EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2700

Ir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 Novembru 2000 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunita

ĠU L 311, 12.12.2000, p. 17–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/06/2013; Impliċitament imħassar minn 32008R0450

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2700/oj

32000R2700



Official Journal L 311 , 12/12/2000 P. 0017 - 0020


Ir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-16 Novembru 2000

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunita

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 26, 95 u 133 miġjuba fih,

Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Huma u jaġixxu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) L-Artikolu 253(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [4], jipprovdi li, qabel l-1 ta' Jannar 1998, il-Kunsill għandu, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni, li jista’ jkun akkumpanjat minn proposti, jirrevedi l-Kodiċi bil-għan li jdaħħal dawk l-adattazzjonijiet li jkunu jidhru meħtieġa, u jieħu in kunsiderazzjoni partikolarment il-kisbiet tas-suq intern.

(2) Kull reviżjoni tal-Kodiċi trid, mingħajr ma’ toħloq xkil għall-kummerċ internazzjonali, tiġi kunsidrata bħala opportunità biex iddaħħal strumenti u proċeduri biex jipprevjenu l-frodi, billi l-prevenzjoni tal-frodi hija waħda mill-aħjar mezzi li tissalvagwardju l-flus ta' min iħallas it-taxxi kif sottolineat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998.

(3) Għandu jingħata kont tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 1996 dwar is-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tar-regolamenti u l-proċeduri doganali tal-Komunità [5].

(4) Il-poteri ta' l-awtoritajiet differenti li jwaqqfu skali ta' kambju wara d-dħul fis-seħħ ta' l-Euro għadhom ma ġewx deċiżi.

(5) Għandhom jintgħamlu ċerti dispożizzjonijiet sabiex ikopru l-possibilita li ċerti dikjarazzjonijiet tad-dwana allokati permezz ta' metodi tekniċi tal-proċessar ta' tagħrif magħruf (data) ma jġorrux magħhom ċerti dokumenti.

(6) Sabiex ikun eħfef li jittieħed vantaġġ mill-arranġamenti ta' proċessar ta' oġġetti importati, proċessar taħt il-kontroll tad-dwana u importazzjoni temporanja, ir-reġoli għandhom jintgħamlu iktar flessibbli.

(7) Huwa xieraq li tintgħamel dispożizzjoni, bi qbil mal-proċedura tal-kumitat, sabiex każi addizzjonali li fihom il-ħlasijiet mistħoqqa skond arranġamenti ta' proċessar ta' esportazzjoni jiġu kalkolati billi tittieħed bħala bażi l-ispiża ta' l-operat tal-proċessar.

(8) F'xi żoni ħielsa jista’ jkun xieraq li tiġi permessa t-tkomplija tal-formalitajiet konnessi mal-proċedura ta' magażżinaġġ u t-twettiq tal-kontrolli tad-dwana mill-awtoritajiet tad-dwana skond din il-proċedura.

(9) F'ċerti ċirkustanzi, il-benefiċċju ta' trattament favorevoli ta' tariffa konċess għar-raġuni tan-natura jew l-użu-aħħari ta' oġġetti u tal-ħlasijiet differenzjali taħt il-proċedura ta' proċessar għall-esportazzjoni għandhom ukoll ikunu disponsibbli fejn dejn tad-dwana jintefaq għal raġunijiet oħra għajr il-ħruġ ta' l-oġġetti f'ċirkulazzjoni ħielsa.

(10) Id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-post fejn jintefaq dejn tad-dwana għandhom jinkludu regoli speċjali għal każijiet partikolari fejn is-somma involuta tkun taħt ċertu għatba (threshold).

