Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2474

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2474/2000 tad-9 ta' Novembru 2000 li jistabbilixxi, skond l-Artikolu 1(7) tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, il-lista ta' prodotti tat-tessuti li għandhom jiġu integrati fil-qafas tal-GATT 1994 fl-1 ta' Jannar 2002 u li jemenda l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 3030/93 u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 3285/94

    ĠU L 286, 11.11.2000, p. 1–14 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2474/oj

    32000R2474



    Official Journal L 286 , 11/11/2000 P. 0001 - 0014


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2474/2000

    tad-9 ta' Novembru 2000

    li jistabbilixxi, skond l-Artikolu 1(7) tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, il-lista ta' prodotti tat-tessuti li għandhom jiġu integrati fil-qafas tal-GATT 1994 fl-1 ta' Jannar 2002 u li jemenda l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 3030/93 u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 3285/94

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej u, b'mod partikolari, l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Artikolu 1(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar regoli komuni għall-importazzjoni tal-prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi [1],

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Il-Komunità Ewropea kkonkludiet il-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (hawn aktar 'il quddiem magħrufa bħala l-ODK) [2], li miegħu huwa mehmuż il-Ftehim dwar Tessuti u Drapp (hawn aktar 'il quddiem magħruf bħala l-FTD).

    (2) Skond l-Artikolu 2(8)(b) u (11) tal-FTD, il-Komunità hi obbligata, minn naħa waħda, li tintegra fl-1 ta' Jannar 2002 prodotti li fl-1990 kienu jammontaw għal mhux inqas minn 18 % tal-volum totali ta' l-importazzjonijiet ġewwa l-Komunità għall-1990 tal-prodotti kollha tat-tessuti u tad-drapp regolati permezz tal-FTD fil-qafas tar-regoli u d-dixxiplini normali tal-GATT u, minn naħa l-oħra, biex tinnotifika l-lista ta' dawk il-prodotti lit-Korp ta' Sorveljanza tat-Tessuti ta' l-ODK qabel l-1 ta' Jannar 2001.

    (3) Sabiex tagħżel il-prodotti li għandhom jiġu ntegrati, il-Kunsill ġie gwidat minn numru ta' fatturi, li jinkludu s-sensitività tal-prodott għall-industrija tal-Komunità u l-komponenti reġjonali tagħha b'mod partikolari skond il-kompetittività ekonomika u s-sitwazzjoni ta' l-impjieg, l-effettività ta' xi restrizzjonijiet kwantitattivi fuq il-prodott, il-kapacità ta' l-industrija tal-Komunità li tkompli bil-process ta' adattament għall-kompetizzjoni miżjuda fi prodotti li bħalissa huma soġġetti għal restrizzjoni kwantitattiva ma' pajjiż fornitur wieħed jew aktar, ix-xewqa li jiġi mħeġġeġ aġġustament industrijali b'pass aċċettabbli matul il-perijodu transitorju ta' 10 snin, l-impatt fuq il-konsumaturi, l-impatt fuq pajjiżi terzi u l-opportunità li jiġu simplifikati r-regoli tal-Komuinità dwar l-importazzjoni ta' prodotti tat-tessut u ta' l-ilbies.

    (4) F'dan ir-rigward ġew ikkunsidrati s-sottomissjonijiet irċevuti minn partijiet interessati li wieġbu għall-istedina tal-Kummissjoni sabiex jagħmlu dawk is-sottomissjonijiet pubblikati fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3].

    (5) Il-lista ta' prodotti li jinsabu fl-Anness X tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 għandha tiġi emendata sabiex teskludi l-prodotti li għandhom jiġu integrati fl-1 ta' Jannar 2002.

    (6) Il-lista ta' prodotti tat-tessuti u ta' l-ilbies li huma regolati permezz tar-regoli u d-dixxiplini normali tal-GATT, li jinsabu fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 3285/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 518/94 [4] għandha tiġi emendata sabiex tinkludi, sa mill-1 ta' Jannar 2002, il-prodotti li għandhom jiġu integrati skond ir-regoli normali tal-GATT,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Il-prodotti li għandhom jiġu integrati skond ir-regoli normali tal-GATT, sa mill-1 ta' Jannar 2002, huma elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    2. L-Anness X tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 qiegħed pil-presenti jiġi sostitwit permezz ta' l-Anness fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, mill-1 ta' Jannar 2002.

    3. L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 3285/94 qiegħed jiġi sostitwit bl-Anness fl-Anness III għal dan ir-Regolament, mill-1 ta' Jannar 2002.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Novembru 2000.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Lang

    [1] ĠU L 275, tat-8.11.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1072/99 (ĠU L 134, tat-28.5.1999, p. 1.

    [2] ĠU L 336, tat-23.12.1994, p. 3.

    [3] ĠU C 88, tal-25.3.2000, p. 18.

    [4] ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 53. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2315/96 (ĠU L 314, ta' l-4.12.1996, p. 1).

