This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32001D0077
2001/77/EC: Council Decision of 22 December 2000 on the application of principles of a framework agreement on project finance in the field of officially supported export credits
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' ftehim kwadrudwar il-finanzjament ta' proġetti fil-qasam ta' krediti għall-esportazzjoni illi jkunu ġew appoġġjati uffiċjalment.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' ftehim kwadrudwar il-finanzjament ta' proġetti fil-qasam ta' krediti għall-esportazzjoni illi jkunu ġew appoġġjati uffiċjalment.
ĠU L 32, 2.2.2001, pp. 55–59
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 08/12/2011; Imħassar b' 32011R1233
Official Journal L 032 , 02/02/2001 P. 0055 - 0059
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta' prinċipji ta' ftehim kwadrudwar il-finanzjament ta' proġetti fil-qasam ta' krediti għall-esportazzjoni illi jkunu ġew appoġġjati uffiċjalment. (2001/77/KE) Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133(2) tiegħu, Wara li kkunsidra i-proposta tal-Kummissjoni, billi: (1) L-Komunità hija parti għall-Arranġament dwar il-linji gwida għall-krediti ta' l-esportazzjoni illi jkunu ġew appoġġjati uffiċjalment (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ l-"Arranġament") konkluż fi ħdan il-qafas ta' l-OECD; (2) L-Arranġament huwa suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-4 ta' April, 1978, illi kien ġie estiż permezz tad-Deċiżjoni 93/112/KEE [1] u l-aħħar emendat mid-Deċiżjoni 97/530/KE [2]; il-Parteċipanti fl-Arranġament hejjew test konsolidat illi jikkomprendi l-emendi approvati minnhom mill-aħħar reviżjoni ta' l-Arranġament, illi kien sar applikabbli mid-Deċiżjoni 93/112/KEE; (3) Il-Parteċipanti fl-Arranġament iddeċidew illi kien hemm il-ħtieġa illi l-linji gwida ta' l-arranġament jiġu supplementati bi prinċipji illi jippermettu l-flessibilità sabiex jiġu akkomodati l-karatteristiċi speċjali ta' l-operazzjonijiet tal-finanzjament tal-proġetti. (4) Il-Parteċipanti fl-Arranġament ma jixtiqux illi l-flessibilità iddgħajjef id-dixxiplini previsti mil-linji gwida ta' l-Arranġament illi kienu ta' suċċess kbir fil-mod kif irregolaw l-intervenzjoni tal-gvern fil-qasam tal-krediti għall-esportazzjoni; (5) Il-Parteċipanti fl-Arranġament qablu fuq il-prinċipji l-ġodda għall-provviżjoni ta' appoġġ uffiċjali għall-operazzjonijiet tal-finanzjament tal-proġetti. (6) Il-prinċipji l-ġodda għall-operazzjonijiet ta' finanzjament ta' proġetti għandhom jiġu mħaddma matul perjodu ta' prova ta' tliet snin; (7) L-Arranġament ikompli japplika barra minn meta l-prinċipji l-ġodda jiddikjaraw illi hija permessa l-flessibilità għall-operazzjonijiet ta' finanzjament ta' proġetti; (8) Il-Parteċipanti fl-Arranġament għandhom jiddeċiedu fl-aħħar tal-perjodu ta' prova jekk għandhomx ikomplu japplikaw l-prinċipji l-ġodda għall-operazzjonijiet ta' finanzjament ta' proġetti, ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-prinċipji illi jinstabu fil-qafas tal-ftehim illi jinsab fl-Anness għandhom igħoddu fil-Komunità. Artikolu 2 Il-prinċipji msemmijin fl-Artikolu 1 għandhom jgħoddu għall-operazzjonijiet ta' finanzjament ta' proġetti matul perjodu ta' prova. