This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001D0412
2001/412/Euratom: Commission Decision of 21 March 2001 concerning the conclusion of the Agreement for cooperation between the European Atomic Energy Community represented by the Commission and the Department of Energy of the United States of America in the field of fusion energy research and development (notified under document number C(2001) 735)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Marzu 2001 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika rappreżentata mill-Kummissjoni u d-Dipartiment ta' l-Enerġija ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam ta' l-enerġija tal-fużjoni (notifikata bid-dokument numru K(2001) 735)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Marzu 2001 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika rappreżentata mill-Kummissjoni u d-Dipartiment ta' l-Enerġija ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam ta' l-enerġija tal-fużjoni (notifikata bid-dokument numru K(2001) 735)
ĠU L 148, 1.6.2001, p. 79–79
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/412/oj
Official Journal L 148 , 01/06/2001 P. 0079 - 0079
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Marzu 2001 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika rappreżentata mill-Kummissjoni u d-Dipartiment ta' l-Enerġija ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam ta' l-enerġija tal-fużjoni (notifikata bid-dokument numru K(2001) 735) (2001/412/Euratom) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 101, it-tieni paragrafu tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/411/Euratom tat-8 ta' Marzu 2001, li tapprova l-konklużjoni tal-Kummissjoni, tal-Ftehim ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika rappreżentata mill-Kummissjoni u d-Dipartiment ta' l-Enerġija ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam ta' l-enerġija tal-fużjoni [1], Billi: (1) Il-Kunsill adotta Deċiżjoni fit-22 ta' Diċembru 1998 dwar il-Ħames Programm Kwadru tal-KEEA għal riċerka u attivitijiet ta' taħriġ (1998-2002) [2] li jinkludi l-azzjoni prinċipali ta' fużjoni termonukleari kontrollata, (2) Il-Kunsill bid-Deċiżjoni tal-25 ta' Jannar 1999 [3] adotta programm ta' riċerka u taħriġ fl-oqsma ta' l-enerġija nukleari (Euratom) għal perjodu minn 1998 sa 2002, IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim ta' koperazzjoni bejn Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika rappreżentata mill-Kummissjoni u d-Dipartiment ta' l-Enerġija ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika fl-oqsma ta' l-enerġija tal-fużjoni, riċerka u żvilupp hu hawnhekk konkluż għal u f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. It-test tal-Ftehim hu anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mir-riċerka, jew rappreżentat nominat, hu awtorizzat li jiffirma l-Ftehim f'isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika b'effett vinkolanti għall-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Marzu 2001. Ghall-Kummissjoni Philippe Busquin Membru tal-Kummissjoni [1] Ara paġna 78 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [2] ĠU L 26, ta' l-1.2.99, p. 34. [3] ĠU L 64, tat-12.3.99, p. 142. --------------------------------------------------