(11) Għall-każ partikolari ta' arranġamenti preferenzjali, huwa meħtieġ li jiġu definiti l-kunċetti ta' żball mill-awtoritajiet tad-dwana u dawk ta' bona-fede mill-persuna responsabbli għall-pagament. Il-persuna responsabbli għall-pagament ma għandhiex tinżamm responsabbli għall-funzjonament ħażin tas-sistema minħabba żball magħmul mill-awtoritajiet ta' pajjiż terz. Il-ħruġ ta' ċertifikat mhux korrett minn dawn l-awtoritajiet ma għandux, iżda, jiġi kunsidrat bħala żball jekk iċ-ċertifikat ikun bażat fuq applikazzjoni li fiha jkun jinsab tagħrif mhux korrett. In-natura mhux korretta tat-tagħrif provvdut mill-esportatur fl-applikazzjoni tiegħu għandha tiġi stmata fuq il-bażi ta' l-elementi fattwali kollha li jkunu jinsabu f'din l-applikazzjoni. Il-persuna responsabbli għall-pagament tista’ tiddefendi l-bona fede tagħha fejn tkun tista’ turi li tkun ħadet l-attenzjoni mistħoqqa, minbarra meta avviż li jgħid li jeżisti lok għal dubji jkun pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

(12) L-interessi finanzjarji tal-Komunita u d-drittijiet ta' persuni responsabbli għall-pagament għandhom jiġu protetti kontra kull proċedimenti legali ta' tul mhux mistħoqq.

(13) Għandhom isiru dispożizzjonijiet biex jiġi sospiż l-obbligu li jitħallas dejn tad-dwana li jintefaq fejn l-oġġetti jkunu twarrbu mis-superviżjoni tad-dwana u jkun hemm iktar minn debitur wieħed, sabiex l-awtoritajiet tad-dwana jitħallew jiftħu proċedimenti ta' ġbir lura kontra debitur partikolari wieħed, u jieħdu prijorita fuq id-debituri l-oħra.

(14) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għandhom jiġu adotti skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [6].

(15) Ir-Reġolament (KEE) Nru 2913/92 għandu għalhekk jiġi emendat kif mistħoqq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 huwa emendat kif ġej:s:

1. fl-Artikolu 4, il-punt 24 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"24. Proċedura tal-Kumitat tfisser jew il-proċedura riferita fl-Artikoli 247 and 247a, jew fl-Artikoli 248 u 248a.";

2. fl-Artikolu 35, l-ewwel paragrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Fejn il-fatturi wżati sabiex jistabilixxu l-valur tad-dwana ta' oġġetti jkunu espressi f'munita korrenti għajr dik ta' l-Istat Membru fejn issir il-valuta, l-iskala tal-kambju li trid tiġi wżata għandha tkun dik pubblikata kif mistħoqq mill-awtoritajiet kompetenti f'din il-materja.";

3. fl-Artikolu 77, it-test korrenti jsir paragrafu 1 u għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"2. Fejn id-dikjarazzjoni tad-dwana issir permezz ta' metodi tekniċi ta' proċessar ta' fatti magħrufa, l-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jħallu d-dokumenti li jakkumpanjawha riferiti fl-Artikolu 62(2) milli jintbagħtu mad-dikjarazzjoni. F'dan il-każ id-dokumenti għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet tad-dwana.";

4. L-Artikolu 115(4) għandu jinbidel b'li ġej:

"4. Miżuri mirati biex jipprojbixxu, jimponu ċerti kondizzjonijiet jew jiffaċilitaw rikors għall-paragrafu1 jistgħu jiġu adotti bi qbil mal-proċedura tal-kumitat.";

5. is-sentenza li ġejja għandha tiżdied ma’ l-Artikolu 117(c):"Il-każi li fihom il-kondizzjonijiet ekonomiċi jistgħu jingħaddu bħala mwettqa jistgħu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedsura tal-kumitat.";

6. L-Artikolu 124 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 124

1. Is-sistema tar-rifużjoni tista’ tiġi wżata għall-oġġetti kollha. Madankollu, ma għandhiex tkun użata fejn fil-waqt tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jiġi aċċettat illi:

- l-oġġetti impurtati huma bla ħsara għar-restrizzjonijiet kwantitativi ta' importazzjoni,

- miżura ta' tariffa ġewwa l-kwoti tiġi applikata għall-oġġetti impurtati,

- l-oġġetti impurtati huma bla ħsara għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' importazzjoni jew esportazzjoni jew għal ċertifikat fil-kwadru tal-politika komuni agrikola, jew

- għotja lura ta' flus (refund) ta' l-esportazzjoni jew taxxa fuqha tkun ġiet stabbilita għall-prodotti li jikkumpensaw.

