EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2801

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2801/2000 tal-14 ta' Diċembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi temporanjament id-dazji awtonomi tat-tariffa doganali komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli

ĠU L 331, 27.12.2000, p. 1–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2011; Imħassar b' 32011R1344

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2801/oj

32000R2801



Official Journal L 331 , 27/12/2000 P. 0001 - 0054


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2801/2000

tal-14 ta' Diċembru 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi temporanjament id-dazji awtonomi tat-tariffa doganali komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Huwa fl-interess tal-Komunità li tissospendi parzjalment jew totalment id-dazji awtonomi tat-tariffa doganali komuni għal numru ta' prodotti ġodda mhux elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1255/96 [1].

(2) F'ġieħ r-razzjonaliżmu u s-sigurtà amministrattiva għall-utenti, l-prodotti tas-sajd għandhom ikunu nkl0220_mt_32000r2801użi f'dan ir-Regolament.

(3) Sabiex jiġi faċilitat il-ftehim, in vista tan-numru kbir ta' emendi li se jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2001, l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1255/96 għandu jkun sostitwit minn verżjoni kompletament ġdida,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1255/96 huwa emendat kif ġej:

1. fit-titolu u fir-raba' qari l-kliem "prodotti industrijali u agrikoli" għandhom ikunu sostitwiti minn "prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd";

2. l-Anness għandu jkun sostitwit mill-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Diċembru 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Gillot

[1] ĠU L 158, tad-29.6.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1297/2000 (ĠU L 153, tas-26.6.2000, p. 1).

--------------------------------------------------

Top