This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R1747
Council Regulation (EC) No 1747/2000 of 7 August 2000 amending Regulation (EC) No 2793/1999 on certain procedures for applying the Trade, Development and Cooperation Agreement between the European Community and the Republic of South Africa
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1747/2000 tas-7 ta' Awissu 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2793/1999 dwar ċertu proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1747/2000 tas-7 ta' Awissu 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2793/1999 dwar ċertu proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel.
ĠU L 200, 8.8.2000, p. 25–27
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 200 , 08/08/2000 P. 0025 - 0027
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1747/2000 tas-7 ta' Awissu 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2793/1999 dwar ċertu proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ, Żvilupp u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel. IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2793/1999(1) [1] fih żbalji materjali li għandhom jiġu korretti. (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/1999 tat-12 ta' Ottubru 1999 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u nomenklatura ta' l-istatistika u t-Tariffa Doganali Komuni (TDK) [2] għandu elementi ġodda li jaffetwaw l-Anness imsemmi. (3) Il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda stabbiliti fl-Anness imsemmi għandhom jiġu adattati għal dawk applikati mill-1 ta' Jannar 2000, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2793/1999 għandu jiġi mibdul bl-Aness għal dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Awissu 2000. Għall-Kunsill Il-President H. Védrine [1] ĠU L 337, 30.12.99, p. 29. [2] ĠU L 278, 28.10.99, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS li jikkonċerna il-prodotti msemmija fl-Artikolu 2 Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li m'għandhomx aktar minn valur indikattiv, l-iskema preferenzjali determinata, mill-kuntest ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-Kodiċi tan-NM. Fejn ex kodiċi tan-NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi determinata mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien. Nru fl-Ordni | Kodiċi tan-NM | Kodiċi TARIC | Deskrizzjoni | Tariffa annwali fuq kwota ta' volum, u fattur annwali ta' tkabbr | Dazju tal-kwota tat-tariffa (% tnaqqis) | 09.1803 | 06031030 | | Orkidej friski, mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Ottubru | 500 tunnellata metrika (agf 3 %) | 50 MFN or 20 GSP | 06031010 | | Ward frisk, mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju, mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru | 06031050 | | Kriżantem frisk, mill-1 ta' Jannar sal-31 Mejju, u mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru | 09.1805 | 06031080 | | Fjuri friski oħra, mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Ottubru | 600 tunnellata metrika (agf 3 %) | 50 MFN or 20 GSP | 09.1807 | ex06031080 | 30 | Protea, mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju, u mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru | 900 tunnellata metrika (agf 5 %) | 100 | 09.1809 | 06039000 | | Affarijiet oħra minbarra fjuri friski | 500 tunnellata metrika (agf 3 %) | 75 MFN | 09.1811 | 08111090 | | Frawli iffriżat | 250 tunnellata metrika (agf 3 %) | 100 | 09.1813 | 200840512008405920084071200840792008409120084099 | | Lanġas, mingħajr spirtu miżjud | 40000 tunnellata metrika piż totali (agf 3 %) | 50 MFN | 20085061200850692008507120085079200850922008509420085099 | | Berquq, mingħajr spirtu miżjud | 20087061200870692008707120087079200870922008709420087099 | | Ħawħ. mingħajr spirtu miżjud | 09.1815 | 20089259200892742008927820089298 | | Taħlit ta' frott, minbarra frott tropikali | 18000 tunnellata metrika piż totali (agf 3 %) | 50 MFN | 09.1817 | 20089272 | | Taħlita ta' frott tropikali | 2000 tunnellata metrika piż totali (agf 3 %) | 50 MFN | 09.1819 | 20091199 | | Meraq iffriżat tal-larinġ | 700 tunnellata metrika (agf 3 %) | 50 MFN | 09.1821 | 20094030 | | Meraq ta' l-ananas | 5000 tunnellata metrika (agf 3 %) | 50 MFN | 200970112009701920097030200970912009709320097099 | | Meraq tat-tuffieħ | 09.1823 | ex22041019 | 91, 99 | Inbid Ifexfex/Friżżanti | 450000 litri (agf 5 %) | 100 | ex22041099 | 91, 99 | 09.1825 | 22042179220421802204218322042184 | | Inbid ieħor | 32000000 litri (agf 3 %) | 100 | 09.1827 | 720241107202419172024199 | | Ferro-kromju, li għandu aktar minn 4 % ta' karbonju fil-piż | 515000 tunnellata metrika | 100 | --------------------------------------------------