2. Iktar minn hekk, l-ebda għoti lura ta' flus fuq dazji ta' importazzjoni taħt is-sistema ta' ġbid lura ma għandha tkun possibbli jekk, fil-ħin li tiġi aċċettata d-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni għal prodotti ta' kumpens, dawn il-prodotti jkunu bla ħsara għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' importazzjoni jew esportazzjoni jew ta' ċertifikat fil-qafas tal-politika komuni agrikola jew ikunu stabbiliti għalihom għoti ta' flus lura jew taxxa ta' esportazzjoni.

3. Derogi mill-paragrafi 1 and 2 jistgħu jiġu preskritti bi qbil mal-proċedura tal-kumitat.";

7. L-Artikolu 131 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 131

Il-każijiet fejn il-proċedura ta' proċessar taħt il-kontroll tad-dwana u l-kondizzjonijiet speċifiċi tagħhom jistgħu jintużaw għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura tal-kumitat.";

8. fl-Artikolu 133(e), għandha tiżdied is-sentenza li ġejja: "Il-każi fejn il-kondizzjonijiet ekonomiċi jitqiesu bħala mwettqa jistgħu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura tal-kumitat.";

9. L-Artikolu 142 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 142

1. Użu tal-proċedura temporanja ta' importazzjoni b’ħelsien parzjali mid-dazji ta' importazzjoni għandu jiġi konċess fir-rigward ta' oġġetti li ma humiex koperti mid-dispożizzjonijiet adotti bi qbil ma’ l-Artikolu 141 jew li huma koperti b'dawn id-dispożizzjonijiet iżda ma jwettqux il-kondizzjonijiet kollha preskritti fih sabiex tiġi konċessa importazzjoni temporanja meħlusa għal kollox mid-dazji.

2. Il-lista ta' oġġetti li fir-rigward tagħhom il-proċedura ta' importazzjoni temporajna b’ħelsien parzjali mid-dazji ta' importazzjoni tista’ ma tintużax u l-kondizzjonijiet bla ħsara għall-użu tal-proċedura għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura tal-kumitat.";

10. il-paragrafu li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 153:

"Bħala deroga mill-Artikolu 151, il-proċedura tal-kumitat tista’ tintuża sabiex tistabbilixxi l-każi u l-kondizzjonijiet speċifiċi li fuqhom l-oġġetti jistgħu jinħarġu għal ċirkolazzjoni ħielsa wara l-operat ta' proċessar ta' esportazzjoni, bl-ispejjeż ta' l-operat tal-proċessar mittieħed bħala bażi għal stima sabiex tiġi applikata t-Tariffa tad-Dwana tal-Komunitajiet Ewropej.";

11. L-Artikolu 167(3) għandu jinbidel b'li ġej:

"3. Żoni ħielsa minbarra dawk nominati bi qbil ma’ l-Artikolu 168a, għandhom ikunu mdaħħla fih. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-postijiet ta' dħul u ta' ħruġ ta' kull żona ħielsa jew maħżen tad-dwana ħieles.";

12. L-Artikolu 168(1) għandu jinbidel b'li ġej:

"1. Il-perimetru u l-postijiet tad-dħul u tal-ħruġ taż-żoni ħielsa, minbarra żoni ħielsa nominati bi qbil ma’ l-Artikolu 168a, u ta' l-imħażen tad-dwana ħielsa għandhom ikunu bla ħsara għas-superviżjoni mill-awtoritajiet tad-dwana.";

13. l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal bejn l-Artikolu 168 u t-titolu B (

"It-tqegħid ta' oġġetti f'żoni ħielsa jew imħażen tad-dwana ħielsa"

):

"L-Artikolu 168a

1. L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jinnominaw żoni ħielsa li fihom jistgħu jsiru l-ispezzjonijiet u l-formalitajiet tad-dwana u fejn jiġu applikati dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma’ dejn mad-dwana bi qbil mal-ħteġijiet tal-proċedura ta' magażżinaġġ tad-dwana.