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, 22 Diċembru 2000. F'isem il-Kunsill Il-President C. Pierret [1] ĠU L 44, 22.02.93, p. 1. [2] ĠU L 216, 08.08.97, p. 77. -------------------------------------------------- L-ANNESS PRINĊIPJI TA' FTEHIM DWAR IL-PARAMETRI FUQ IL-FINANZJAMENT TAL-PROĠETTI 1. Il-punt tal-bidu tal-Kreditu: l-ebda bidla għad-definizzjoni eżistenti illi tinsab fl-Arranġament u lanqas flessibilità fir-riwgard ta' l-interpretazzjoni. 2. Deskrizzjoni/Kriterji: Bħall-Anness A. 3. Trasparenza/Proċeduri ta' Notifika: Bħall-Anness B 4. Il-Kapitalizzazzjoni ta' l-Imgħax: il-kapitalizazzjoni ta' l-imgħax ta' qabel ma tiġi imposta l-kummissjoni soġġetta għall-proċeduri ta' notifika minn qabel; il-kapitalizazzjoni ta' l-imgħax wara illi tkun ġiet imposta l-kummissjoni mhiex permessa. 5. Perjodu ta' Prova: Reviżjoni u Monitoraġġ: - Il-flessibilità għall-operazzjonijiet ta' finanzjament għall-proġetti matul il-perjodu ta' prova ta' tliet snin, - wara sentejn, reviżjoni ta' l-arranġamenti flessibbli, wara liema l-Parteċipanti għandhom jikkonsidraw l-esperjenza miksuba. L-arranġamenti flessibbli għandhom jiġu skontinwati fl-aħħar tal-perjodu ta' prova jekk kemm-il darba l-Parteċipanti ma jaqblux fuq waħda minn dawn illi ġejjin: - illi jkomplu l-perjodu ta' prova, bi kwalunkwe titjib jew bidliet illi jkunu meħtieġa, jew - illi jissolidifikaw il-flessibilità tal-Linji Gwida, bi kwalunkwe titjib jew tibdiliet, - Madankollu, jekk wara sentejn, mill-anqas seba' Parteċipanti jaqblu illi jkun ġustifikat, il-perjodu ta' prova għandu jitkompla għall-perjodu addizzjoni ta' sena, - fil-każ illi Perjodu ta' Prova ma jiġix estiż, il-Parteċipanti għandhom isegwu r-regoli illi ġejjin ta' l-Arranġament għall-validità tal-krediti ta' l-esportazzjoni, u - is-Segretarjat għandu jimmonitorja u regolarment jirrapporta dwar in-notifiki u l-użu tal-flessibilità fl-operazzjoni ta' finanzjament tal-proġetti. 6. L-ewwel Ħlas Lura, Profil tal-Ħlas Lura u t-Terminu Massimu għall-Ħlas Lura: - Fuq il-bażi tal-merti tal-każ, l-għażla tal-flessibilità; 1. dwar iż-żmien ta' l-ewwel ħlas lura tal-prinċipal, il-profil tal-ħlas lura u u l-t-terminu massimu għall-ħlas lura jekk kemm-il darba t-tul ta' żmien medju tas-self [1] appoġġjat ma jkunx jaqbeż il-5 snin u t-3 xhur, jew 2. dwar iż-żmien ta' l-ewwel ħlas lura tal-prinċipal, il-profil tal-ħlas lura u t-terminu massimu għall-ħlas lura jekk kemm-il darba it-terminu medju tas-self sostenitur ma jaqbiżx is-7 snin u t-3 xhur, u suġġett għad-data ta' l-ewwel ħlas lura tal-prinċipal illi tkun fi żmien sentejn mill-punt tal-bidu tal-kreditu. Din l-għażla hija soġġetta għall-terminu ta' ħlas lura massimu ta' 14-il sena. - Fir-rigward ta' l-għażliet 1 u 2, mhuwiex jiġi mistenni illi l-Parteċipanti jaqblu għal ħlas lura singolu tal-prinċipal illi jaqbeż il-25 fil-mija. - Fir-rigward tal-"Pajjiżi ta' l-OECD bi Qligħ Għoli" (kif definit mill-Bank Dinji) skond l-Artikolu 22 ta' l-Arranġament [2], l-Għażla 1 tapplika biss jekk l-aġenziji tal-kreditu ta' esportazzjoni qegħdin jipprovdu appoġġ uffiċjali fuq il-bażi ta' kofinanzjament ma' l-istituzzjonijiet finanzjarji, huma sieħeb minoritarju u għandhom status pari passu għal mill-anqas porzjon sinjifikanti tal-ħajja tal-kreditu. 7. Premium: - mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim Kwadru, il-premium illi għandu jitħallas ser ikun bażat fuq is-sistemi kurrenti mtejbin sabiex isiru konsistenti mal-kunċett tal-ħajja medja peżata kif żviluppata mill-Grupp ta' Ħidma ta' l-Esperti fuq il-Premium u kondizzjonijiet relatati - fl-1 ta' April, 1999 il-premium illi għandu jitħallas għandu jkun konsistenti mal-Pakkett ta' Knaepen. 