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    Lista ta' prodotti tat-tessut u ta' l-ilbies li għandhom jiġu integrati fil-qafas tar-regoli normali tal-1994 tal-GATT (it-tielet stadju)

    Kategorija | Deskrizzjoni |

    10 | Ingwanti, bis-swaba' jew mingħajr, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    18 | Singlets jew flokkijiet ta' taħt, qliezet ta' taħt, briefs, qomos ta' bil-lejl, piġami, blużi għall-banju, ġagagi oħrajn u oġġetti simili ta' l-irġiel jew tas-subien mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    Singlets, u flokkijiet ta' taħt slips, lbiesi ta' taħt, briefs, qomos ta' bil-lejl, piġami, negligees, blużi għall-banju, ġagagi oħrajn u oġġetti simili tan-nisa jew bniet mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    21 | Parkas, anoraks, windcheaters, waister jackets u oġġetti simili, minbarra dawk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi; il-parti ta' fuq ta' tracksuits infurrati, minbarra tal-kategorija 16 jew 29, tal-qoton jew ta' fibri sintetiċi |

    24 | Qomos ta' bil-lejl, piġami, blużi għall-banju, ġagagi u oġġetti simili ta'l-irġiel jew subien maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    Qomos ta' bil-lejl, piġami, negligees, blużi għall-banju, ġagagi u oġġetti simili tan-nisa jew bniet maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    27 | Dbielet tan-nisa jew bniet, inklużi dbielet bil-qasma |

    32 | Tessuti minsuġin mill-pil u tessuti tax-xinilja(ħlief xugamani tal-kirxa u drappijiet minsuġin mill-ħarir tas-suf, tal-qoton u tessuti minsuġin irqaq, u wċuħ tat-tessut imberfel tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi |

    33 | Tessuti minsuġin tal-ħjut tal-filament sintetiku miksub strixxa oġġett oġġetti simili tal-polyethylene jew polypropylene wiesa' inqas minn 3 metri |

    Xkejjer u boroż mit-tip użati għall-ippakkajr ta'l-oġġetti, mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ minn strixxa jew oġġett oġġetti simili |

    34 | Tessuti minsuġin minn ħjut tal-filament sintetiku minn strixxa jew oġġett oġġetti simili tal-polyethylene jew polypropylene wiesa' 3 metri jew aktar |

    36 | Tessuti minsuġin minn materjali sintetiċi kontinwi ħlief dawk għal tyres fil-kategorija 114 |

    37 | Tessuti minsuġin jew fibri prinċipali artifiċjali |

    38A | Tessut sintetiku tal-purtieri maħdum jew kroxe' inkluż drapp tax-xibka tal-purtieri |

    40 | Purtieri minsuġin (inklużi drapp tat-tiżjin, blinds ta' ġewwa, pavaljuni tal-purtieri jew tas-sodda u oġġetti oħrajn tad-tiżjin, ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri sintetiċi |

    42 | Ħajt ta' filament kontinwu magħmul mill-bniedem, mhux għall-bejgħ bl-imnut |

    Ħajt ta' fibri artifiċjali; ħajt ta' filamenti artifiċjali mhux għall-bejgħ bl-imnut ħlief għal ħajt singolu ta' viscose rayon mhux mibrum, jew mibrum mhux aktar minn 250 darba fil-metru u ħajt mingħajr nisġa waħdanija taċ-ċellulosa acetate |

    43 | Ħajt ta' filament magħmul mill-bniedem, ħajt ta' fibra prinċipalii artifiċjali, ħajt tal-qoton għall-bejgħ bl-imnut |

    47 | Ħajt tan-nagħaġ jew ħrief imqardax (ħajt sufi) jew ta' pil fin ta'l-annimali imqardax, mhux għall-bejgħ bl-imnut |

    48 | Ħajt ta' suf tan-ngħaġ jew ħrief mimxut (ħajt worsted) jew ta' pil fin ta'l-annimali imqardax, mhux għall-bejgħ bl-imnut |

    49 | Ħajt tas-suf tan-ngħaġ jew ħrief imqardax jew ta' pil fin ta'l-annimali għall-bejgħ bl-imnut |

    53 | Garża tal-qoton |

    54 | Fibri prinċipali artifiċjali, inkluż skart,imqardax, jew proċessat mod ieħor għall-għażil |

    55 | Fibri prinċipali sintetiċi inklużi skart, imqardax jew proċessat mod ieħor għall-għażil |

    56 | Ħajt ta' fibri prinċipali sintetiċi (inkluż skart) għall-bejgħ bl-imnut |

    59 | Twapet u tessuti oħra għall-kisi ta' l-art, ħlief għal twapet tal-kategorija 58 |

    60 | Tapezzeriji maħdumin bl-idejn, mix-xorta Gobelins, Flanders, Aubusson, Beauvaus u oġġetti simili, u tapezzeriji maħdumin bil-labar (eż petit point u cross-stitch), maħdumin f' pannelli u oġġetti simili bl-idejn |

    62 | Ħajt tax-xinilja (hajt tas-suf tax-xinilja), ħajt bil-gimm (ħlief għal ħajt metallizzat u ħajt tax-xagħar taż-żiemel bil-gimm) |

    Tull u tessuti oħrajn xorta ta' xibka, esklużi tessuti minsuġin, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, bizzilla maħduma bl-idejn jew mekkanikament, fil-pezza, fi strixxi jew mottivi |

    Tabelli, għeliem u oġġetti simili tad-drapp, mhux irrakkmati, fil-pezza, fi strixxi jew maqtugħin f'biċċiet jew f' daqsijiet, minsuġin |

    Malji u tiżjin ornamentali fil-pezza, ġmiemen, pompons u oġġetti simili |

    Rakkmu fil-pezza, fi strixxi jew mottivi |

    63 | Drapp maħdum jew kroxe' ta' fibri sintetiċi li għandu toqol ta' 5 % jew aktar elastomeriku, u drapp maħdum jew kroxe' ta' fibri sintetiċi li għandu toqol ta' 5 % jew aktar ħajt tal-gomma |

