvu l-użu simultanju ta' żewġ karburanti jew iktar, meta tingħata l-liċenza msemmija fl-Artikoli 4(1) u (2), u fil-każ ta' dawn l-impjanti koperti mill-Artikoli 4 (3) jew 10, il-valuri tal-limiti ta' emissjonijiet stabbiliti fl-Annessi III sa VII li jikkorrispondu għal kull karburant użat, għandhom jiġu applikati.:

Artikolu 9

Gassijiet tal-iskart minn impjanti tal-kombustjoni għandhom jiġu mneħħija b'mod kontrollat permezz ta' munzelli. Il-liċenza msemmija fl-Artikolu 4 u l-liċenzi għal impjanti ta' kombustjoni koperti bl-Artikolu 10 għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet ta' tneħħija. L-awtorità kompetenti għandha b'mod partikolari tiżgura li l-għoli tal-munzell hu kalkulat b'mod li jissalvagwarda s-saħħa u l-ambjent.

Artikolu 10

Meta impjant tal-kombustjoni jkun estiż b'mill-inqas 50 MW, il-valuri tal-limiti ta' emissjoni kif stabbiliti fil-parti B tal-Annessi III sa VII għandhom japplikaw għall-parti l-ġdida tal-impjant u għandhom jiġu ffissati skond il-kapaċità termika tal-impjant kollu. Din id-disposizzjoni m'għandhiex tapplika fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 8(2) u (3).

Meta l-operatur ta' impjant tal-kombustjoni jkun qed jipprevedi bidla skond l-Artikoli 2 (10)(b) u 12(2) tad-Direttiva 96/61/KE, il-valuri tal-limiti ta' emissjoni kif stabbiliti fil-parti B tal-Annessi III sa VII dwar id-diossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab għandhom japplikaw.

Artikolu 11

Fil-każ ta' kostruzzjoni ta' impjanti tal-kombustjoni li x'aktarx ikollhom effetti sinifikattivi fuq l-ambjent fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li sseħħ l-informazzjoni u l-konsultazzjoni kollha xierqa, skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent [14].

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-monitoraġġ, skond l-Anness VIII (A), ta' emissjonijiet minn impjanti tal-kombustjoni koperti b'din id-Direttiva u tal-valuri l-oħra kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li dan il-monitoraġġ jitwettaq għall-ispejjeż ta' l-operatur.

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-operatur jinforma lill-awtoritajiet kompetenti fil-limiti ta' żmien raġjonevoli dwar ir-riżultati tal-kejl kontinwu, il-verifikar tat-tagħmir tal-kejl, il-kejl individwali u l-kejl l-oħra kollha mwettqa sabiex tkun stmata l-konformità ma' din id-Direttiva.

Artikolu 14

1. Fil-każ ta' kejl kontinwu, il-valuri tal-limiti ta' emissjonijiet stabbiliti fil-parti A tal-Annessi III sa VII għandhom jitqiesu bħala li kien hemm konformità magħhom, jekk l-evalwazzjoni tar-riżultati tindika li, għas-sigħat ta' operazzjoni f'sena kalendarja:

(a) ebda wieħed mill-valuri medji ta' xahar skond il-kalendarju ma jeċċedi l-valuri tal-limitu ta' emissjoni; u

(b) fil-każ ta:

(i) diossidu tal-kubrit u trab: 97 % tal-valuri medji kollha ta' 48 siegħa ma jeċċedux 110 % tal-valuri tal-limiti ta' emissjonijiet,

(ii) ossidji tan-nitroġenu: 95 % tal-valuri medji kollha ta' 48 siegħa ma jeċċedux 110 % tal-valuri tal-limiti ta' emissjonijiet,

Il-perjodi msemmija fl-Artikolu 7 kif ukoll il-perjodi ta' bidu u tmiem għandhom jiġu injorati.

2. F'każijiet fejn huwa meħtieġ biss kejl mhux kontinwu jew proċeduri xierqa oħra għad-deċiżjoni, il-valuri tal-limiti ta' emissjonijiet stabbiliti fl-Annessi III sa VII għandhom jitqiesu li kien hemm konformità magħhom jekk ir-riżultati ta' kull waħda mis-serje ta' kejl jew ta' proċeduri oħra definiti u deċiżi skond ir-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ma jeċċedux il-valuri tal-limiti ta' emissjonijiet.

3. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5 (2), ir-rati ta' desulphurisation għandhom jitqiesu bħala li kien hemm konformità magħhom jekk l-evalwazzjoni tal-kejl imwettqa skond l-Anness VIII, punt A.3, jindika li l-valuri medji kollha ta' kull xahar kalendarju jew il-valuri kollha medji li jinbidlu ta' kull xahar jiksbu r-rati ta' desulphurisation meħtieġa.

Il-perjodi msemmija fl-Artikolu 7 kif ukoll il-perjodi ta' bidu u tmiem għandhom jiġu injorati.

4. Għal impjanti ġodda li għalihom tingħata liċenza skond l-Artikolu 4(2), il-valuri tal-limiti ta' emissjonijiet għandhom ikunu kunsidrati, għal sigħat ta' operazzjoni f'sena kalendarja, bħala konformi jekk:

(a) ebda valur medju validu tal-jum ma jeċċedi ċ-ċifri rilevanti stabbiliti fil-Parti B tal-Annessi III sa VII, u

(b) 95 % tal-valuri medji fis-siegħa validi matul is-sena ma jeċċedux 200 % taċ-ċifri rilevanti stabbiliti fil-parti B tal-Annessi III sa VII.

Il-"valuri medji validi" huma determinati kif stabbilit fil-punt A.6 ta' l-Anness VIII.

Il-perjodi msemmija fl-Artikolu 7 kif ukoll il-perjodi ta' bidu u tmiem għandhom jiġu njorati.

