Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0584

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2001 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija li jikkonċerna l-parteċipazzjoni tar-Rumanija fl-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent u fin-network Europew dwar l-informazzjoni u osservazzjoni dwar l-Ambjent

    ĠU L 213, 7.8.2001, p. 20–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/584/oj

    Related international agreement

    32001D0584



    Official Journal L 213 , 07/08/2001 P. 0020 - 0020


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-18 ta' Ġunju 2001

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija li jikkonċerna l-parteċipazzjoni tar-Rumanija fl-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent u fin-network Europew dwar l-informazzjoni u osservazzjoni dwar l-Ambjent

    (2001/584/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 175(1), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel supparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi:

    (1) L-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent u n-network Ewropew għall-informazzjoni u osservazzjoni kienu stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 1210/90 [3].

    (2) Il-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu (Diċembru 1997) għamel il-parteċipazzjoni fil-programmi u l-aġenziji tal-Komunità mod kif tiġi stradata l-istrateġija pre-adesjonali għall-pajjiżi ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Fil-każ ta' l-aġenziji, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jistipolaw illi "l-aġenziji tal-Komunità li fihom jstgħu japparteċipaw pajjiżi applikanti għandhom jiġu deċiżi każ każ".

    (3) Il-Kunsill Ewropew ta' Helsinki (Diċembru 1999) irriafferma n-natura inklusiva tal-proċess ta' adesjoni, li issa jikkomprendi 13-il pajjiz kandidat f'qafas wieħed bil-pajjiżi kandidati jipparteċipaw indaqs fil-proċess ta' adesjoni.

    (4) Il-Kunsill, fl-14 ta' Frar 2000, awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati dwar il-parteċipazzjoni fl-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent tal-pajjiżi applikanti għall-adesjoni. Il-Kummissjoni ffirmat l-Att Finali tan-negozjati fid- 9 ta' Ottubru 2000.

    (5) Il-Ftehim kif imsemmi f'din id-Deċizjoni għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija li jikkonċerna l-parteċipazzjoni tar-Rumanija fl-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent u n-network Ewropew dwar l-informazzjoni u l-osservazzjoni hu approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim u spjegat bħala l-Anness ma' din id- Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill hu awtorizzat jiddeposita n-notifika maħsuba fl-Artikolu 18 tal-Ftehim.

    Artikolu 3

    Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fit-8 ta' Ġunju 2001.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    M. Winberg

    [1] ĠU C 120 E, 24.04.01, p. 227.

    [2] Opinjoni mogħtija fil- 31.5.2001 (għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 120, 11.05.90, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 933/1999 (ĠU L 117, 05.05.99, p. 1).

    --------------------------------------------------

    Top