Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 32001D0336

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2001 li tememda d-Deċiżjoni 1999/710/EC dwar l-ikkompilar ta’ listi provviżorji ta’ ditti ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam ikkapuljat u laħam ippreparat (innotifikata taħt dokument numru K(2001) 1075)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 120, 28.4.2001, s. 39—40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
    Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 03 Volum 032 P. 143 - 144

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Právní stav dokumentu Již není platné, Datum konce platnosti: 20/03/2014; Imħassar b' 32014D0160

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/336(1)/oj

    32001D0336



    Official Journal L 120 , 28/04/2001 P. 0039 - 0040


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-18 ta’ April 2001

    li tememda d-Deċiżjoni 1999/710/EC dwar l-ikkompilar ta’ listi provviżorji ta’ ditti ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam ikkapuljat u laħam ippreparat

    (innotifikata taħt dokument numru K(2001) 1075)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2001/336/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li ikkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li ikkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet għall-ikkompilar, għal żmien temporanju, ta’ listi provviżorji ta’ ditti ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti li ġejjin minn l-annimali, prodotti ta’ l-industrija tas-sajd jew molluski [1] bivalvi ħajjin, kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/4/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha,

    Billi:

    (1) Lista proviżorja ta’ ditti li jipproduċu laħam ikkapuljat u laħam ippreparat ġiet ikkompilata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/710/KE [3].

    (2) Ir-Repubblika Slovakka bagħtet lista ta’ ditti li jipproduċu laħam ikkapuljat u laħam ippreparat li għalih l-awtoritajiet responsabbli jiċċertifikaw li d-ditti huma skond ir-regoli tal-Komunità

    (3) Lista proviżorja ta’ ditti li jipproduċu laħam ikkapuljat u laħam ippreparat tista’ għalhekk tiġi ikkompilata għar-Repubblika Slovakka skond il-proċedura preskritta fid-Deċiżjoni 95/408/KE fir-rigward ta’ ċerti pajjiżi.

    (4) Il-miżuri maħsuba f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-test ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huwa miżjud ma’ l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/710/KE.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ April 2001.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17.

    [2] ĠU L 2, tal-5.1.2001, p. 21.

    [3] ĠU L 281, ta’ l-4.11.1999, p. 82.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Pajjiz: REPUBBLIKA SLOVAKKA

    1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

    SK 16 | Lumas Nitra a.s. | Nitra | Nitra | MM, MP | 7 |

    --------------------------------------------------

    Nahoru