Artikolu 15

1. L-Istati Membri għandhom, sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 1990, jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-programmi mfassla skond l-Artikolu 3 (1).

Mhux iktar tard minn sena wara t-tmiem tal-fażijiet differenti għat-tnaqqis ta' emissjonijiet mill-impjanti eżistenti, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni rapport fil-qasir dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programmi.

Huwa meħtieġ ukoll rapport intermedju f'nofs kull fażi.

2. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu vista globali ta':

(a) l-impjanti kollha ta' kombustjoni koperti b'din id-Direttiva,

(b) l-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, u l-ossidi tan-nitroġenu espressi f'tunnellati metriċi fis-sena u bħala konċentrazzjonijiet ta' dawn is-sustanzi fil-gassijiet ta' l-iskart,

(ċ) miżuri diġà meħuda jew previsti bil-għan li jonqsu l-emissjonijiet, u fil-bidliet fl-għażla ta' karburant użat,

(d) bidliet fil-metodu ta' operar diġà magħmula jew previsti,

(e) egħluq definittiv ta' l-impjanti ta' kombustjoni diġà effettwati jew previsti, u

(f) fejn xieraq, il-valuri tal-limiti ta' emissjoni imposti fil-programmi dwar l-impjanti eżistenti.

Fid-deċiżjoni dwar l-emissjonijiet u l-konċentrazzjonijiet annwali ta' tniġġis fil-gassijiet tal-iskart, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-Artikoli 12, 13 u 14.

3. L-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 5 jew id-disposizzjonijiet tan-Nota Bene fl-Anness III jew in-noti tal-qiegħ fl-Anness VI.A. għandhom kull sena jirrapurtaw fuqhom lill-Kummissjoni.

Artikolu 16

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu l-penali applikabbli għall-ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Il-penali hekk previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u ta' deterrent.

Artikolu 17

1. Id-Direttiva 88/609/KEE għandha titħassar b'effett mis-27 ta' Novembru 2002, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 jew għall-obbligi tal-Istati Membri dwar il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni u l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva elenkata fl-Anness IX ta' hawnhekk.

2. Fil-każ ta' impjanti ġodda liċenzjati qabel is-27 ta' Novembru 2002 kif imsemmi fl-Artikolu 4 (1) ta' din id-Direttiva, l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5 (2), l-Artikolu 6, l-Artikolu 15(3), l-Annessi III, VI, VIII u l-punt A.2 tal-Anness IX tad-Direttiva 88/609/KEE kif emendat bid-Direttiva 94/66/KE għandhom jibqgħu fis-seħħ sal-1 ta' Jannar 2008, wara liema għandhom jitħassru.

3. Ir-Referenzi għad-Direttiva 88/609/KEE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness X ta' hawnhekk.

Artikolu 18

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel is-27 ta' Novembru 2002. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. Għal impjant eżistenti, u għal impjant ġdid li għalihom toħroġ liċenza skond l-Artikolu 4(1), id-disposizzjonijiet tal-punt A.2 tal-Anness VII għandhom ikunu applikati mis-27 ta' Novembru 2004.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 19

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 20

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, 23 ta' Ottubru 2001.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

A. Neyts-Uyttebroeck

[1] ĠU C 300, 29.9.1998, p. 6,ĠU Ċ 212 E, 25.7.2000, p. 36.

[2] ĠU C 101, 12.4.1999, p. 55.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' April 1999 (ĠU C 219, 30.7.1999, p. 175), Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-9 ta' Novembru 2000 (ĠU C 375, 28.12.2000, p. 12) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2001 (għad mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Settembru 2001 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001.

[4] ĠU L 336, 7.12.1988, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 94/66/KE (ĠU L 337, 24.12.1994, p. 83).

[5] ĠU C 138, 17.5.1993, p. 1.

[6] ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26.

[7] ĠU L 27, 30.1.1997, p. 20.

[8] ĠU C 76, 11.3.1997, p. 1.

[9] ĠU L 163, 14.6.1989, p. 32.

[10] ĠU L 203, 15.7.1989, p. 50.

[11] ĠU L 365, 31.12.1994, p. 34.

[12] ĠU L 296, 21.11.1996, p. 55.

[13] Ara p. 22 ta' din l-Edizzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali.

[14] ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE (ĠU L 73, 14.3.1997, p. 5).

--------------------------------------------------

ANNESS I

IL-LIMITI U L-MIRI TA' TNAQQIS GĦAL EMISSJONIJIET TA' SO2 MINN IMPJANTI EŻISTENTI [1] [2]

L-Istat Membru | 0 | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 |

emissjonijiet SO2 minn impjanti kbar tal-kombustjoni ktunnellati metriċi | Il-limitu ta' l-emissjoni (ktunnellati metriċi /sena) | Il-limitu ta' l-emissjoni (ktunnellati metriċi /sena) | Il-limitu ta' l-emissjoni (ktunnellati metriċi /sena) | tnaqqis% tal-emissjonijiet ta' l-1980 | tnaqqis% tal-emissjonijiet aġġustati ta' l-1980 | tnaqqis% tal-emissjonijiet aġġustati ta' l-1980 | tnaqqis% tal-emissjonijiet aġġustati ta' l-1980 | tnaqqis% tal-emissjonijiet aġġustati ta' l-1980 | tnaqqis% tal-emissjonijiet aġġustati ta' l-1980 |

