EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0031

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/31/KE tat-8 ta' Mejju 2001 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE dwar il-bibien tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhomTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 130, 12.5.2001, p. 33–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/31/oj

32001L0031



Official Journal L 130 , 12/05/2001 P. 0033 - 0034


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/31/KE

tat-8 ta' Mejju 2001

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE dwar il-bibien tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/40/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE tas-27 ta' Lulju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta'l-Istati Membri li jikkonċernaw il-bibien ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/90/KE [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva 70/387/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE. Għalhekk, id-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 70/156/KEE dwar is-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati tal-vetturi japplikaw għal din id-Direttiva.

(2) Id-Direttiva 98/90/KE introduċiet ħtiġiet ta' disinn għat-turġien u għall-imqabad ta' l-idejn tal-kabini biex tkun imtejba s-sigurtà tal-persuni li jidħlu jew joħorġu mill-kompartiment tas-sewwieq ta' ċerti vetturi tqal tal-merkanzija.

(3) Ċerti disinji tal-kabini li huma diġà fis-suq ma jistgħux ikunu konformi mal-kriterji speċifiċi introdotti bid-Direttiva 98/90/KE, għalkemm il-livell ta' sigurtà tagħhom huwa meqjus bħala wieħed ekwivalenti. Hu għalhekk meħtieġ li jkunu rfinati aktar il-kriterji tekniċi biex ikunu jistgħu jiġu awtorizzati disinji ta' kabini bħal dawn.

(4) Il-miżuri li hemm provediment dwarhom f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit bid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 70/387/KEE huwa emendat b'konformità ma' l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. B'effett mill-1 ta' Ottubru 2001, l-Istati Membri ma jistgħux minħabba raġunijiet marbuta mal-bibien ta' vetturi:

- jirrifjutaw, rigward xi tip ta' vettura, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxu l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi,

jekk il-vetturi jkunu konformi mal-ħtiġiet tad-Direttiva 70/387/KEE, kif emendata b'din id-Direttiva.

2. B'effett mill-1 ta' Diċembru 2001, l-Istati Membri:

- m'għandhomx jagħtu aktar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali,

għal tip ġdid ta' vettura minħabba raġunijiet marbuta mal-bibien ta' vetturi jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 70/387/KEE, kif emendat b'din id-Direttiva, ma jkunx hemm konformità magħhom.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2001. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha tkun magħmula din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjoniet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Mejju 2001.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 203, ta' l-10.8.2000, p. 9.

[3] ĠU L 176, ta' l-10.8.1970, p. 5.

[4] ĠU L 337, tat-12.12.1998, p. 29.

--------------------------------------------------

ANNESS

1.2.3. L-Anness III tad-Direttiva 70/387/KEE huwa emendat kif ġej:

Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mal-punt 1.2:

"L-aħħar ħtieġa m'għandhiex tapplika għad-distanza bejn it-tarġa ta’ fuq nett u l-paviment tal-kabina."

Is-seba’ inċiż tal-punt 1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"— Sovrapposizzjoni lonġitudinali (J) bejn żewġ turġien sussegwenti fl-istess taraġ, jew bejn it-tarġa ta' fuq nett u l-paviment tal-kabina… 200 mm."

Il-frażi introduttorja tal-punt 2.2.3 hija sostitwita b'dan li ġej:

"B’żieda ma dan, id-distanza minima (P) tax-xifer ta’ fuq tal-poġġaman(i) jew ta’ l-imqabad ta’ l-idejn jew mezzi ta’ qbid ekwivalenti mill-paviment tal-kompartiment tas-sewwieq għandha tkun:…"

--------------------------------------------------

Top