    Bizzilla Raschel u tessuti ta' pil twil ta' fibri sintetiċi |

    66 | Twapet żgħar u gvieret għall-ivvjaġġar, ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri maħdumin mill-bniedem |

    68 | Ħwejjeġ u aċċessorji ta' lbies tat-trabi, esklużi ngwanti, bis-swaba' jew mingħajr tal-kategoriji 10 u 87, u kalzeti twal, kalzetti u kalzini ħlief maħdumin bil-labar jew bil-ganċ tal-kategorija 88. |

    73 | Tracksuits ta' drapp maħdum bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri tessili maħdumin mill-bniedem |

    93 | Xkejjer u boroż, mix-xorta użata għall-ippakkajr ta' drappijiet minsuġin, ħlief għal dawk magħmulin minn strixxa ta' polythene jew polypropylene |

    95 | Pannu u oġġetti tal-pannu, sew jekk imprenjat, miksi jew le, ħlief għall-kisi ta'l-art |

    98 | Oġġetti oħrajn maħdumin minn suf, ċimi, kejbils jew ħbula ħlief għal drappijiet, oġġetti maħduma minn drappijiet jew oġġetti tal-kategorija 97 |

    101 | Brim tal-ħjut, ċimi ħbula jew kejbils, trizzati jew le ħlief ta' fibri sintetiċi |

    109 | Tarpolini, qlugħ,tined u sunblinds |

    112 | Oġġetti oħrajn magħmulin minn tessuti, minsuġin esklużi dawk fil-kategoriji 113 u 114 |

    113 | Bċejjeċ ta' l-art, bċejjeċ tal-platti u bċejjeċ tat-tfarfir, ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    114 | Drappijiet u oġġetti minsuġin, għall-użu tekniku |

    120 | Purtieri (drapp tat-tiżjin), blinds ta' ġewwa, pavaljuni tal-purtieri jew ta' ġewwa u oġġetti oħrajn ta'l-għamara, mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tal-qanneb jew rami |

    123 | Drappijiet tal-pil minsuġin u drappijiet tax-xinilja ħlief għal drappijiet dojoq minsuġin |

    Xalel, xarpi, mufflers, mantilji, mantijiet u oġġetti simili tal-qanneb jew rami, ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    125A | Ħjut tal-filament sintetiku (kontinwu) mhux għall-bejgħ bl-imnut, ħlief suf tal-kategorija 41 |

    125B | Monofilament, stripep (tiben artifiċjali u oġġetti simili) u imsaren tal-qtates imitat ta' materjali sintetiċi |

    127A | Ħajt ta' filamenti artifiċjali (kontinwu) mhux għall-bejgħ bl-imnut, ħlief ħajt tal-kategorija 47 |

    127B | Monofilament stripep (tiben artifiċjali u oġġetti simili) u imsaren tal-qtates imitat ta' materjal tat-tessut artifiċjali |

    129 | Ħajt ta' xagħar ta' l-annimali oħxon jew xagħar taż-żiemel |

    131 | Ħajt ta' fibri tessili mnn ħxejjex oħra |

    133 | Ħajt tal-qanneb ta' veru |

    135 | Drappijiet minsuġin minn xagħar ta' l-annimali oħxon jew xagħar taż-żiemel |

    137 | Drappijiet minsuġin minn pil jew xinilja, u drappijiet minsuġin dojoq ta' ħarir jew skart ta' ħarir |

    138 | Drappijiet minsuġin minn ħajt tal-karti u fibri oħra tessili ħlief għal rami |

    139 | Drappijiet minsuġin minn ħjut metalizzati jew ħajt metaliżżat |

    140 | Drapp maħdum jew kroxe' ta' materjal tat-tessut ħlief għal suf jew pil fin ta' l-annimali, qoton jew fibri sintetiċi |

    141 | Twapet żgħar u kutri għall-ivvjaġġar tal-materjal tat-tessut ħlief tas-suf jew pil fin ta' l-annimali, qoton jew fibri sintetiċi |

    142 | Twapet u kisi ieħor ta' l-art tas-sisal jew fibri oħra tal-ispeċje agave |

    144 | Pannu tax-xagħar ta' l-annimali oħxon |

    145 | Brim tal-ħjut, ċimi, ħbula u kejbils, trizzati jew maljati jew le, ta' l-abaka (Qanneb tal-Manila) jew qanneb ta' veru |

    146A | Binder twine jew baler twine għal magni agrikoli tas-sisal jew fibri oħra tal-ispeċje agave |

    146B | Brim tal-ħjut, ċimi, ħbula u kejbils tas-sisal jew fibri oħra tal-ispeċje agave ħlief għal prodotti tal-kategorija 146A |

    146C | Brim tal-ħjut, ċimi, ħbula u kejbils, trizzati jew maljati jew le, tal-juta jew fibri tessili oħra bil-ħjut tal-ħasira taħt l-intetstura Nru 5303 |

    151A | Kisi ta'l-art tal-ħajt mislut mill-qoxra tal-ġewża ta'l-Indi (kojra) |

    152 | Pannu needleloom tal-juta jew fibri oħra bil-ħjut tal-ħasira mhux imprenjati jew miksijin ħlief għal kisi ta'l-art |

    160 | Mkatar tal-ħarir jew ta' l-iskart tal-ħarir |

    161 | Lbiesi, mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ħlief dawk fil-kategoriji 1 sa 123 u l-kategorija 159 |

    ex640520 | Żraben oħrajn li għandom il-parti ta' fuq tad-drapp |

    660110 | Umbrelli tal-ġnien u oġġetti simili |

    870821 | Ċinturini ta' sigurezza |

    ex940490 | Ħlief għall-appoġġ tas-saqqijiet, saqqijiet u sleeping bags |

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    "