Fażi 1 | Fażi 2 | Fażi 3 | Fażi 1 | Fażi 2 | Fażi 3 | Fażi 1 | Fażi 2 | Fażi 3 |

1993 | 1998 | 2003 | 1993 | 1998 | 2003 | 1993 | 1998 | 2003 |

Il-Belġju | 530 | 318 | 212 | 159 | -40 | -60 | -70 | -40 | -60 | -70 |

Id-Danimarka | 323 | 213 | 141 | 106 | -34 | -56 | -67 | -40 | -60 | -70 |

Il-Ġermanja | 2225 | 1335 | 890 | 668 | -40 | -60 | -70 | -40 | -60 | -70 |

Il-Greċja | 303 | 320 | 320 | 320 | +6 | +6 | +6 | -45 | -45 | -45 |

Spanja | 2290 | 2290 | 1730 | 1440 | 0 | -24 | -37 | -21 | -40 | -50 |

Franza | 1910 | 1146 | 764 | 573 | -40 | -60 | -70 | -40 | -60 | -70 |

L-Irlanda | 99 | 124 | 124 | 124 | +25 | +25 | +25 | -29 | -29 | -29 |

L-Italja | 2450 | 1800 | 1500 | 900 | -27 | -39 | -63 | -40 | -50 | -70 |

Il-Lussemburgu | 3 | 1,8 | 1,5 | 1,5 | -40 | -50 | -60 | -40 | -50 | -50 |

L-Olanda | 299 | 180 | 120 | 90 | -40 | -60 | -70 | -40 | -60 | -70 |

Il-Portugall | 115 | 232 | 270 | 206 | +102 | +135 | +79 | -25 | -13 | -34 |

Ir-Renju Unit | 3883 | 3106 | 2330 | 1553 | -20 | -40 | -60 | -20 | -40 | -60 |

L-Awstrija | 90 | 54 | 36 | 27 | -40 | -60 | -70 | -40 | -60 | -70 |

Il-Finlandja | 171 | 102 | 68 | 51 | -40 | -60 | -70 | -40 | -60 | -70 |

L-Isvezja | 112 | 67 | 45 | 34 | -40 | -60 | -70 | -40 | -60 | -70 |

[1] Jistgħu jiġu kkawżati emissjonijiet addizzjonali minn kapaċità awtorizzata fi jew wara l-1 ta' Lulju 1987.

[2] Emissjonijiet li jiġu minn impjanti tal-kombustjoni awtorizzati qabel l-1 ta' Lulju 1987 iżda li ma kinux joperaw qabel dik id-data u li ma ttiħedx kont tagħhom fid-deċiżjoni tal-limiti ta' l-emissjonijiet iffissati minn dan l-Anness, għandhom jew jikkonformaw mal-ħtiġijiet stabbiliti b'din id-Direttiva għal impjanti ġodda jew jittieħed kont tagħhom fl-emissjonijiet globali minn impjanti eżistenti li ma jridux jeċċedu l-limiti ffissati f'dan l-Anness.

--------------------------------------------------

ANNESS II

IL-LIMITI U L-MIRI TA' TNAQQIS GĦAL EMISSJONIJIET TA' NOX MINN IMPJANTI EŻISTENTI [1] [2]

L-Istat Membru | 0 | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

emissjonijiet NOx (bħala NO2) minn impjanti kbar tal-kombustjoni 1980 ktunnellati metriċi | limiti ta' emissjonijiet NOX (ktunnellati metriċi /sena) | limiti ta' emissjonijiet NOX (ktunnellati metriċi /sena) | tnaqqis% tal-emissjonijiet tal-1980 | tnaqqis% tal-emissjonijiet tal-1980 | tnaqqis% tal-emissjonijiet aġġustati ta' l-1980 emissions | tnaqqis% tal-emissjonijiet aġġustati ta' l-1980 emissions |

Fażi 1 | Fażi2 | Fażi 1 | Fażi 2 | Fażi 1 | Fażi 2 |

1993 [3] | 1998 | 1993 [3] | 1998 | 1993 [3] | 1998 |

Il-Belġju | 110 | 88 | 66 | -20 | -40 | -20 | -40 |

Id-Danimarka | 124 | 121 | 81 | -3 | -35 | -10 | -40 |

Il-Ġermanja | 870 | 696 | 522 | -20 | -40 | -20 | -40 |

Il-Greċja | 36 | 70 | 70 | +94 | +94 | 0 | 0 |

Spanja | 366 | 368 | 277 | +1 | -24 | -20 | -40 |

Franza | 400 | 320 | 240 | -20 | -40 | -20 | -40 |

L-Irlanda | 28 | 50 | 50 | +79 | +79 | 0 | 0 |

L-Italja | 580 | 570 | 428 | -2 | -26 | -20 | -40 |

Il-Lussemburgu | 3 | 2,4 | 1,8 | -20 | -40 | -20 | -40 |

L-Olanda | 122 | 98 | 73 | -20 | -40 | -20 | -40 |

Il-Portugall | 23 | 59 | 64 | +157 | +178 | -8 | 0 |

Ir-Renju Unit | 1016 | 864 | 711 | -15 | -30 | -15 | -30 |

L-Awstrija | 19 | 15 | 11 | -20 | -40 | -20 | -40 |

Il-Finlandja | 81 | 65 | 48 | -20 | -40 | -20 | -40 |

L-Isvezja | 31 | 25 | 19 | -20 | -40 | -20 | -40 |

[1] Jistgħu jiġu kawżati emissjonijiet addizzjonali minn kapaċità awtorizzata fi jew wara l-1 ta' Lulju 1987.

[2] Emissjonijiet minn impjanti tal-kombustjoni awtorizzati qabel l-1 ta' Lulju 1987 iżda li ma kinux joperaw qabel dik id-data u li ma ġiex meħud kont tagħhom id-deċiżjoni tal-limiti ta' emissjonijiet iffissati minn dan l-Anness, għandhom jew jikkonformaw mal-ħtiġijiet stabbiliti b'din id-Direttiva għal impjanti ġodda jew jittieħed kont tagħhom fl-emissjonijiet globali minn impjanti eżistenti li ma jridux jeċċedu l-limiti ffissati f'dan l-Anness.