L-Artikoli 170, 176 u 180 ma għandhomx japplikaw għaż-żoni ħielsa hekk nominati.

2. Riferenzi għal żoni ħielsa fl-Artikoli 37, 38 u 205 ma għandhomx japplikaw għaż-żoni ħielsa riferiti fil-paragrafu 1.";

14. L-Artikolu 212a għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 212a

Fejn il-liġijiet tad-dwana jipprovdu għal trattament favorevoli ta' tariffa fuq l-oġġetti għar-raġuni tan-natura jew l-użu aħħari jew għal solliev jew eżenzjoni totali jew parzjali tad-dazji ta' importazzjoni jew esportazzjoni skond l-Artikoli 21, 82, 145 jew 184 sa 187, dan it-trattament favorevoli ta' tariffa, solliev jew eżenzjoni għandu wkoll japplika għall-każi fejn dejn mad-dwana jintefaq skond l-Artikoli 202 sa 205, 210 jew 211, bil-kondizzjoni li l-imġiba tal-persuna interessata ma tinvolvi la negozju frawdulenti u lanqas negliġenza fid-dieher u li tipproduċi xiehda li l-kondizzjonijiet l-oħra għall-applikazzjoni ta' trattament favorevoli kienu sodisfatti.";

15. il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 215:

"4. Jekk awtorita tad-dwana ssib li dejn mad-dwana jkun intefaq skond l-Artikolu 202 fi Stat Membru ieħor u li l-ammont ta' dan id-dejn huwa inqas minn 5000 EUR, id-dejn għandu jitqies li kien intefaq fl-Istat Membru fejn tkun saret is-sejba.";

16. L-Artikolu 220(2)(b) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(b) l-ammont ta' dazju li ried jitħallas legalment ma ġiex imdaħħal fil-kontijiet minħabba żball min-naħa ta' l-awtoritajiet tad-dwana li ma satax raġjonevolment jiġi notat mill-persuna resposabbli għall-pagament, u li din ta' l-aħħar min-naħa tagħha tkun aġixxiet in bona fede u tkun ħarset id-dispożizzjonijiet kollha preskritti fil-liġijiet fis-seħħ fir-rigward ta' dikjarazzjoni tad-dwana.

Fejn l-istatus preferenzjali ta' l-oġġetti huwa stabbilit fuq il-bażi ta' koperazzjoni amministrattiva li tinvolvi lill-awtoritajiet ta' pajjiż terz, il-ħruġ ta' ċertifikat minn dawn l-awtoritajiet, jekk jiġi pruvat li hu inkorrett, għandu jikkostitwixxi żball li ma satax raġjonevolment ikun notat fit-tifsira ta' l-ewwel sotto-paragrafu.

Il-ħruġ ta' ċertifikat żbaljat ma għandux, iżda, jikkostitwixxi żball fejn iċ-ċertifikat ikun bażat fuq tagħrif inkorrett tal-fatti provvdut mill-esportatur, minbarra fejn, partikolarment, jidher biċ-ċar illi l-awtoritajiet tal-ħruġ kienu konxji jew kellhom ikunu konxji li l-oġġetti ma ssodisfawx il-kondizzjonijiet preskritti għad-dritt ta' trattament preferenzjali.