    ANNESS X

    Lista ta' prodotti tat-tessut u ta' l-ilbies li għadhom m'humiex integrati fil-qafas tar-regoli normali ta' l-1994 tal-GATT

    Kategorija | Deskrizzjoni |

    GRUPP 1 A

    1 | Ħajt tal-qoton mhux għall-bejgħ bl-imnut |

    2 | Tessuti minsuġin mill-qoton ħlief garża, drappijiet tal-ħarir tas-suf, drappijiet tal-pil, drappijiet tax-xinilja, tull, u drappijiet oħra tax-xibka |

    2(a) | Li minnhom: bliċjati jew le |

    3 | Drappijiet minsuġin minn fibri sintetiċi (mhux kontinwi jew inkella skart) ħlief għal drappijiet minsuġin dojoq, drappijiet tal-pil (drappijiet tal-ħarir tas-suf) u drappijiet tax-xinilja |

    3(a) | Li minnhom: bliċjati jew le |

    GRUPP 1 B

    4 | Qomos, T-shirts, jumpers u pullovers ħfief maħdumin irqaq roll, polo jew turtle-neck (ħlief għal suf jew pil fin ta'l-annimali), flokkijiet ta' taħt u oġġetti simili, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    5 | Jerseys, pullovers, slip-overs, sdieri, twinset, cardigans, bedjackets u jumpers (ħlief għal ġgieget u ġlekkijiet), anoraks, windcheaters, waister jackets u oġġetti simili, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    6 | Breeches, xorts u oġġetti simili ta' l-irġiel/subien ħlief għal malji ta'l-ġhawm u qliezet (slacks); qliezet u slacks tan-nisa / bniet, tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri sintetiċi; il-parti ta' isfel ta' tracksuits infurrati, ħlief għall-kategorija 16 jew 29, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi |

    7 | Qomos, blużi u shirt-blouses tan-nisa/bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, jew le, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi |

    8 | Qomos ta'l-irġiel / subien, ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi |

    GRUPP II A

    9 | Xugaman tal-kirxa u drappijiet oġġetti simili minsuġin mill-ħarir tas-suf, tal-qoton, oġġetti tessili tal-kamra tal-banju u tal-kċina, ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, xugaman tal-kirxa u drappijiet minsuġin bil-ħarir tas-suf, tal-qoton |

    20 | Lożor u nvesti ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    22 | Ħajt ta' fibri prinċipali jew skart sintetiċi mhux għall-bejgħ bl-imnut |

    22 (a) | Li minnhom akriliku |

    23 | Ħajt ta' fibri prinċipali jew skart artifiċjali mhux għall-bejgħ bl-imnut |

    39 | Oġġetti tessili tal-mejda, tal-kamra tal-banju u tal-kċina, ħlief maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ħlief għal xugaman tal-kirxa jew drapp tal-qoton simili tal-ħarir tas-suf |

    GRUPP II B

    12 | Tajts tan-nylon u oħrajn, kalzetti twal, kalzetti twal ta' taħt, kalzetti normali, kalzetti qosra, kalzettini u oġġetti simili, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ħlief għat-trabi, inklużi kalzetti twal għall-vini varikużi, minbarra prodotti tal-kategorija 70 |

    13 | Qliezet ta' taħt u briefs tal-irġiel jew subien, qliezet ta' taħt u briefs tan-nisa jew bniet, maħdumin nil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi |

    14 | Kappotti u nċirati minsuġin u kowtijet oħrajn, mnatar u kapep ta'l-irġiel jew subien, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri tessili sintetiċi (minbarra parkas) (fil-kategorija 21) |

    15 | Kappotti u nċirati minsuġin u kowtijet oħrajn, mnatar u kapep, ġgieget u ġlekkijiet tan-nisa jew tal-bniet, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri tessili sintetiċi (minbarra parkas fil-kategorija 21) |

    16 | Lbiesi sħaħ jew imqabbla ta'l-irġiel jew tas-subien, ħlief dawk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi, esklużi ski suits;tracksuits infurrati ta' l-irġiel jew tas-subien, b'qoxra barranija ta' drapp singolu identiku, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi |

    17 | Ġgieget jew ġlekkijiet ta' l-irġiel jew tas-subien ħlief dawk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi |

    26 | Lbiesi tan-nisa jew tal-bniet tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi |

    28 | Qliezet, fradal bil-vavalor jew biċ-ċingi, qliezet qosra (ħlief ta'l-għawm) maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi |

    29 | Lbiesi sħaħ jew imqabbla tan-nisa jew tal-bniet ħlief dawk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi esklużi ski suits,;tracksuits infurrati tan-nisa jew tal-bniet, b'qoxra barranija ta' drapp singolu identiku, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi |

    31 | Riġipetti, minsuġin jew maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    78 | Ħwejjeġ, minbarra dawk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, minbarra ħwejjeġ fil-kategoriji 6, 7, 8, 14, 15, 16, 17, 18, 21, 26, 27, 29, 68, 72, 76, 77 |

    83 | Kappotti, ġgieget, ġlekkijiet u ħwejjeġ oħrajn, inklużi lbiesi għal-iskiing, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ minbarra ħwejjeġ fil-kategoriji 4, 5, 7, 13, 24, 26, 27, 28, 68, 69, 72, 73, 74, 75 |

    GRUPP III A

    35 | Drappijiet minsuġin minn fibri sintetiċi (kontinwu), ħlief dawk għal tajers tal-kategorija 114 |

