Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0038

    Id-Direttiva 2001/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Gunju, 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/7/KEE dwar ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura mneħħija meħuda b'mod illegali mit-territorju ta' Istat Membru (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 187, 10.7.2001, p. 43–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/12/2015; Imħassar b' 32014L0060

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/38/oj

    32001L0038



    Official Journal L 187 , 10/07/2001 P. 0043 - 0044


    Id-Direttiva 2001/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tal-5 ta' Gunju, 2001

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/7/KEE dwar ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura mneħħija meħuda b'mod illegali mit-territorju ta' Istat Membru

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixi l-Komunitajiet Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tieghu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regjuni,

    Waqt li jagixxu b'mod konformi in konformità mal-proceduri msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

    Billi:

    (1) L-istabbilment ta' Unjoni Ekonomiku u Monetarja u l-qlib ghall-euro ghandhom effett fuq l-ahhar subparagrafu taht l-intestatura B ta' l-Anness ghad-Direttiva tal-Kunsill 93/7/KEE [3] li jistabilixxi l-valuri, moghtija f'eku, ta' l-oggetti ta' kultura soggetti ghall-applikazzjoni tad-Direttiva. Dak is-subparagrafu jistabbilixxi li d-data ghall-konverzjoni ta' tali valuri fil-muniti nazzjonali ghandha tkun l-1 ta' Jannar, 1993.

    (2) Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 tas-17 ta' Gunju, 1997 dwar certi disposizzjonijiet dwar l-introduzzjoni ta' l-euro [4], kull referenza ghall-eku fi' strumenti legali saret, mill-1 ta' Janna,r 1999, referenza ghall-euro, wara l-konverzjoni bir-rata ta' wiehed ghal wiehed. Minghajr emenda ghad-Direttiva 93/7/KEE, u allura ghar-rata fissa ta' kambju li tikkorrispondi ghar-rata fis-sehh fl-1 ta' Jannar, 1993, l-Istati Membri li ghandhom l-euro bhala l-munita taghhom ghandhom ikomplu japplikaw ammonti differenti konvertiti fuq il-bazi tar-rati tal-kambju ta' l-1993, u mhux ir-rati ta' konverzjoni iffissati b'mod irrevokabbli fl-1 ta' Jannar, 1999, u din is-sitwazzjoni tippersisti sakemm ir-regola ta' konverzjoni baqghet parti ntegrali tad-Direttiva.

    (3) L-ahhar subparagrafu taht l-intestatura B ta' l-Anness tad-Direttiva 93/7/KEE ghandu ghalhekk ikun emendat b'tali mod li, mill-1 ta' Jannar, 2002, l-Istati Membri li ghandhom l-euro bhala l-munita taghhom japplikaw direttament il-valuri fl-euro stabbiliti fil-legislazzjoni tal-Komunità. Ghall-Istati Membri l-ohra, li ghandhom ikomplu jikkonvertu dawn it-thresholds muniti f'muniti nazzjonali, rata tal-kambju ghandha tigi adottata f'data addattata qabel l-1 ta' Jannar, 2002, u ghandha ssir disposizzjoni provvizjoni ghal dawk l-Istati Membri biex jadattaw dik ir-rata awtomatikament u perjodikament biex jikkompensaw ghal varjazzjonijiet fir-rata tal-kambju bejn il-munita nazzjonali u l-euro.

    (4) Jidher li l-valur 0 (xejn) (zero) taht l-intestatura B ta' l-Anness tad-Direttiva 93/7/KEE, applikabbli bhala t-threshold finanzjarju ghal certi kategoriji ta' oggetti ta' kultura, jista' jkun interpretat b'tali mod li jipperikola l-applikazzjoni effettiva tad-Direttiva. Billi dan il-valur 0 (xejn) (zero) ifisser li l-oggetti li jappartienu lill-kategoriji in-kwistjoni, hu x'inhu l-valur taghhom - ukoll jekk huwa negligibbli jew xejn - ghandhom ikunu meqjusa "oggetti ta' kultura" fl-ambitu tas-sinjifikat tad-Direttiva, kif imfisser fid-Direttiva certi awtoritajiet interpretawh b'tali mod li l-oggett ta' kultura n-kwistjoni m'ghandu edba valur, b'hekk icahhdu dawk il-kategoriji ta' oggetti mill-protezzjoni ipprovduta fid-Direttiva.

    (5) Biex ikun evitat kull dizgwid f'dan ir-rigward, ghaldaqstant, ic-cifra 0 ghandha tinbidel b'espressjoni aktar cara li ma thalli ebda dubju dwar il-htiega li jigu protetti l-oggetti in-kwistjoni,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA

    Artikolu 1

    Fl-Anness tad-Direttiva 93/7/KEE, is-test taht l-intestatura B huwa hawnhekk mibdul kif gej:

    1. It-titlu

    "VALUR: 0 (xejn) (zero)"

    ghandu jkun mibdul bi':

    "VALUR:

    Hu x'inhu l-valur"

    2. L-ahhar subparagrafu, dwar il-konverzjoni f'muniti nazzjonali tal-valuri moghtija f'ekus, ghandhom jinbidlu b'dan li gej:

    "Ghall-Istati Membri li m'ghandhomx l-euro bhala l-munita taghhom, il-valuri moghtija fil-euro fl-Anness ghandhom jigu konvertiti u moghtija fil-muniti nazzjonali bir-rata tal-kambju ta' nhar il-31 ta' Dicembru, 2001 ippublikata fil-Gurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropew. Dan il-kontravalur f'muniti nazzjonali ghandu jigi rivedut kull sentejn b'effett mill-31 ta' Dicembru, 2001. Il-kalkolu ta' dan il-kontravalur ghandu jkun ibbazat fuq il-medja tal-valur ta' kuljum ta' dawk il-muniti, moghti fil-euro, matul l-24 xahar li jaghalqu fl-ahhar jum ta' Awwissu qabel ir-revizjoni li tidhol fis-sehh fil-31 ta' Dicembru. Il-Kumitat Konsultattiv fuq Oggetti ta' Kultura ghandu jirrevedi dan il-metodu ta' kalkolu, fuq proposta mill-Kummissjoni, fil-principju sentejn wara l-ewwel applikazzjoni. Ghal kull revizjoni, il-valuri moghtija fil-euro u l-kontravaluri taghhom f'munita nazzjonali ghandhom ikunu publikati fil-Gurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropew fl-ewwel granet tax-xahar ta' Novembru qabel id-data li fiha r-revizjoni tidhol fis-sehh."

    Artikolu 2

    L-Istati Membri ghandhom idahhlu fis-sehh il-ligijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi mehtiega biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Dicembru, 2001. Huma ghandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan:

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif għandha ssir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-sehh fl-ghoxrin jum mill-pubblikazzjoni tieghu fil-Gurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropew.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Maghmula fil-Lussemburgu, 5 ta' Gunju, 2001.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    N. Fontaine

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. Engqvist

    [1] ĠU C 120 E, ta' l-24.4.2001, p. 182.

    [2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Frar, 2001 u d-Decizjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Mejju, 2001.

    [3] ĠU L 74, tas-27.3.1993, p. 74. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 96/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (OJ L 60, ta'l-1.3.1997, p. 59).

    [4] ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top