This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001D0395
2001/395/EC: Council Decision of 14 May 2001 on the accession of the European Community to the United Nations Economic Commission for Europe Regulation No 13-H on the component approval of passenger cars in respect of their braking
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Mejju 2001 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mar-Regolament Nru 13-H tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni ta' komponent ta' karrozzi tal-passiġġieri fir-rigward ta' l-ibbrejkjar tagħhom
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Mejju 2001 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mar-Regolament Nru 13-H tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni ta' komponent ta' karrozzi tal-passiġġieri fir-rigward ta' l-ibbrejkjar tagħhom
ĠU L 139, 23.5.2001, p. 14–15
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 139 , 23/05/2001 P. 0014 - 0015
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Mejju 2001 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mar-Regolament Nru 13-H tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni ta' komponent ta' karrozzi tal-passiġġieri fir-rigward ta' l-ibbrejkjar tagħhom (2001/395/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bl-iskop ta' l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċerna l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jiġu armati ma' u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku ta' approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet ("Ftehim ta' l-1958 Rivedut" ) [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 3(3) u 4(2), it-tieni inċiż tagħha, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [2], Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [3], Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew [4], Billi: (1) Il-ħtiġiet standardizzati tar-Regolament Nru 13-H tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni ta' komponent ta' karrozzi tal-passiġġieri fir-rigward ta' l-ibbrejkjar tagħhom huma maħsuba sabiex ineħħu l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ f'vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti fir-rigward ta' l-ibbrejkjar u sabiex jiġi assigurat livell għoli ta' sigurtà u protezzjoni ambjentali. (2) Ir-Regolament Nru 13-H ġie notifikat lill-Partijiet Kontraenti u daħal fis-seħħ fir-rigward tal-Partijiet Kontraenti kollha li ma tawx notifika tan-nuqqas ta' qbil tagħhom sad-data jew sad-dati speċifikati fir-Regolament anness mal-Ftehim Rivedut ta' l-1958. (3) Sabiex jiġi faċilitat l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi barra l-Komunità, jidher xieraq li tiġi stabbilita ekwivalenza tal-ħtiġiet tar-Regolament Nru 13-H ma' dawk tad-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-mezzi ta' l-ibbrejkjar ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [5]. (4) Dan ir-Regolament għandu jiġi inkorporat fis-sistema ta' approvazzjoni għal vetturi bil-mutur u għandu għalhekk jiżdied mal-leġislazzjoni fis-seħħ fil-Komunità, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Komunità Ewropea għandha taderixxi mar-Regolament Nru 13-H tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni ta' komponent ta' karrozzi tal-passiġġieri fir-rigward ta' l-ibbrejkjar tagħhom. It-test tar-Regolament huwa anness ma' din id-Deċiżjoni [6]. Artikolu 2 Bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, l-ekwivalenza tal-ħtiġiet tar-Regolament Nru 13-H tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u dawk tad-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE, għandhom jiġu rikonoxxuti. Magħmula fi Brussel, fl-14 ta' Mejju 2001. Għall-Kunsill Il-President L. Rekke [1] ĠU L 346, tas-17.12.1997, p. 78. [2] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Parlament Ewropew u bid-Direttiva tal-Kunsill 98/91/KE (ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25). [3] ĠU C 215 E, tal-25.7.2000, p. 46. [4] Il-Kunsens mogħti fit-3 ta' April 2001 (għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). [5] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 37. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/12/KE (ĠU L 81, tat-18.3.1998, p. 1). [6] Dan ir-Regolament għandu jiġi ppubblikat f'Ġurnal Uffiċjali fil-ġejjieni. --------------------------------------------------