This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001L0063
Commission Directive 2001/63/EC of 17 August 2001 adapting to technical progress Directive 97/68/EC of the European Parliament and of the Council on the approximation of the laws of the Member States relating to measures against the emission of gaseous and particulate pollutants from internal combustion engines to be installed in non-road mobile machinery
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/63/KE tas-17 ta' Awissu 2001 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta' inkwinanti ta' gass u partikulati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/63/KE tas-17 ta' Awissu 2001 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta' inkwinanti ta' gass u partikulati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq
ĠU L 227, 23.8.2001, p. 41–43
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R1628
Official Journal L 227 , 23/08/2001 P. 0041 - 0043
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/63/KE tas-17 ta' Awissu 2001 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta' inkwinanti ta' gass u partikulati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li tirrigwardja l-miżuri kontra l-emissjoni ta' inkwinanti ta' gass u l-partikulati minn magni ta' compression ignition li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq [1], u partikolarment l-Artikolu 14 tagħha, Billi: (1) Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament Nru 96 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa (ECE) dwar l-emissjonijiet minn magni compression ignition li għandhom ikunu insallati fuq tractors għall-agrikoltura u għall-foresterija ġie estiż sabiex ikopri wkoll tipi oħrajn ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq. (2) Il-Komunità Ewropea hija parti kontraenti ta' l-imsemmi Regolament ECE. (3) Huwa meħtieġ li jkunu mqabbla l-ħtiġiet tekniċi f'dan ir-Regolament mal-ħtiġiet korrisspondenti fid-Direttiva 97/68/KE. (4) Il-miżuri li hemm disposizzjoni għalihom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattazzjoni tal-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill 92/53/KEE [2]. (5) Id-Direttiva 97/68/KE għandha tkun emendatat kif xieraq, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Annessi III u IV tad-Direttiva 97/68/KE huma b'dan emendati bi qbil mal-Annessi ta' din id-Direttiva. Artikolu 2 Din id-Direttiva m'għandhiex tinvalida xi approvazzjoni mogħtija qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3 permezz tad-Direttiva 97/68/KE u l-anqas ma tipprevjeni l-estenzjonijiet għal approvazzjonijiet bħal dawk permezz tat-termini tad-Direttiva li permezz tagħhom dawn kienu oriġinalment mogħtija. Artikolu 3 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-30 ta' Ġunju 2002 l-aktar tard. Huma għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b'dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati b'referenza bħal din fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir. Artikolu 4 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-20 jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Awissu 2001. Għall-Kummissjoni Margot Wallström Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 59, tas-27.2.1998, p. 1. [2] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Emendi għall-Annessi III u IV tad-Direttiva 97/68/KE 1. L-Anness III huwa emendat kif ġej: (1)fil-paragrafu 2.2.2, il-formula għandha tkun mibdula b'dan li ġej:0,96 ≤ fa ≤ = 1,06 (2) fl-Appendiċi 2, il-paragrafu 1.2.1, it-tielet inċiż "CO"għandu jkun mibdul bi "CO2"; (3) fl-Appendiċi 2, il-paragrafu 1.9.2.2 huwa mibdul b'dan li ġej: "1.9.2.2. Verifika tat-tnaqqis ta' l-ilma Din il-verifika tapplika biss għal kejl tal-konċentrazzjoni ta' gass imxarrab. Il-kalkolazzjoni tat-tnaqqis ta' l-ilma għandha tqis it-trattib tal-firxa tal-gass NO bil-fwar ta' l-ilma u l-iskalar tal-konċentrazzjoni tal-fwar ta' l-ilma tat-taħlita lejn dak mistenni matul it-testijiet. Il-firxa tal-gass NO li jkollha konċentrazzjoni ta' 80 sa 100 % ta' skala sħiħa fil-medda normali ta' l-operat tagħha għandha tkun mgħoddija bħala bżieżaq minn il-(H)CLD u il-valur NO irrekordjat bħala D. Il-gass NO għandu mbagħad ikun imbaqbaq minn ġo l-ilma f'temperatura tal-kamra u mgħoddi mill-(H)CLD u l-valur HO irrekordjat bħala C. It-temperatura ta' l-ilma għandha tkun iddeterminata u rrekordjata bħala F. Il-pressa tat-taħlita mimlija fil-fwar li tkun tikkorrespondi għat-temperatura ta' l-ilma fl-apparat li jagħmel il-bżieżaq (F) għandha tkun iddeterminata u rrekorjata bħala G. Il-konċentrazzjoni tal-fwar ta' l-ilma (fi %) tat-taħlita għandha tkun ikkalkolata kif ġej: +++++ TIFF +++++ u rrekordjata bħala H. Il-mistennija firxa tal-gass NO imrattab f'konċentrazzjoni (fil-fwar ta' l-ilma) għandha tkun ikkalkolata kif ġej: +++++ TIFF +++++ u rrekordjata bħala De. Għall-exhaust tad-diesel, il-konċentrazzjoni massima tal-fwar ta' l-ilma fl-exhaust (fi %) mistennija ma tul it-testijiet għandha tkun ikkalkolata, fuq l-ipoteżi tar-razzjon atomiku H/C tal-karburanti ta' 1,8 sa 1, mill-konċentrazzjoni massima CO2 fil-gass ta' l-exhaust jew mill-konċentrazzjoni tal-firxa tal-gass CO2 mhux imrattab (A, kif imkejjla fis-sezzjoni 1.9.2.1) kif ġej: Hm = 0,9 x A u rrekorjata bħala Hm. It-tnaqqis ta' l-ilma għandu jkun ikkalkolat kif ġej: +++++ TIFF +++++ u m'għandux ikun akbar minn 3 % tal-iskala sħiħa. De : il-konċentrazzjoni mistennija tal-NO imrattba (ppm) C : il-konċentrazzjoni NO imrattba (ppm) Hm : il-konċentrazzjoni massima tal-fwar ta' l-ilma (%) H : il-konċentrazzjoni attwali tal-fwar ta' l-ilma (%) NB: Huwa mportanti li għal din il-verifika il-firxa tal-gass NO ikun fiha konċentrazzjoni minima tal-NO2, la darba t-telfin tal-NO2 fl-ilma ma jkunx ġie kkalkolat fil-kalkolazzjoni tat-tnaqqis." (4) fl-appendiċi 3, il-paragrafu 1.4.4, it-tieni formula għall-isfond tal-korrezzjoni għat-tnixxija tal-massa tal-partikulati minn filtru singolu hija mħassra u l-ewwel formula hija emendata kif ġej; +++++ TIFF +++++ 2. l-Anness IV huwa emendat kif ġej: (1) it-tabella, it-tieni kolonna, il-linja 17 (il-linja "Newtralizzazzjoni (aċidu qawwi) numru" ) hija mibdula b'dan li ġej: ""Massimu 0,20 mg KOH/g"." | (2) In-nota 9, it-tieni sentenza hija mibdula b’'dan li ġej: "Għall-iskopijiet ta' l-approvazzjoni inizjali ta' magna bl-ebda trattament tal-gass ta' l-exhaust fuq talba ta' l-applikant, massa 0.05 % ta' livell nominali tal-kubrit (massa minima 0,03 %) hija permissibbli, f'liema każ il-livell imkejjel tal-partikolati għandu jkun ikkoreġut il-fuq lejn il-valur medju li huwa nominalment speċifikat għall-kontenut tal-kubrit fil-karburanti (massa 0,15 %) skond l-ekwazzjoni ta' hawn taħt:". --------------------------------------------------