EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001D0589
2001/589/EC: Council Decision of 18 June 2001 on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Republic of Bulgaria concerning the participation of the Republic of Bulgaria in the European Environment Agency and the European environment information and observation network
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2001 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-network Ewropew dwar l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2001 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-network Ewropew dwar l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent.
ĠU L 213, 7.8.2001, p. 65–65
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/589/oj
Official Journal L 213 , 07/08/2001 P. 0065 - 0065
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2001 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-network Ewropew dwar l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent. (2001/589/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi: (1) L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-network Ewropew dwar l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent ġew stabbiliti permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1210/90 [3]. (2) Il-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu (Diċembru 1997) għamel il-parteċipazzjoni fil-programmi u l-aġenziji tal-Komunità mezz ta' kif tiġi mtejba l-istrateġija ta' qabel id-dħul għall-pajjiżi taċ-ċentru u l-lvant ta' l-Ewropa. Fil-każ ta' l-aġenziji, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jipprovdu li "l-aġenziji tal-Komunità li jistgħu jipparteċipaw fihom il-pajjiżi applikanti għandhom jiġu determinati każ każ". (3) Il-Kunsill Ewropew ta' Ħelsinki (Diċembru 1999) afferma mill-ġdid in-natura inklussiva tal-proċess tad-dħul, li issa jinkludi 13-il pajjiż kandidat fi struttura waħda bil-pajjiżi kandidati jipparteċipaw fil-proċess tad-dħul fuq bażi ugwali. (4) Il-Kunsill, fl-14 ta' Frar 2000, awtorizza l-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati mal-pajjiżi applikanti għad-dħul fuq il-parteċipazzjoni tagħhom fl-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent. Il-Kummissjoni iffirmat l-Att Finali tan-negozjati fid- 9 ta' Ottubru 2000. (5) Il-Ftehim kif imsemmi f'din id-Deċiżjoni għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u fin-network Ewropew dwar l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent qed jiġi approvat f'isem il-Komunità.It-test ta' dan il-Ftehim jinsab stabbilit bħala l-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill hu awtorizzat jinnomina l-persuna(i) awtorizzata(i) biex jiddeposita(aw) n-notifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 ta' dan il-Ftehim. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fil-Lussemburgu, 18 ta' Ġunju 2001. F'isem il-Kunsill Il-President M. Winberg [1] ĠU C 120 E, 24.04.2001, p. 195. [2] L-Opinjoni mibgħuta tal- 31.5.2001 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 120, 11.05.1990, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 933/1999 (ĠU L 117, 05.05.1999, p. 1). --------------------------------------------------