[3] L-Istati Membri jistgħu għal raġunijiet tekniċi itawwlu sa sentejn id-data ta' fażi 1 għat-tnaqqis ta' emissjonijiet NOX billi jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xahar min-notifika ta' din id-Direttiva.

--------------------------------------------------

ANNESS III

VALURI TAL-LIMITI TA' EMISSJONIJIET GĦAL SO2

Karburant solidu

A. Valuri tal-limiti ta' emissjonijiet SO2 espressi f'mg/Nm3 (kontenut O2 6 %) li għandhom jiġu applikati minn impjanti ġodda u eżistenti skond l-Artikolu 4 (1) u 4 (3) rispettivament:

+++++ TIFF +++++

Ara sew:

Meta l-valuri tal-limiti ta' l-emissjonijiet ta' hawn fuq ma jistgħux jintlaħħqu minħabba l-karatteristiċi tal-karburant, għandha tintlaħaq rata ta' desulphurisation ta' mill-inqas 60 % fil-każ ta' impjanti b'input ta' rata termika ta' inqas minn jew ugwali għal 100 MWth, 75 % għal impjanti ikbar minn 100 MWth u inqas minn jew ugwali għal 300 MWth u 90 % għal impjanti ikbar minn 300 MWth. Għal impjanti ikbar minn 500 MWth, għandha tapplika rata ta' desulphurisation ta' mill-inqas 94 % jew ta' mill-inqas 92 % meta jidħol fis-seħħ kuntratt għat-twaħħil ta' desulphurisation ta' gass flue jew tagħmir ta' injezzjoni tal-ġir, u x-xogħol fuq l-istallazzjoni tiegħu ikun beda, qabel l-1 ta' Jannar 2001.

B. Valuri tal-limiti ta' l-emissjonijiet SO2 espressi f'mg/Nm3 (kontenut O2 6 %) li għandhom jiġu applikati minn impjanti ġodda skond l-Artikolu 4 (2) bl-eċċezzjoni ta' turbini tal-gass.

Tip ta' karburant | 50 sa 100 MWth | 100 sa 300 MWth | > 300 MWth |

Biomassa | 200 | 200 | 200 |

Każ ġenerali | 850 | 200 [1] | 200 |

Ara sew:

Meta l-valuri tal-limiti ta' l-emissjonijiet ta' hawn fuq ma jistgħux jintlaħħqu minħabba l-karatteristiċi tal-karburant, l-istallazzjonijiet għandhom jakkwistaw 300 mg/Nm3 SO2, jew rata ta' desulphurisation ta' mill-inqas 92 % għandha tintaħaq fil-każ ta' impjanti b'input termiku ratifikat ta' inqas minn jew ugwali għal 300 MWth u fil-każ ta' impjanti b'input termiku ratifikat ikbar minn 300 MWth għandha tapplika rata ta' desulphurisation ta' mill-inqas 95 % flimkien mal-valur tal-limitu ta' emissjoni massima permessibbli ta' 400 mg/Nm3.

[1] Ħlief fil-każ tar-Reġjuni l-iktar fuq Barra fejn għandhom japplikaw 850 sa 200 mg/Nm3 (tnaqqis lineari).

--------------------------------------------------

ANNESS IV

VALURI TAL-LIMITI TA' EMISSJONIJIET GĦAL SO2

Karburanti likwidi

A. Valuri tal-limiti ta' emissjonijiet SO2 espressi f'mg/Nm3 (kontenut O2 3 %) li għandhom jiġu applikati minn impjanti ġodda u eżistenti skond l-Artikoli 4 (1) u 4 (3) rispettivament:

+++++ TIFF +++++

B. Valuri tal-limiti ta' emissjonijiet SO2 espressi f'mg/Nm3 (kontenut O2 3 %) li għandhom jiġu applikati minn impjanti ġodda skond l-Artikolu 4 (2) bl-eċċezzjoni ta' turbini tal-gass.

50 sa 100 MWth | 100 sa 300 MWth | > 300 MWth |

850 | 400 sa 200 (tnaqqis linerali) [1] | 200 |

Fil-każ ta' żewġ stallazzjonijiet b'input termiku ratifikat ta' 250 MWth fuq Kreta u Rodi li għandhom jiġu liċenzjati qabel il-31 ta' Diċembru 2007, il-valur tal-limitu ta' emissjoni ta' 1700 mg/Nm3 għandu japplika.

[1] Ħlief fil-każ tar-Reġjuni l-iktar fuq Barra fejn għandhom japplikaw 850 sa 200 mg/Nm3 (tnaqqis lineari).

--------------------------------------------------

ANNESS V

VALURI TAL-LIMITI TA' EMISSJONI GĦAL SO2

Karburanti tal-gass

A. Valuri tal-limiti ta' emissjoni SO2 espressi f'mg/Nm3 (kontenut O2 3 %) li għandhom jiġu applikati minn impjanti ġodda u eżistenti skond l-Artikolu 4 (1) u 4 (3), rispettivament:

It-Tip ta' karburant | Valuri tal-limiti (mg/Nm3) |

Karburanti tal-gass in ġenerali | 35 |

Gass likwifikat | 5 |

Gassijiet kalorifiċi baxxi mill-gassifikar tar-residwi ta' l-irfinaturi gass tal-forn tal-coke, gass tal-blast furnace | 800 |

Gass mill-gassifikar tal-faħam | [1] |

B. Valuri tal-limiti ta' emissjoni SO2 espressi f'mg/Nm3 (kontenut O2 3 %) li għandhom jiġu applikati minn impjanti ġodda skond l-Artikolu 4:

Karburanti gassużi in ġenerali | 35 |

Gass likwifikat | 5 |

Gassijiet kalorifiċi baxxi minn forn tal-coke | 400 |

Gassijiet kalorifiċi baxxi minn blast furnace | 200 |

[1] Il-Kunsill jiffissa l-valuri tal-limiti ta' emissjoni applikabbli għal dan il-gass fi stadju iktar tard fuq il-bażi ta' proposti mill-Kummissjoni li għandhom isiru fid-dawl ta' iktar esperjenza teknika.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