    35 (a) | Li minnhom: minbarra bliċjati jew le |

    38 B | Purtieri tax-xibka, ħlief dawk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    50 | Drappijiet minsuġin tas-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief jew tax-xagħar irqiq ta' l-annimali |

    GRUPP III B

    90 | Brim tal-ħjut, ħbula jew kejbils tal-fibri sintetiċi, maljati jew le |

    97 | Xbieki magħmulin minn brim tal-ħjut, kejbils jew ħbula xbieki tas-sajd magħmulin minn ħajt, brim tal-ħjut jew ħbula |

    GRUPP IV

    115 | Ħajt tal-qanneb jew rami |

    117 | Drappijiet minsuġin mill-ħajt tal-qanneb jew rami |

    118 | Oġġetti tad-drapp tal-mejda, tal-kamra tal-banju u tal-kċina tal-ħajt tal-qanneb jew rami ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    121 | Brim tal-ħjut, ħbula jew kejbils, maljati jew le, tal-ħajt tal-qanneb jew rami |

    GRUPP V

    130 A | Ħajt tal-ħarir ħlief ħajt mibrum minn skart tal-ħarir |

    130 B | Ħajt tal-ħarir ħlief tal-kategorija 130 A; musrana tad-dudu tal-ħarir |

    136 | Drappiiet minsuġa tal-ħarir jew skart tal-ħarir |

    151 B | Twapet u kisjiet oħrajn ta' l-art tal-juta jew tessut ieħor bil-ħjut tal-ħasira, ħlief bil-bżiebeż jew flocked |

    156 | Qomos u pullovers, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ tal-ħarir jew skart tal-ħarir tan-nisa jew tal-bniet |

    157 | Ħwejjeg maħdumin bil-labar jew bil-ganċ minbarra dawk fil-kategoriji 1 sa 123 u 156 |

    159 | Lbiesi, qomos u shirt-blouses, mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tal-ħarir jew ta' l-iskart tal-ħarir |

    Xalel, xalpi, mufflers, mantilji, mantijiet u oġġetti simili, mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tal-ħarir jew ta' l-iskart tal-ħarir |

    Ingravajjet, ċfuf u cravats tal-ħarir jew ta' l-iskart tal-ħarir |

    OĦRAJN

    300590 | Materjal artab, garża, faxex u oġġetti simili (e.ż. faxex, ġibs ġbara li jeħel) imprenjati jew miksijin b'sustanzi farmaċetwtiċi jew mqiegħdin f'formi jew f'pakketti għall-bejgħ bl-imnut għal skopijiet mediċi, kirurġiċi, dentali jew veterinarji; ħlief għal faxex li jeħlu u oġġetti li għandhom saff li jweħħel |

    "

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    "

    ANNESS II

    Lista ta' prodotti tat-tessut u ta' l-ilbies integrati fir-regoli normali ta' l-1994 tal-GATT

    Kategorija | Deskrizzjoni |

    10 | Ingwanti, bis-swaba' jew mingħajr, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    18 | Singlets jew flokkijiet ta' taħt, qliezet ta' taħt, briefs, qomos ta' bil-lejl, piġami, blużi għall-banju, ġagagi oħrajn u oġġetti simili ta' l-irġiel jew tas-subien mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    Singlets, u flokkijiet ta' taħt slips, lbiesi ta' taħt, briefs, qomos ta' bil-lejl, piġami, negligees, blużi għall-banju, ġagagi oħrajn u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    19 | Mkatar, ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    21 | Parkas, anoraks, windcheaters, waister jackets u oġġetti simili, ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri sintetiċi; il-parti ta' fuq ta' tracksuits infurrati, minbarra tal-kategorija 16 jew 29, tal-qoton jew ta' fibri sintetiċi |

    24 | Qomos ta' bil-lejl, piġami, blużi għall-banju, ġagagi u oġġetti simili ta'l-irġiel jew tas-subien maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    Qomos ta' bil-lejl, piġami, negligees, blużi għall-banju, ġagagi u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    27 | Dbielet tan-nisa jew tal-bniet, inklużi dbielet bil-qasma |

    32 | Tessuti minsuġin mill-pil u tessuti tax-xiniljav(ħlief xugamani tal-kirxa u drappijiet minsuġin mill-ħarir tas-suf, tal-qoton u tessuti minsuġin irqiq, u wċuħ tat-tessut imberfel tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi |

    33 | Tessuti minsuġin tal-ħjut tal-filament sintetiku minn strixxa jew oġġetti simili tal-polyethylene jew polypropylene wiesa' inqas minn 3 metri |

    Xkejjer u boroż mit-tip użati għall-ippakkjar ta' l-oġġetti, mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ minn stripep jew oġġetti simili |

    34 | Tessuti minsuġin minn ħjut tal-filament sintetiku minn strixxa jew oġġetti simili tal-polyethylene jew polypropylene wiesa' 3 metri jew aktar |

    36 | Tessuti minsuġin minn materjali sintetiċi kontinwi ħlief dawk għal tyres fil-kategorija 114 |

    37 | Tessuti minsuġin jew fibri prinċipali artifiċjali |

    38A | Tessut sintetiku tal-purtieri maħdum jew kroxe' inkluż drapp tax-xibka tal-purtieri |

    40 | Purtieri minsuġin (inkluż drapp tat-tiżjin, blinds ta' ġewwa, pavaljuni tal-purtieri jew tas-sodda, ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri sintetiċi |

