Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2882

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2882/2000 tas-27 ta’ Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2331/97 dwar kondizzjonijiet speċjali għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti mil-laħam tal-majjal

    ĠU L 333, 29.12.2000, p. 72–73 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/10/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0903

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2882/oj

    32000R2882



    Official Journal L 333 , 29/12/2000 P. 0072 - 0073


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2882/2000

    tas-27 ta’ Diċembru 2000

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2331/97 dwar kondizzjonijiet speċjali għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti mil-laħam tal-majjal

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam tal-majjal [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1365/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13(12) u l-Artikolu 22 tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2331/97 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 739/98 [4], jippreskrivi kriterji ta’ kwalità li jridu jintlaħqu għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-laħam tal-majjal.

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87, tas-17 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2425/2000 [6], jelenka l-prodotti tal-laħam tal-majjal li għalihom rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni jistgħu jingħataw.

    (3) Il-kodiċi tal-prodotti elenkati fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2331/97 għandhom jigu rranġati f’linja ma’ l-emendi reċenti fir-Regolament (KEE) Nru 3846/87 u kriterji għola ta’ kwalità iridu jiġu ffissati għall-prodotti koperti bill-kodiċi NM 1601 00 91 li ma jkunx fihom laħam tat-tjur sabiex jintużaw r-riżorsi disponnibbli b’mod aktar effiċjenti.

    (4) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tal-Majjal,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L- Artikolu 1

    Id-daħliet li jirrelataw għall-kodiċi NM 1601 00 91 fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2331/97 huma b’hekk sostitwiti b’dawk stipulati fl-Anness hawn mehmuż.

    L- Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 Jannar 2001.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-1 ta’ Jannar 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

    [2] ĠU L 156, tad-29.6.2000, p. 5.

    [3] ĠU L 323, tas-26.11.1997, p. 19.

    [4] ĠU L 102, tat-2.4.1998, p. 22.

    [5] ĠU L 366, ta’ l-24.12.1987, p. 1.

    [6] ĠU L 279, ta’ l-1.11.2000, p. 14.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Kodiċi NM | Id-Deskrizzjoni | Il-kodiċi tal-prodott | Kundizzjonijiet |

    160100 | Zalzett u prodotti simili, ta' laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet ta' l-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti: | | |

    | – Oħrajn: | | |

    16010091 | – – Zalzett, niexef jew biex jiddellek, mhux imsajjar | | |

    | – – Li ma fihomx laħam tad-tjur jew fdal tat-tjur | 160100919120 | a)il-kontenut tal-proteina, skond il-piż: minimu 16 % tal-piż nettb)l-ebda żieda ta' ilma estraneuċ)proteini oħra għajr ta' l-annimali huma projbiti |

    | – – Oħrajn | 160100919190 | a)il-kontenut tal-proteina, skond il-piż: minimu 12 % tal-piż nettb)l-ebda żieda ta' ilma estraneuċ)proteini oħra għajr ta' l-annimali huma projbiti |

    --------------------------------------------------

    Top