8. Rati ta' Interess: - għall-perjodi ta' ħlas lura ta' u sa 12-il sena ir-reġim normali ta' CIRR għandu jgħodd, u - għall-perjodu ta' ħlas lura illi jaqbżu t-12-il sena u sa 14-il sena, għandu jkun hemm żjieda ta' 20 punt ta' bażi fuq il-CIRR għall-muniti kollha; il-livell ta' żjieda għandha tiġi riveduta fl-aħħar tal-Perjodu ta' Prova. 9. Implimentazzjoni: Dan il-Ftehim Kwadru għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 1998, għandu jiġi espress fil-lingwa konsistenti ma' l-Arraġament u maħruġ bħala dokument TD/KONSENSUS. [1] Il-kunċett tal-ħajja medja tas-self huwa ibbażat fuq iż-żmien illi jiġi impjegat sabiex jiġi ritirat nofs l-ammont illi jkun ġie misluf. Dan il-kunċett huwa ibbażat biss fuq il-perjodu għall-ħlas lura tas-self u jeskludi kwalunkwe perjodu ta' ħruġ/tnaqqis. [2] Għall-għan ta' dan il-Ftehim Kwadru dwar il-finanzjament tal-proġetti, il-Korea hija eskluża mil-lista tal-"Pajjiżi ta' l-OECD bi Qligħ Għoli" sal-31 ta' Marzu, 2002. -------------------------------------------------- L-Anness A Deskrizzjoni u Kriterju 1. Filwaqt illi jikkonforma kemm ma' deskrizzjoni ġenerali ta', u l-kriterji essenzali għal, l-operazzjoni ta' finanzjament ta' proġetti jistgħu, flimkien mal-proċeduri trasparenti xieraq, ikunu l-mezzi sabiex jagħlqu kwalunkwe flessibilità fl-Arranġament sabiex jiġu akkomodati l-operazzjonijiet tal-finanzjament tal-proġetti. L-għan tal-Kriterji Essenzali jkun illi jassistu deċiżjonijiet fuq jekk għandhiex tingħata flessibilità jew le lil xi każ speċifiku. 2. L-approċċ propost hawn taħt jikkompina deskrizzjoni ġenerali ta' operazzjonijiet ta' finanzjament tal-proġetti flimkien mal-Kriterji Essenzali u Indikattivi. Huwa soġġerit illi, kieku l-Parteċipanti kellhom jikkonsidraw l-każijiet illi ikkonformaw mad-deskrizzjoni ġenerali u ssodisfaw l-Kriterji Essenzajli kollha, huma setgħu allura jikkonsidraw jekk xtaqux japplikaw l-arranġament flessibbli jew le. Huwa mistenni illi l-Kriterji Essenzali ser jiġu soddisfatti; jekk xi kriterju individwali ma jiġi soddisfatt, dan in-nuqqas għandu jiġi ġustifikat. L-użu ta' din il-flessibilità tkun titlob notifika minn qabel ta' l-operazzjoni speċifika lill-Parteċipanti kollha flimkien ma' "spjegazzjoni" xierqa (ara l-punt 2 ta' l-Anness B). Deskrizzjoni Ġenerali Il-finanzjament ta' unità partikolari ekonomika illi fih is-sellief huwa soddisfatt illi jikkonsidra l-fluss tal-kontanti u l-qligħ ta' dik l-unità partikolari ekonomika bħala l-għajn tal-fondi illi minnha s-self ser jiġi mħallas lura u illi jikkonsidra l-assi ta' l-unità ekonomika bħala garanzija għas-self. Kriterji Essenzali - Il-finanzjament ta' l-operazzjoni ta' l-esportazzjoni ma' kumpannija tal-proġett indipendenti (kemm legalment kif ukoll ekonomikament), per eżempju, kumpannija b' għan speċjali, fir-rigward ta' proġetti ta' investimenti f'"art illi ma tkunx żviluppata u illi tkun qegħda tiġi żviluppata għall-użu urban" illi jiġġeneraw l-introjtu proprju tagħhom. - id-diviżjoni tar-riskju fost is-sħab tal-proġetti, per eżempju, azzjonisti privati jew illi jifilħu għas-self, esportaturi, kredituri, min jiddeċiedi illi jidħol għas-self, inkluża ekwità adegwata. - il-fluss tal-kontanti