Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0197

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jirrinova l-programm ta' koperazzjoni fl-edukazzjoni għolja u t-taħriġ

    ĠU L 71, 13.3.2001, p. 15–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/197/oj

    Related international agreement

    32001D0197



    Official Journal L 071 , 13/03/2001 P. 0015 - 0015


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tas-26 ta' Frar 2001

    dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jirrinova l-programm ta' koperazzjoni fl-edukazzjoni għolja u t-taħriġ

    (2001/197/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 149 u 150 in konġunzjoni ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3),

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1) Bid-Deċiżjoni tat-22 ta' Mejju 2000 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehim għall-koperazzjoni fl-Edukazzjoni ogħla u l-istħarriġ professjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Kanada u l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

    (2) Il-Komunità u l-Kanada jippretendu li jiksbu benfiċċju reċiproku minn din il-koperazzjoni, li għandha, min-naħa tal-Komunità, tikkumplimenta l-programmi bilaterali bejn L-Istati Membri u l-Kanada u tipprovdi valur miżjud Ewropew.

    (3) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika li jirrinova program ta' koperazzjoni fl-Edukazzjoni ogħla u t-taħriġ għandha tiġi approvata,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jirrinova programm ta' koperazzjoni fl-Edukazzjoni ogħla u t-taħriġ huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim hu miżjud ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-delegazzjoni tal-Komunità Ewropea lill-Kumitat Konġunt li jirreferi għalih l-Artikolu 6 tal-Ftehim għandu jikkonsisti f'rappreżentant mill-Kummissjoni assistit minn rappreżentant minn kull Stat Membru.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kunsill għandu jesegwixxi n-notifikazzjoni previst fl-Artikolu 12 tal-Ftehim.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Frar 2001.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. Lindh

    --------------------------------------------------

    Top