    41 | Ħajt tal-fibra sintetiku (kontinwu), mhux għall-bejgħ bl-imnut, minbarra ħajt mingħajr nisġa waħdiena mhux mibrum jew mibrum b' mhux aktar minn 50 barma fil-metru |

    42 | Ħajt ta' filament kontinwu sintetiku, mhux għall-bejgħ bl-imnut |

    Ħajt ta' fibri artifiċjali; ħajt ta' filamenti artifiċjali mhux għall-bejgħ bl-imnut ħlief għal ħajt singolu ta' viscose rayon mhux mibrum, jew mibrum mhux aktar minn 250 darba fil-metru u ħajt mingħajr nisġa waħdiena taċ-ċellulosa acetate |

    43 | Ħajt ta' filament magħmul mill-bniedem, ħajt ta' fibra prinċipali artifiċjali, ħajt tal-qoton għall-bejgħ bl-imnut |

    46 | Suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief imqardax |

    47 | Ħajt tan-ngħaġ jew tal-ħrief imqardax (ħajt sufi) jew tal-pil fin ta' l-annimali imqardax, mhux għall-bejgħ bl-imnut |

    48 | Ħajt ta' suf tan-ngħaġ jew tal-ħrief mimxut (ħajt worsted) jew ta' pil fin ta' l-annimali imqardax, mhux għall-bejgħ bl-imnut |

    49 | Ħajt tas-suf tan-ngħaġ jew tal-ħrief mimxut jew ta' pil fin ta' l-annimali għall-bejgħ bl-imnut |

    53 | Garża tal-qoton |

    54 | Fibri prinċipali artifiċjali, inkluż skart, imqardax, mimxut, jew proċessat mod ieħor għall-għażil |

    55 | Fibri prinċipali sintetiċi inklużi skart, imqardax, mimxut, jew proċessat mod ieħor għall-għażil |

    56 | Ħajt ta' fibri prinċipali sintetiċi (inkluż skart) għall-bejgħ bl-imnut |

    58 | Twapet, carpentines u twapet żgħar bl-għoqiedi (magħmulin jew le) |

    59 | Twapet u tessuti oħra għall-kisi ta' l-art, ħlief għal twapet fil-kategorija 58 |

    60 | Tapezzeriji maħdumin bl-idejn, mix-xorta Gobelins, Flanders, Aubusson, Beauvaus u oġġetti simili, u tapezzeriji maħdumin bil-labar (eż petit point u cross-stitch), maħdumin f' pannelli u oġġetti simili bl-idejn |

    61 | Drappijiet minsuġin irqaq, u drappijiet dojoq (bolduc) li jikkonsistu f' medd mingħajr tgħama, magħqudin permezz ta' adesivi, ħlief għal tabelli u oġġetti simili tal-kategorija 62 |

    Drappijiet tal-lastiku u tiżjin (mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ), magħmula minn tessuti magħquad minn ħajt tal-gomma |

    62 | Ħajt tax-xinilja (Ħajt ta' suf tax-xinilja), ħajt bil-gimm (ħlief għal ħajt metallizzat u ħajt tax-xagħar taż-żiemel bil-gimm) |

    Tull u tessuti oħrajn xorta ta' xibka, esklużi tessuti minsuġin, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, bizzilla maħduma bl-idejn jew mekkanikament, fil-pezza, fi strixxi jew mottivi |

    Tabelli, għeliem u oġġetti simili tad-drapp, mhux irrakkmati, fil-pezza, fi strixxi jew maqtugħin f'biċċiet jew f' daqsijiet, minsuġa |

    Malji u tiżjin ornamentali fil-pezza, ġmiemen, pompons u oġġetti simili |

    Rakkmu fil-pezza, fi strixxi jew mottivi |

    63 | Drapp maħdum jew kroxe' ta' fibri sintetiċi li għandu toqol ta' 5 % jew aktar elastomeriku, u drapp maħdum jew kroxe' ta' fibri sintetiċi li għandu toqol ta' 5 % jew aktar ħajt tal-gomma |

    Bizzilla Raschel u tessuti ta' pil twil ta' fibri sintetiċi |

    65 | Drapp maħdum bil-labar jew bil-ganċ, minbarra dawk fil-kategoriji 38 A u 63, tas-suf, tal-qoton jew tal-fibri sintetiċi |

    66 | Twapet żgħar u gvieret għall-ivvjaġġar, ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri maħdumin mill-bniedem |

    67 | Aċċessorji ta' ħwejjeġ maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ħlief għat-trabi; oġġetti tad-drapp tad-dar ta' kull tip, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ; purtieri (inkluż drapp) u blinds ta' ġewwa, pavaljuni tal-purtieri jew tas-sodda, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri sintetiċi; kutri u twapet żgħar ta' l-ivjaġġar maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, oġġetti oħrajn maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, inklużi partijiet minn ilbiesi jew aċċessorji ta' ħwejjeġ |

    68 | Ħwejjeġ u aċċessorji ta' lbies tat-trabi, esklużi ngwanti, bis-swaba' jew mingħajr tal-kategoriji 10 u 87, u kalzeti twal, kalzetti normaliu kalzini ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ tal-kategorija 88. |

    69 | Slips jew ilbiesi ta' taħt tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    70 | Pantyhose u tajts ta' fibri sintetiċi, ta' kejl ta' inqas minn 67 decitex (6.7 tex) kull ħajta singola |

    Maljerija twila tan-nisa tal-fibri sintetiċi |

    72 | Ħwejjeġ ta' l-għawm tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri sintetiċi |

