Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0924

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2001 li testendi l-effetti tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi skambju, għajnuna u programm ta'taħriġ għall-protezzjoni ta' l-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles) għall-Istati Membri li għadhom m'addottawx l-euro bħala munita unika

    ĠU L 339, 21.12.2001, p. 55–55 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32014R0331

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/924/oj

    32001D0924



    Official Journal L 339 , 21/12/2001 P. 0055 - 0055


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-17 ta' Diċembru 2001

    li testendi l-effetti tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi skambju, għajnuna u programm ta'taħriġ għall-protezzjoni ta' l-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm "Pericles") għall-Istati Membri li għadhom m'addottawx l-euro bħala munita unika

    (2001/924/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 308 tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

    Billi:

    (1) Meta addotta id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/923/KE [3], il-Kunsill stabbilixxa li d-Deċiżjoni għandha jkollha effett f'dawk l-Istati Membri li addottaw l-euro bħala munita unika.

    (2) Madankollu, l-iskambju ta'informazzjoni u impjegati u l-għajnuna u l-miżuri ta'taħriġ li ġew implimentati skond il-programm għandhom ikunu uniformi f'kull parti tal-Kommunità u, għalhekk, għandhom jittieħdu passi biex l-euro tiġi garantita l-istess livell ta'protezzjoni f'dawk l-Istati Membri fejn ma ġietx addottata,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-applikazzjoni ta'l-Artikoli 1 sa 13 tad-Deċiżjoni 2001/923/KE għandha tiġi estiża lil dawk l-Istati Membri li m'addottawx l-euro bħala munita unika.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni ser tibda tgħodd mill-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Ufficjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Ser tibda tgħodd mill-1 ta'January 2002.

    Maghmula fi Brussel, is-17 December 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. Neyts-Uyttebroeck

    [1] ĠU C 240 E, tat- 28.8.2001, p. 124.

    [2] Opinjoni mogħtija fit-13 ta' Novembru 2001 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjail).

    [3] Ara paġna 50 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    --------------------------------------------------

    Top