VALURI TAL-LIMITI TA' EMISSJONI GĦAL NOX (IMKEJJLA BĦALA NO2)

A. Valuri tal-limiti ta' emissjoni NOX espressi f'mg/Nm3 (kontenut O2 6 % għal karburanti solidi, 3 % għal karburanti likwidi u gassużi) li għandhom jiġu applikati minn impjanti ġodda u eżistenti skond l-Artikoli 4 (1) u 4 (3), rispettivament:

It-Tip ta' karburant: | Valuri tal-limiti [1] (mg/Nm3) |

Solidi [2] [3]:

50 sa 500 MWth: | 600 |

> 500 MWth: | 500 |

Mill-1 ta' Jannar 2016

50 sa 500 MWth: | 600 |

> 500 MWth: | 200 |

Likwidi:

50 sa 500 MWth: | 450 |

> 500 MWth: | 400 |

Gassużi:

50 sa 500 MWth: | 300 |

> 500 MWth: | 200 |

B. Valuri tal-limiti ta' emissjoni NOX espressi f'mg/Nm3 li għandhom jiġu applikati minn impjanti ġodda skond l-Artikolu 4 (2) ħlief għat-turbini tal-gass:

Karburanti solidi (kontenut O2 6 %)

It-Tip ta' karburant | 50 sa 100 MWth: | 100 sa 300 MWth: | > 300 MWth: |

Biomassa | 400 | 300 | 200 |

Każ ġenerali | 400 | 200 [4] | 200 |

Karburanti likwidi (kontenut O2 3 %)

50 sa 100 MWth: | 100 sa 300 MWth: | > 300 MWth: |

400 | 200 [5] | 200 |

Fil-każ ta' żewġ stallazzjonijiet b'input termiku ggradat ta' 250MWth fi Kreta u Rodi li għandhom jiġu liċenzjati qabel l-31 ta' Diċembru 2007, il-valur tal-limitu ta' l-emissjoni ta 400mg/Nm3 għandu jgħodd

Karburanti tal-gass (kontenut O2 3 %)

| 50 sa 300 MWth: | > 300 MWth: |

Gass naturali (nota 1) | 150 | 100 |

Gassijiet oħra | 200 | 200 |

Turbini tal-gass

Valuri tal-limiti ta' emissjoni NOX espressi f'mg/Nm3 (kontenut O2 15 %) li għandhom jiġu applikati minn unità singola ta' turbin tal-gass skond l-Artikolu 4 (2) (il-valuri tal-limiti japplikaw biss għal tagħbija 'il fuq minn 70 %):

| > 50 MWth: (input termiku f'kondizzjonijiet ISO) |

Gass naturali (Nota 1) | 50 (Nota 2) |

Karburanti likwidi (Nota 3) | 120 |

Karburanti tal-gass (minbarra gass naturali) | 120 |

Turbini tal-gass għal użu ta' emerġenza li joperaw inqas minn 500 siegħa fis-sena huma esklużi minn dawn il-valuri tal-limiti. L-operatur ta' dawn l-impjanti hu meħtieġ jissottometti kull sena lill-awtorità kompetenti nota tal-ħin użat.

Nota 1:

Il-Gass naturali huwa metan li jinħoloq naturali b'mhux iktar minn 20 % (skond il-volum) ta' inerti u kostitwenti oħrajn.

Nota 2:

75 mg/Nm3 fil-każijiet li ġejjin, fejn l-effiċjenza tat-turbin tal-gass hi determinata mill-kondizzjonijiet tat-tagħbija bażi ISO:

- turbini tal-gass, użati f'sistemi ta' sħana u power kombinati li għandhom effiċjenza globali ta' iktar minn 75 %;

- turbini tal-gass, użati f'impjanti ta' ċiklu konġunti li għandhom effiċjenza elettrika globali medja annwali ta' iktar minn 55 %;

- turbini tal-gass għal sewqan mekkaniku.

Għal turbini tal-gass ta' ċiklu wieħed li ma jaqgħu f'ebda waħda mill-kategoriji ta' hawn fuq, iżda li għandhom effiċjenza ta' iktar minn 35 %- determinati bil-kondizzjonijiet ta' tagħbija bażi ISO -il-valur tal-limitu ta' emissjoni għandu jkun 50° g/35 fejn g hija l-effiċjenza tat-turbin tal-gass espressa bħala perċentwali (u b'kondizzjonijiet ta' tagħbija bażi ISO).

Nota 3:

Dan il-valur tal-limitu ta' emissjoni japplika biss għal turbini tal-gass li jaħarqu distillati ħfief u medji.

[1] Ħlief fil-każ tar-"Reġjuni l-iktar 'il Barra" meta japplikaw il-valuri li ġejjin:Solidi in ġenerali: 650Solidi b' < 10 % vol comps: 1300Likwidi: 450Gassużi: 350

[2] Sal-31 ta' Diċembru 2015 impjanti ta' input termiku ratifikat ikbar minn 500 MW, li mill-2008 'l hemm ma joperawx iktar minn 2000 siegħa fis-sena (medja li tinbidel tul perjodu ta' ħames snin), għandhom:

- fil-każ ta' impjant liċenzjat skond l-Artikolu 4 (3)(a), ikun soġġett għal valur tal-limitu għal emissjonijiet ta' ossidu tan-nitroġenu (mkejjel bħala NO2) ta' 600mg/Nm3;

- Fil-każ ta' impjant soġġett għal pjan nazzjonali taħt l-Artikolu 4(6), ikollhom il-kontribuzzjoni għall-pjan nazzjonali stmata fuq il-bażi tal-valur tal-limitu ta' 600 mg/Nm3.