    73 | Tracksuits ta' drapp maħdum bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri tessili maħdumin mill-bniedem |

    74 | Lbiesi sħaħ u mqabblin tan-nisa jew tal-bniet maħdumin bil-labar jew bil-ganċ tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri sintetiċi, minbarra lbiesi għall-iskiing |

    75 | Lbiesi sħaħ u mqabblin ta' l-irġiel jew tas-subien maħdumin bil-labar jew bil-ganċ tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri sintetiċi, minbarra lbiesi għal iskiing |

    76 | Ħwejjeġ industrijali jew tax-xogħol ta' l-irġiel jew tas-subien ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    77 | Ħwejjeġ għal iskiing ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    84 | Xalel, xarpi, mufflers, mantilji, mantijiet u oġġetti simili, mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri sintetiċi |

    85 | Ingravajjet, ċfuf u cravats ħlife jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tas-suf, tal-qoton jew ta' fibri sintetiċi |

    86 | Kurpetti, ċintorini tal-kurpetti, ċinturini tas-suspenders, ċingi, takkalji u oġġetti simili, u partijiet minnhom, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, jew le |

    87 | Ingwanti, bis-swaba' jew mingħajr, mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    88 | Kalzetti twal, kalzetti normali u kalzini mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ; aċċessorji oħra ta' l-ilbies, partijiet minn ħwejjeġ jew minn aċċessorji ta' lbies minbarra għat-trabi, ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    91 | Tined |

    93 | Xkejjer u boroż, mix-xorta użata għall-ippakkajr ta' drappijiet minsuġin, ħlief għal dawk magħmulin minn strixxa ta' polythene jew polypropylene |

    94 | Materjal artab minn materjali tat-tessut u oġġetti magħma minnhom, ħlief dawk magħmulin minn strixxa tal-polyethylene jew polypropylene |

    95 | Pannu u oġġetti tal-pannu, sew jekk imprenjat, miksi jew le, ħlief għall-kisi ta' l-art |

    96 | Drappijiet mhux minsuġa u oġġetti magħmula minn dawn id-drappijiet, imprenjati, miksijin, jew laminati, jew le |

    98 | Oġġetti oħrajn maħduma mis-suf, ċimi, kejbils jew ħbula ħlief għal drappijiet, oġġetti maħduma minn drappijiet jew oġġetti tal-kategorija 97 |

    99 | Drapp tat-tessut miksi bil-gomma jew sustanzi amilaċei, mill-kwalita' użata għall-qxur ta' barra tal-kotba u oġġetti simili; drapp strazza; kanvass tat-tpinġija maħduma; buckram u tessuti simili llamtati mill-kwalita' użata għall-bażi tal-kpiepel |

    Linoljum, kemm jekk maqtugħ fil-forma jew le; kisi ta' l-art li jikkonsisti f'saff fuq bażi tat-tessut, kemm jekk maqtugħ fil-forma jew le |

    Drapp tat-tessut gommat, mhux maħdum bil-labar jew bil-ganċ, ħlief għal tajers |

    Drappijiet tat-tessut imprenjati jew miksijin xort'oħra; kanvas impinġi li hu xenarju tat-teatru, drapp li jintuża bħala sfond fi studjos, minbarra tal-kategorija 100 |

    100 | Drappijiet tat-tessut imprenjati, miksijin, jew laminati b'preparazzjonijiet ta' derivativi taċ-ċellulosa jew materjali oħra tal-plastik artifiċjali |

    101 | Brim tal-ħjut, ċimi ħbula jew kejbils, maljati jew le ħlief ta' fibri sintetiċi |

    109 | Tarpolini, qlugħ,tined u sunblinds |

    110 | Saqqijiet pnewmatiċi minsuġin |

    111 | Oġġetti għall-ikkampjar ħlief għal saqqijiet u tined pnewmatiċi |

    112 | Oġġetti oħrajn magħmula minn tessuti, minsuġin, esklużi dawk fil-kategoriji 113 u 114 |

    113 | Bċejjeċ ta' l-art, bċejjeċ tal-platti u bċejjeċ tat-tfarfir, ħlief jekk maħduma bil-labar jew bil-ganċ |

    114 | Drappijiet u oġġetti minsuġa, għall-użu tekniku |

    120 | Purtieri (drapp tat-tiżjin), blinds ta' ġewwa, pavaljuni tal-purtieri jew ta' ġewwa u oġġetti oħrajn ta' l-għamara, mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, tal-qanneb jew tar-rami |

    122 | Xkejjer u boroż mill-kwalita' wżata għall-ippakkjar ta' l-oġġetti, użati, tal-qanneb, ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    123 | Drappijiet tal-pil minsuġin u drappijiet tax-xinilja ħlief għal drappijiet dojoq minsuġin |

    Xalel, xarpi, mufflers, mantilji, mantijiet u oġġetti simili tal-qanneb jew tar-rami, ħlief jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |

    124 | Fibri prinċipali sintetiċi |

    125A | ħjut tal-filament sintetiku (kontinwu) mhux għall-bejgħ bl-imnut, ħlief suf tal-kategorija 41 |

    126 | Fibri prinċipali artifiċjali |

    127A | Ħajt ta' filamenti artifiċjali (kontinwu) mhux għall-bejgħ bl-imnut, ħlief ħajt tal-kategorija 47 |

    129 | Ħajt ta' xagħar ta' l-annimali oħxon jew xagħar taż-żiemel |

    131 | Ħajt ta' fibri tessili mnn ħxejjex oħra |

    133 | Ħajt tal-qanneb ta' veru |

    134 | Ħajt metallizzat |

    135 | Drappijiet minsuġin minn xagħar ta' l-annimali oħxon jew xagħar taż-żiemel |

