EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1576

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1576/2000 tad-19 ta’ Lulju 2000 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” pprovvdut bir-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiki u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli

ĠU L 181, 20.7.2000, p. 35–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1576/oj

32000R1576



Official Journal L 181 , 20/07/2000 P. 0035 - 0036


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1576/2000

tad-19 ta’ Lulju 2000

li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovvdut bir-Regolament tal-Kunsill(KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiki u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1509/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 6(3) u (4) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, il-Ġermanja u l-Isvezja bagħtu lill-Kummissjoni applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.

(2) Skond l-Artikolu 6(1) ta’dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet laħqu l-ħtiġiet kollha stabbiliti fih u b’mod partikolari fihom it-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 4 tiegħu.

(3) Il-Kummissjoni rċeviet dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 rigward l-ismijiet elenkati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3], iżda dawn l-oġġezzjonijiet jitqiesu mingħajr bażi u għalhekk inammissibbli, ġaladarba ma jurux biżżejjed illi l-ismijiet jonqsu milli jilħqu l-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(4) Għalhekk l-ismijiet għandhom jiddaħħlu fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u għalhekk iridu jiġu protetti fil-Komunità kollha bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti.

(5) L-Anness ma’ dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1338/2000 [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness ma’dan ir-Regolament jiġu miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u jiddaħħlu bħala indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠP) fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovvdut bl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’Lulju 2000

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 174, tat-13.7.2000, p. 7.

[3] ĠU C 263, tas-17.9.1999, p. 4; 2.9.1999, p. 3.

[4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11.

[5] ĠU L 154, tas-27.6.2000, p. 5.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

Il-ħobż, il-għaġina, il-kejkijiet, l-oġġetti tal-ħelu, il-gallettini u oġġetti oħra tal-furnar għall-bejgħ

IL-ĠERMANJA

Il-Meißner Fummel (IĠP)

L-ISVEZJA

L-iSkånsk spettkaka (IĠP)

--------------------------------------------------

Top