- Mill-1 ta' Jannar 2016 dawn l-impjanti, li ma joperawx iktar minn 1500 siegħa fis-sena (medja li tinbidel tul perjodu ta' ħames snin), għandhom ikunu soġġetti għall-valur tal-limitu għal emissjonijiet ta' l-ossidu tan-nitroġenu (mkejjla bħala NO2) ta' 450 mg/Nm3.

[3] Sa l-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' impjanti li fil-perjodu ta' 12-il xahar li jintemm fl-1 ta' Jannar 2001 operaw fuq, u jibqgħu joperaw fuq, karburanti solidi li l-kontenut volatili tagħhom hu inqas minn 10 %, 1200 mg/Nm3, għandhom japplikaw.

[4] Ħlief fil-każ tar-"Reġjuni l-iktar 'il Barra" meta għandhom japplikaw 300 mg/Nm3.

[5] Ħlief fil-każ tar-"Reġjuni l-iktar 'il Barra" meta għandhom japplikaw 300 mg/Nm3.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

VALURI TAL-LIMITI TA' EMISSJONI GĦAT-TRAB

A. Valuri tal-limiti ta' emissjoni tat-trab espressi f'mg/Nm3 (kontenut O2 6 % għal karburanti solidi, 3 % għal karburanti likwidi u gassużi) li għandhom jiġu applikati minn impjanti ġodda u eżistenti skond l-Artikoli 4 (1) u 4 (3), rispettivament:

It-Tip ta' karburant | L-Input termiku ratifikat (MW) | Il-Valuri tal-limiti ta' emissjoni (mg/Nm3) |

Solidi | Å 500 < 500 | 50 [2] 100 |

Likwidi [1] | l-impjanti kollha | 50 |

Gassużi | l-impjanti kollha | 5 bħala regola 10 għal gass ta' blast furnace 50għal gassijiet prodotti mill-industrija ta' l-azzar li tista' tintuża mkien ieħor |

B. Valuri tal-limiti ta' emissjoni tat-trab espressi f'mg/Nm3 li għandhom jiġu applikati minn impjanti ġodda, skond l-Artikolu 4 (2) ħlief għat-turbini tal-gass:

Karburanti solidi (kontenut O2 6 %)

50 sa 100 MWth: | >100 MWth: |

50 | 30 |

Karburanti likwidi (kontenut O2 3 %)

50 sa 100 MWth: | >100 MWth: |

50 | 30 |

Fil-każ ta' żewġ stallazzjonijiet b'input termiku ratifikat ta' 250 MWth fuq Kreta u Rodi li għandhom jiġu liċenzjati qabel il-31 ta' Diċembru 2007, il-valur tal-limitu ta' emissjoni ta' 50 mg/Nm3 għandu japplika.

Karburanti gassużi (kontenut O2 3 %)

Bħala regola | 5 |

Għal gass ta' blast furnace | 10 |

Għal gassijiet prodotti mill-industrija ta' l-azzar li jistgħu jintużaw imkien ieħor | 30 |

[1] Valur tal-limitu ta' 100 mg/Nm3 jista' jiġi applikat għal impjanti b'input termiku ratifikat ta' inqas minn 500 MWth li jaħarqu karburant likwidu b'kontenut ta' rmied ta' iktar minn 0,06 %.

[2] Valur tal-limitu ta' 100 mg/Nm3 jista' jiġi applikat għal impjanti liċenzjati skond l-Artikolu 4 (3) b'input termiku ratifikat ikbar minn jew daqs 500 MWth li jaħraq karburant solidu b'kontenut ta' sħana ta' inqas minn 5800 kJ/kg (valur kalorifiku nett), kontenut niedi ta' iktar minn 45 % skond il-piż, kontenut niedi u ta' rmied konġunti ta' iktar minn 60 % skond il-piż u l-kontenut ta' l-ossidu tal-kalċju ta' iktar minn 10 %.

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

IL-METODI TA' KEJL TA' L-EMISSJONIJIET

A. Proċeduri għall-kejl u l-evalwazzjoni ta' l-emissjonijiet minn impjanti ta' kombustjoni.

1. Sas-27 ta' Novembru 2004

Il-Konċentrazzjonijiet ta' SO2, tat-trab, NOX għandhom jitkejjlu kontinwament fil-każ ta' impjanti ġodda li għalihom tingħata liċenza skond l-Artikolu 4 (1) b'input termiku ratifikat ta' iktar minn 300 MW. Madanakollu, monitoring ta' SO2 u trab jista' jkun konfinat għal kejl diskontinwu jew proċeduri ta' determinazzjoni oħra xierqa f'każijiet fejn dawn il-miżuri jew il-proċeduri, li għandhom ikunu verifikati u approvati mill-awtoritajiet kompetenti, jistgħu jintużaw biex tinkiseb konċentrazzjoni.

Fil-każ ta' impjanti ġodda li tingħatalhom liċenzja skond l-Artikolu 4 (1) li mhux koperti bl-ewwel sub-paragarfu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li jitwettqu miżuri kontinwi ta' dawk it-tlett oġġetti li jniġġsu fejn ikun kunsidrat meħtieġ. Meta ma jkun meħtieġ kejl kontinwu, għandu jintuża regolarment kejl mhux kontinwu jew proċeduri xierqa ta' determinazzjoni kif approvati mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jevalwaw il-kwantità tas-sustanzi msemmija hawn fuq li huma preżenti fl-emissjonijiet.

2. Mis-27 ta' Novembru 2002 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(2)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu kejl kontinwu ta' konċentrazzjonijiet ta' SO2, NOX, u trab minn gassijiet ta' l-iskart minn kull impjant ta' kombustjoni b'input termiku ratifikat ta' 100 MW jew iktar.

