Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0339

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April, 2001, dwar Skambju ta’ Ittri, li temenda t-taqsima B ta’ l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ ismijiet ta’ nbejjed. (notifikata bid-dokument numru Ċ(2001) 1080)

ĠU L 121, 1.5.2001, p. 45–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/339/oj

Related international agreement

32001D0339



Official Journal L 121 , 01/05/2001 P. 0045 - 0045


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ April, 2001,

dwar Skambju ta’ Ittri, li temenda t-taqsima B ta’ l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ ismijiet ta’ nbejjed.

(notifikata bid-dokument numru Ċ(2001) 1080)

(2001/339/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li ikkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li ikkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/722/KE tat-23 ta’ Novembru, 1993, dwar il-Ftehim milħuq bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ ismijiet ta’ nbejjed [1], u partikolarment Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1) Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Ftehim milħuq bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ ismijiet ta’ nbejjed tipprovdi illi, għall-finijiet ta’ Artikolu 13 tal-Ftehim, il-Kummissjoni hija awtorizzata li tikkonkludi l-atti meħtieġa li jemendaw il-Ftehim, skond il-proċedura msemmija f’Artikolu 83 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Numru 822/87 tas-16 ta’ Marzu, 1987, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid [2]. Ir-Regolament (KEE) Numru 822/87 kien sostitwit bir-Regolament (KE) Numru 1493/1999 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Numru 2826/2000 [4].

(2) Il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, u r-Repubblika tal-Bulgarija laħqu ftehim dwar Skambju ta’ Ittri. Dan l-Iskambju ta’ Ittri għalhekk għandu jkun approvat.

(3) Il-Kumitat tat-Tmexxija ta’ l-Inbid ma’ tax l-opinjoni tiegħu fiż-żmien mogħti lilu mill-president tiegħu,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

I-Iskambju ta’ Ittri li jemendaw it-taqsima B ta’ l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar il-protezzjoni u l-kontroll reċiproku ta’ ismijiet ta’ nbejjed huwa approvat f’isem il-Komunità.

It-test ta’ l-Iskambju ta’ Ittri huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni u t-test ta’ l-Iskambju ta’ Ittri msemmi f’Artikolu 1 għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, 18 ta’ April, 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 337, tal-31.12.1993, p. 11.

[2] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1.

[3] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1.

[4] ĠU L 328, tat-23.12.2000, p. 2.

--------------------------------------------------

Top