This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001D0179
2001/179/EC: Council Decision of 26 February 2001 setting the terms for financial support to Guinea-Bissau in the fisheries sector
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li jfisser l-appoġġ finanzjarju lill-Ginea-Bissau fis-settur tas-sajd
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li jfisser l-appoġġ finanzjarju lill-Ginea-Bissau fis-settur tas-sajd
ĠU L 66, 8.3.2001, pp. 33–34
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 11/06/2009; Imħassar b' 32009D0447 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.
Official Journal L 066 , 08/03/2001 P. 0033 - 0034
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li jfisser l-appoġġ finanzjarju lill-Ginea-Bissau fis-settur tas-sajd (2001/179/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi: (1) Skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissau fuq is-sajd 'il barra mill-kosta tal-Ginea-Bissau iffirmat f'Bissau fis-27 ta' Frar 1980 [2] (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim"), il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 2615/97 [3], approva Protokoll li jfisser il-possibbilitajiet tas-sajd u kumpens finanzjarju għall-perjodu mis-16 ta' Ġunju 1997 sal-15 ta' Ġunju 2001 (hawnhekk iżjed 'il quddiem "il-Protokoll"). (2) Bħala riżultat ta' konflitt armat li laqgħat il-Ginea-Bissau minn Ġunju 1998 sa Marzu 1999, il-Gvern tal-Ginea-Bissau ma setgħax jiżgura l-kors normali ta' l-attivitajiet tas-sajd taħt l-imsemmi Ftehim. (3) Din is-sitwazzjoni eċċezzjonali qegħdet fil-perikolu l-bastimenti tal-Komunità u kien hemm bżonn ta' waqfa għal ftit fis-sajd taħt l-imsemmi Ftehim minn Ġunju 1998 sa l ta' April 1999. Din il-waqfa temporanja fis-sajd fissret ukoll li n-nuqqas ta' ħlas pro rata temporis tal-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2 tal-Protokoll matul it-tieni sena tal-validità tiegħu. (4) Biex ikun faċilitat il-kors normali ta' attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Komunità taħt il-Ftehim wara l-kunflitt armat, jeħtieġ li jkun imfisser l-appoġġ finanzjarju lill-Ginea-Bissau fis-settur tas-Sajd. (5) Huwa xieraq għall-somma li tikkorrespondi mal-kumpens finanzjarju mhux mħallas biex ikun allokat bħala għajnuna finanzjarja għar-restawr ta' faċilitajiet li jappoġġaw is-sajd, inkluż l-infrastruttura għas-sorveljanza ta' dawn l-attivitajiet, taħt regoli li għandhom ikunu determinati bi qbil bejn l-awtoritajiet leġittimi tal-Ginea-Bissau, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: L-Artikolu Waħdieni Il-kondizzjonijiet għall-għoti appoġġ finanzjarju lill-Ginea-Bissau sa massimu ta' EUR 6500000 għar-restawr ta' faċilitajiet li jappoġġaw l-attivitajiet tas-sajd, għandhom ikunu kif ġej: 1. L-appoġġ finanzjarju għandu jkopri partikolarment l-attivitajiet li ġejjin: - appoġġ għat-tmexxija tal-Ministeru tas-Sajd u r-riabbilitazzjoni tat-tagħmir u l-infrastruttura fid-dipartiment tas-sajd, - tisħiħ tas-sistema għal-monitoraġġ u superviżjoni marittimi, - qawmien mill-ġdid u tisħiħ tal-programmi tar-riċerka tas-sajd; 2. fuq il-bażi ta' preżentazzjoni ta' programm ta' attivitajiet mill-Gvern ta' Ginea-Bissau, il-Kummissjoni għandha tqiegħed qabel il-31 ta' Mejju 2001 lill-Gvern ta' Ginea-Bissau, permezz tal-kontijiet bankarji nnotifikati mill-Ministeru tas-Sajd, ammont li jikkorrespondi għal 50 % ta' l-ispiża ta' l-attivitajiet pjanati; 3. il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ tal-fondi, wara l-aċċettazzjoni ta' rapport dettaljat li l-Gvern tal-Ginea-Bissau għandu jibgħat lid-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, qabel il-31 ta' Mejju 2003. Dan ir-rapport għandu jiddeskrivi fid-dettal l-implimentazzjoni ta' dawn l-attivitajiet u r-riżultati miksuba. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li titlob il-Ministeru tas-Sajd kull informazzjoni oħra, u biex teżamina mill-ġdid il-pagamenti involuti fid-dawl ta' implimentazzjoni effettiva ta' dawn l-attivitajiet. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Frar 2001. Għall-Kunsill Il-President M. Winberg [1] ĠU C 219, tat-30.7.1999, p. 33. [2] ĠU L 226, tad-29.8.1980, p. 33. [3] ĠU L 353, ta' l-24.12.1997, p. 7. --------------------------------------------------