B'deroga mill-ewwel sub-paragrafu, il-kejl kontinwu jista' ma jkunx meħtieġ fil-każijiet li ġejjin:

- għal impjanti ta' kombustjoni b'ħajja ta' inqas minn 10000 siegħa operattiva;

- għal SO2 u trab minn boilers li jaħarqu gass naturali jew minn turbini tal-gass li jaħarqu gass naturali;

- għal SO2 minn turbini tal-gass jew minn boilers li jaħarqu żejt b'kontenut magħruf tal-kubrit f'każijiet meta ma hemm ebda tagħmir ta' desulphurisation;

- għal SO2 minn boilers li jaħarqu l-biomassa jekk l-operatur jista' jipprova li l-emissjonijiet SO2 ma jistgħu taħt ebda ċirkostanzi jkunu ogħla mill-valuri tal-limiti ta' emissjoni stabbiliti.

Fejn mhux meħtieġ kejl kontinwu, għandu jkun meħtieġ kejl mhux kontinwu mill-inqas kull sitt xhur. Bħala alternattiva, proċeduri xierqa ta' determinazzjoni, li għandhom ikunu verifikati u approvati mill-awtoritajiet kompetenti, jistgħu jintużaw biex jevalwaw il-kwantità tat-tniġġis imsemmija hawn fuq li huma preżenti fl-emissjonijiet. Dawn il-proċeduri għandhom jużaw standards rilevanti CEN malli jkunu disponibbli. Jekk l-istandards CEN mhumiex standards disponibbli ISO, għandhom japplikaw standards nazzjonali jew internazzjonali li jiżguraw il-provvista ta' data ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

3. Fil-każ ta' impjanti li jridu jikkonformaw mar-rati ta' desulphurisation iffissati mill-Artikolu 5 (2) u l-Anness III, il-ħtiġijiet dwar il-kejl ta' emissjoni SO2 stabbiliti taħt il-paragrafu 2 ta' dan il-punt għandhom japplikaw. Barra minn hekk, il-kontenut tal-kubrit tal-karburant li hu ntrodott fil-faċilitajiet ta' l-impjant ta' kombustjoni għandu jkun monitorat regolarment.

4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu infurmati bil-bidliet sostanzjali fit-tip ta' karburant użat jew bil-mod ta' l-operat ta' l-impjant. Għandhom jiddeċiedu jekk il-ħtiġijiet ta' monitoraġġ stabbiliti fil-paragrafu 2 għadhomx adegwati jew jeħtieġux adattament.

5. Il-kejl kontinwu mwettaq b'konformità mal-paragrafu 2 għandu jinkludi l-parametri rilevanti tal-proċess ta' l-operat tal-kontenut ta' l-ossiġenu, it-temperatura, il-pressa u l-kontenut tal-fwar tal-ilma. Il-kejl kontinwu tal-kontenut tal-fwar tal-ilma tal-gassijiet ta' l-ispurgar m'għandhomx ikunu meħtieġa, sakemm il-gass ta' l-ispurgar meħud bħala kampjun ikun imnixxef qabel ma l-emissjonijiet ikunu analizzati.

Kejl rappreżentattiv, jiġifieri t-teħid ta' kampjuni u l-analiżi tat-tniġġis relevanti u l-parametri ta' proċess kif ukoll il-metodi ta' kejl ta' referenza biex jikkalibraw is-sistemi ta' kejl awtomatiċi għandhom jitwettqu skond l-istandards CEN malli jkunu disponibbli. Jekk l-istandards CEN mhumiex standards ISO disponibbli, standards nazzjonali jew internazzjonali li jiżguraw il-provvista ta' data ta' kwalità xjentifika ekwivalenti għandhom japplikaw.

Is-sistemi ta' kejl kontinwu għandhom ikunu soġġetti għal kontroll permezz ta' kejl parallel mal-metodi ta' referenza mill-inqas kull sena.

6. Il-valuri ta' l-intervalli ta' konfidenza ta' 95 % ta' riżultat imkejjel wieħed m'għandhomx jeċċedu l-perċentwali li ġejjin tal-valuri tal-limiti ta' emissjoni:

Idkubrit diossidu tal | 20 % |

Lnitroġenu Ossidi tan | 20 % |

It Trab | 30 % |

Il-valuri medji validati kull siegħa u kuljum għandhom ikunu stabbiliti mill-valuri medji mkejjla validati kull siegħa wara t-tnaqqis tal-valur ta' l-intervall ta' konfidenza speċifikat hawn fuq.

Kull jum li fih ikunu invalidi iktar minn tlett valuri medji kull siegħa minħabba tħaddim ħażin jew manutenzjoni tas-sistema ta' kejl kontinwu għandu jkun invalidat. Jekk ikunu invalidati iktar minn għaxart ijiem matul sena għal dawn is-sitwazzjonijiet, l-awtorità kompetenti għandha teħtieġ li l-operatur jieħu miżuri adegwati biex itejjeb it-tħaddim tas-sistema ta' monitoraġġ kontinwu.

B. Id-deċiżjoni ta' l-emissjonijiet annwali totali ta' l-impjanti ta' kombustjoni

Sa u inkluż l-2003, l-awtoritajiet kompetenti għandhomjiksbu deċiżjoni ta' l-emissjonijiet annwali totali ta' SO2 u NOX mill-impjanti ġodda ta' kombustjoni. Meta jintuża l-monitoraġġ kontinwu, l-operatur ta' l-impjant ta' kombustjoni għandu jgħodd separatament għal kull tniġġis il-massa tat-tniġġis li toħroġ kuljum, fuq il-bażi tad-distribuzzjoni volumetrika tar-rati tal-gassijiet ta' l-iskart. Meta ma jintużax monitoraġġ kontinwu, l-estimi ta' l-emissjonijiet annwali totali għandhom jiġu deċiżi mill-operatur fuq il-bażi tal-paragrafu A. 1 għas-sodsifazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-emissjonijiet annwali totali SO2 u NOX ta' l-impjanti ta' kombustjoni ġodda fl-istess ħin bħall-komunikazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu Ċ. 3 dwar l-emissjonijiet annwali totali ta' l-impjanti eżistenti.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, mill-2004 u għal kull sena sussegwenti, inventarju ta' l-emissjonijiet ta' SO2, NOX u trab mill-impjanti kollha ta' kombustjoni b'input termiku ratejali ta' 50 MW jew iktar. L-awtorità kompetenti għandha tikseb għal kull impjant imħaddem taħt il-kontroll ta' operatur wieħed f'post partikolari d-data li ġejja:

- l-emissjonijiet annwali totali ta' SO2, NOX u trab (bħala partiċelli sospiżi totali).