    137 | Drappijiet minsuġin minn pil jew xinilja, u drappijiet minsuġin dojoq tal-ħarir jew ta' l-iskart tal-ħarir |

    138 | Drappijiet minsuġin minn ħajt tal-karti u fibri oħra tessili ħlief għar-rami |

    139 | Drappijiet minsuġin minn ħajt tal-metall jew ħjut metalliżżati |

    140 | Drapp maħdum jew kroxe' ta' materjal tat-tessut ħlief għal suf jew pil fin ta' l-annimali, qoton jew fibri sintetiċi |

    141 | Twapet żgħar u kutri għall-ivvjaġġar tal-materjal tat-tessut ħlief tas-suf jew tal-pil fin ta' l-annimali qoton jew fibri sintetiċi |

    142 | Twapet u kisi ieħor ta' l-art tas-sisal jew fibri oħra tal-ispeċje agave |

    144 | Pannu tax-xagħar ta' l-annimali oħxon |

    145 | Brim tal-ħjut, ċimi, ħbula u kejbils, trizzati jew maljati, jew le, ta' l-abaka (Qanneb tal-Manila) jew tal-qanneb ta' veru |

    146A | Binder brim tal-ħjut jew baler twine għal magni agrikoli tas-sisal jew fibri oħra ta' l-ispeċje agave |

    146B | Brim tal-ħjut, ċimi, ħbula u kejbils tas-sisal jew fibri oħra ta' l-ispeċje agave ħlief għal prodotti tal-kategorija 146A |

    148A | Ħajt tal-juta jew tessut ieħor bil-ħjut tal-ħasira taħt l-intstatura Nru. 5303 |

    149 | Drappijiet minsuġa tal-juta jew ta' tessut ieħor bil-ħjut tal-ħasira wesgħin aktar minn 150 cm |

    150 | Drappijiet minsuġin tal-juta jew ta' tessut ieħor bil-ħjut tal-ħasira wesgħin mhux aktar minn 150 cm; xkejjer u boroż ta' kwalita' wżata għall-ippakkjar ta' l-oġġetti, tal-juta jew ta' tessut ieħor bil-ħjut tal-ħasira, ħlife jekk użati |

    151A | Kisi ta' l-art tal-ħajt mislut mill-qoxra tal-ġewża ta' l-Indi (kojra) |

    152 | Pannu needleloom tal-juta jew ħjut tat-tessut ieħor bil-ħjut tal-ħasira mhux imprenjati jew miksijin ħlief għal kisi ta'l-art |

    153 | Xkejjer u boroż użati ta' kwalita' użata għall-ippakkjar ta' l-oġġetti, tal-juta jew ta' tessut ieħor bil-ħjut tal-ħasira taħt l-intetstatura Nru. 5303 |

    160 | Mkatar tal-ħarir jew ta' l-iskart tal-ħarir |

    161 | Lbiesi, mhux maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ħlief għal dawk fil-kategoriji 1 sa 123 u fil-kategorija 159 |

    560410 | Ħajt gommat u korda gommata, miksi bit-tessut |

    630900 | Ħwejjeġ u oġġetti oħrajn li jintlibsu |

    640520 | Żraben oħrajn bil-parti ta' fuq tat-tessut |

    650100 | Forom tal-kpiepel, iġsma tal-kpiepel u barnużi tal-pannu, la blukkati f'forma u lanqas bix-xfar; plateaux u manchons (inklużi split manchons) tal-pannu |

    650200 | Forom tal-kpiepel, maljati jew magħmulin minn ġabra ta' strixxi ta' drapp, sew jekk infurrati jew mżejnin, sew jekk le |

    650300 | Kpiepel u lbies tar-ras ieħor tal-pannu, magħmulin minn iġsma tal-kpiepel, barnużi jew plateaux taħt it-titolu Nru. 6501, sew jekk infurrati jew mżejnin, sew jekk le |

    650400 | Kpiepel u lbies tar-ras ieħor maljati jew magħmulin minn ġabra ta' strixxi ta' drapp, sew jekk infurrati jew mżejnin, sew jekk le |

    650590 | Kpiepel u lbies tar-ras ieħor, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, jew magħmula minn bizzilla, pannu, jew drapp ieħor tat-tessut fil-biċċa (imma mhux fi strixxi), sew jekk infurrati jew mżejnin, sew jekk le |

    660110 | Umbrelel tal-ġonna u oġġetti simili |

    660191 | Umbrelel u umbrelel tax-xemx b' lasta teleskopika |

    660199 | Umbrelel oħrajn |

    870821 | Ċinturini ta' sigurezza |

    880400 | Paraxuti (inklużi paraxuti diriġibbli u paragliders) u rotochutes; partijiet minnhom u aċċessorji għalihom |

    911390 | Ċineg, u brazzuletti ta' l-arloġġi oħrajn |

    940490 | Ħlief għal appoġġi tas-saqqijiet, saqqijiet u sleeping bags |

    950291 | Ħwejjeg u aċċessorji għalihom, żraben u lbies tar-ras għall-pupi li jirrapreżentaw biss bnedmin |

    ex392112 | |

    ex392114 | |

    ex392190 | |

    ex420212 | |

    ex420222 | |

    ex420232 | |

    ex420292 | |

    ex640610 | |

    ex640699 | |

    ex701910 | |

    ex701920 | |

    ex961210 | |

    "

    --------------------------------------------------

    Top