tal-proġetti jkun biżżejjed matul il-perjodu sħiħ tal-ħlas lura sabiex ikopri l-ispejjeż operattivi u s-servizz marbut mad-dejn għall-fondi minn barra. - Tnaqqis prijoritarju ta' l-ispejjeż operattivi u s-servizz marbut mad-dejn mill-introjtu tal-proġett - L-ebda garanzija sovrana tal-ħlas fir-rigward tal-proġetti (il-garanziji ta' prestazzjoni tal-gvern mhumiex inklużi, per eżempju, arranġamenti ta' teħid tad-dejn minn persuni terzi) - Is-sigurtajiet bażati fuq il-qliegħ/assi tal-proġett, per eżempju, l-assenjazzjonijiet, ir-rahanijiet u l-kontijiet tal-qliegħ. - L-ebda rikors, jew rikors limitat għall-finanzjaturi ta' l-azzjonisti tas-settur privat/finanzjaturi tal-proġett wara t-tlestija. Kriterji Illustrattivi - Introjtu illi jkun taħt il-forma ta' muniti u karti; fil-każ ta' introjtu fil-munita lokali, sigurtajiet addizzjonali jistgħu jiġu meħtieġa. -------------------------------------------------- L-Anness B Proċeduri ta' Notifika 1. Il-Parteċipanti huma meħtieġa illi jagħtu notifika bi pre-avviż ta' 20 jum kalendarju qabel jieħdu kwalunkwe impenn meta l-intenzjoni tkun illi tiġi permessa l-flessibilità taħt il-qafas kwadru propost. 2. Din il-proċedura tkun tissejjaħ "Eċċezzjonijiet Permessi: Notifika illi Għandha Tingħata minn Qabel bi Spjegazzjoni". Il-Parteċipant illi jkun qiegħed jinnotifika ikun mistenni illi jipprovdi t-tagħrif rekwiżit fil-Formola Standard tan-Notifika, skond l-Anness IV ma' l-Arraġament, supplimentat b'mod tali illi jagħti l-informazzjoni illi ġejja: - deskrizzjoni aktar dettaljata tal-proġett, - il-konferma tal-konformità mad-deskrizzjoni ġenerali u l-kriterji essenzali (inkluż kumment, jekk disponibbli, fuq il-kriterji illustrativi), - spjegazzjoni sħiħa dwar għalfejn huma mitluba aktar termini flessibbli, - id-data ta' l-ewwel ħlas lura tal-prinċipal fir-rigward tal-punt ta' bidu tal-kreditu, flimkien mad-dettalji ta' kif dan ikun ġie determinat, - għall-għan tan-notifika ta' desinji antiċipati tal-fluss tal-kontanti, il-formola illi ġejja għandha tiġi użata: Il-perjodu ta' kostruzzjoni huwa… snin, il-perjodu ta' ħlas lura huwa… snin għal żmien totali ta'… snin. Il-profil tal-ħlas lura huwa (front-ended), (back-ended), (varjabbli), (sostanzjalment egwali), ieħor, jekk jogħġbok iddeskrivi), bi… fil-mija tal-ħlas lura tal-prinċipal għandu jsir sa nofs il-perjodu ta' ħlas lura u għandu ħajja medja ta'… snin. - l-informazzjoni dwar ir-rata ta' imgħaxx mitluba u ż-żjieda fuq il-CIRR illi għandha tiġi applikata, jekk l-għażla 2 tal-punt 6 ta' l-Anness hija magħżula, - informazzjoni dwar iż-żjieda fil-premium, u - spjegazzjoni dwar jekk l-imgħax ikunx ġie kapitaliżżat wara illi tkun ġiet imposta l-kummissjoni. 3. Ikun mifhum illi, minkejja illi l-Parteċipanti l-oħra jkollhom id-dritt illi jfittxu informazzjoni ulterjuri mill-Parteċipanti notifikanti dwar ir-raġuni għalfejn, u l-bażi għaliex, l-appoġġ propost, il-Parteċipant notifikanti ikun liberu illi joħroġ impenn fl-aħħar tal-perjodu ta' 20 ġurnata. Il-Parteċipant notifikanti jkun mistenni illi jwieġeb għal kwalunkwe mistoqsijiet mingħajr dewmien, filwaqt illi jirrikonoxxi r-restrizzjonijiet tal-konfidenzalità kummerċjali. Meta possibbli, l-Parteċipanti ser jipprovdi informazzjoni addizzjonali fuq il-fluss tal-kontanti tal-proġetti wara l-konklużjoni finanzjarja. --------------------------------------------------