- l-ammont annwali totali ta' l-input ta' l-enerġija, relatata mal-valur kalorifiku nett, imqassam f'termini ta' ħames kategoriji ta' karburant: il-biomassa, karburanti solidi oħra, karburanti likwidi, gass naturali, gassijiet oħra.

Sommarju tar-riżultati ta' dan l-inventarju li juri l-emissjonijiet separati minn irfinaturi għandu jiġi komunikat lill-Kummissjoni kull tlett snin fi żmien tnax-il xahar mill-aħħar tal-perjodu kunsidrat ta' tlett snin. Id-data ta' kull sena għal kull impjant għandha tkun disponibbli lill-Kummissjoni fuq talba. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli lill-Istati Membri sommarju tal-paragun u l-evalwazzjoni ta' l-inventarji nazzjonali fi żmien tnax-il xahar mill-wasla ta' l-inventarji nazzjonali.

Mill-1 ta' Jannar 2008 l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni dwar dawk l-impjanti eżistenti għall-eliġibbiltà taħt l-Artikolu 4 (4) flimkien ma' rekord tal-ħin użat u le għall-ħajja operattiva li jibqa' ta' l-impjanti.

Ċ. Deċiżjoni ta' l-emissjonijiet annwali totali sa u inkluż l-2003

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, mill-1990 u għal kull sena sussegwenti sa u inkluż l-2003, inventarju ta' emissjonijiet komplet għall-impjanti eżistenti li jkopru SO2 u NOX:

- fuq bażi ta' impjant b'impjant, għal impjanti 'l fuq minn 300 MWth u għall-irfinaturi;

- fuq bażi globali għal impjanti ta' kombustjoni oħra li għalihom tapplika din id-Direttiva.

2. Il-metodoloġija wżata għal dawn l-inventarji għandha tkun konsistenti ma' dik użata biex ikunu deċiżi l-emissjonijiet SO2 u NOX minn impjanti tal-kombustjoni fl-1980.

3. Ir-riżultati ta' dan l-inventarju għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni f'forma aggregata konvenjenti fi żmien disa' xhur mill-aħħar tas-sena kunsidrata. Il-metodoloġija wżata biex jiġu stabbiliti dawn l-inventarji ta' l-emissjionijiet u l-informazzjoni bażi dettaljata għandhom ikunu magħmula disponibbli lil-Kummissjoni fuq talba tagħha.

4. Il-Kummissjoni għandha torganizza paragun sistematiku ta' dawn l-inventarji nazzjonali u, jekk xieraq, għandha tissottometti proposti lill-Kunsill b'mira għall-armonizzazzjoni ta' inventarji ta' metodoloġiji ta' emissjoni, għall-ħtiġijiet ta' l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva.

--------------------------------------------------

ANNESS IX

IL-LIMITI TAŻ-ŻMIEN GĦAT-TRASPOŻIZZJONI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA MĦASSRA

(imsemmija fl-Artikolu 17(1))

Id-Direttiva | Limit ta' żmien għat-traspożizzjoni | Limiti ta' żmien għall-applikazzjoni |

88/609/KEE (ĠU L 336, 7.12.1988, p. 1) | 30 ta' Ġunju 1990 | 1 ta' Lulju 1990 31 ta' Diċembru 1990 31 ta' Diċembru 1993 31 ta' Diċembru 1998 31 ta' Diċembru 2003 |

94/66/KE (ĠU L 337, 24.12.1994, p. 83) | 24 ta' Ġunju 1995 | |

--------------------------------------------------

ANNESS X

IT-TABELLA TA' KORRELAZZJONI

(Imsemmija fl-Artikolu 17(3))

Din id-Direttiva | Id-Direttiva 88/609/KEE |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2 | Artikolu 2 |

Artikolu 3 | Artikolu 3 |

Artikolu 4 (1). | Artikolu 4 (1) |

Artikolu 4(2), (3) u (4) | |

Artikolu 4 (5) | Artikolu 4 (3) |

Artikolu 4(6), (7) u (8) | |

Artikolu 5 | Artikolu 5 |

| Artikolu 6 |

Artikolu 6 | |

Artikolu 7 | Artikolu 8 |

Artikolu 8 | Artikolu 9 |

Artikolu 9 | Artikolu 10 |

Artikolu 10 | Artikolu 11 |

Artikolu 11 | Artikolu 12 |

Artikolu 12 | Artikolu 13 (1) |

Artikolu 13 | Artikolu 14 |

Artikolu 14 | Artikolu 15 |

Artikolu 15(1), (2) u (3) | Artikolu 16 (1), (2) u (4) |

Artikolu 16 | |

Artikolu 17 | |

Artikolu 18(1), l-ewwel sub-paragarfu, u (3) | Artikolu 17 (1), u (2) |

Artikolu 18(1), it-tieni sub-paragarfu, u (2) u l-Artikolu 19 | |

Artikolu 20 | Artikolu 18 |

L-Annessi I sa VIII | L-Annessi I sa IX |

L-Annessi IX u X | - |

--------------------------------------------------

Top