Il-persuna responsabli għal dan tista’ ġġib il-bona fede tagħha bħala turija illi, matul il-perijodu taż-żmien ta' l-operati msemmija tan-negozju tagħha, ħadet il-kura mistħoqqa sabiex tiżgura illi ġew imwettqa l-kondizzjonijiet kollha tat-trattament preferenzjali.

Iżda, il-persuna responsabbli ma tistax iżda ġġib bi skuża l-bona fede tagħha jekk il-Kummissjoni Ewropea tkun ippublikat avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, li jgħid li hemm lok għal dubji rigward l-applikazzjoni kif għandha tkun ta' arranġamenti preferenzjali mill-pajjiż benefiċjarju;"

17. L-Artikolu 221(3) għandu jiġi mibdul bil-paragrafi li ġejjin:

"3. Ma għandhiex issir komunikazzjoni mad-debitur wara t-temma ta' perijodu ta' tliet snin mid-data li fiha ntefaq id-dejn mad-dwana. Dan il-perijodu ta' żmien għandu jiġi sospiż mal-waqt tad-depożitu ta' appell fit-tifsira ta' l-Artikolu 243, għal matul il-proċedimenti ta' l-appell.

4. Fejn id-dejn mad-dwana huwa riżultat ta' att li, fiż-żmien li kien kommess, kien jista’ jwassal għal proċedimenti kriminali tal-qorti, l-ammont jista’, skond il-kondizzjonijiet preskritti fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ, jiġi komunikat lid-debitur wara li jgħaddi l-perijodu ta' tliet snin riferit fil-paragrafu 3.";

18. L-Artikolu 222(2) għandu jinbidel b'li ġej:

"2. Il-każi u l-kondizzjonijiet fejn għandu jiġi sospiż l-obbligu mid-debitur tal-ħlas tad-dazju jista’ wkoll jiġi provvdut bi qbil mal-proċedura tal-kumitat:

- fejn issir applikazzjoni għal eżenzjoni mid-dazju bi qbil ma’ l-Artikoli 236, 238 jew 239, jew

- fejn l-oġġetti jiġu maqbuda bil-ħsieb li wara jiġu konfiskati bi qbil mat-tieni indent tal-punt (c) jew tal-punt (d) ta' l-Artikolu 233, jew

- fejn id-dejn mad-dwana jkun intefaq skond l-Artikolu 203 u jeżisti iktar minn debitur wieħed.";

19. L-Artikoli 247, 248 u 249 għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

"L-Artikolu 247

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluża l-implimentazzjoni tar-Regolament riferit fl-Artikolu 184, minbarra t-Titolu VIII u bla ħsara għall-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 [7] u għall-Artikolu 248 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adotti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 247a(2) b'konformita mar-rabtiet internazzjonali li għalihom tkun daħlet il-Komunita.

Artikolu 247a

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana (minn issa ′l quddiem imsejjaħ "il-Kumitat").

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu kunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 li jinsab fiha.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandujadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 248

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 11, 12 u 21 għandhom jiġi adotti bi qbil mal-proċedura ta' tmexxija riferita fl-Artikolu 248a(2).

Artikolu 248a

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana, minn issa "l quddiem imsejjaħ" il-Kumitat.

2. Fejn tintgħamel riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KEFA.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandujadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 249

Il-Kumitat jista’ jeżamina kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-leġiżlazzjoni tad-dwana mqajma mill-President, jew minn rajh jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

This Regulation shall be binding in its entirety and directly applicable in l-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta' Novembru 2000.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

R. Schwartzenberg

[1] ĠU C 228, tal-21.7.1998, p. 8 andĠU C 248E, tad-29.8.2000, p. 1.

[2] ĠU C 101, tat-12.4.1999, p. 6.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 1999 (ĠU C 175, tal-21.6.1999, p. 420), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2000 (ĠU C 208, tal-20.7.2000, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Ottubru 2000.

[4] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 955/99 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1).

[5] ĠU C 332, tas-17.11.1996, p. 1.

[6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[7] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

--------------------------------------------------

Top