Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1510

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1510/2000 tal-21 ta’ Lulju 2000 li jemenda l-Anness B mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali

    ĠU L 174, 13.7.2000, p. 11–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1510/oj

    32000R1510



    Official Journal L 174 , 13/07/2000 P. 0011 - 0015


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1510/2000

    tal-21 ta’ Lulju 2000

    li jemenda l-Anness B mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1253/1999 [2], u b’mod partikolari Artikoli 13(11) tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali li japplikaw għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-proċessar ta’ ċerti prodotti agrikoli [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2491/98 [4], jipprovdi illi ma’ l-esportazzjoni ta’ l-oġġetti, il-prodotti agrikoli li jkunu ntużaw jistgħu jikkwalifikaw għar-rifużjonijiet stabbiliti skond ir-regolamenti dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-setturi involuti.

    (2) L-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 jipprovdi għar-rifużjonijiet rigward ċerti prodotti koperti bir-Regolament jekk jiġu esportati fl-għamla ta’ l-oġġetti elenkati fl-Anness B ta' miegħu.

    (3) Fid-dawl ta' l-impenji Komunitarji skond il-Ftehim fuq l-Agrikoltura ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ODK) [5] u d-disponibbiltà ta’ l-estimi finanzjarji, u fid-dawl ta’ l-iżviluppi antiċipati fil-prezzijiet ta' l-agrikoltura fil-Komunità u fis-suq dinji u fl-esportazzjonijiet tal-prodotti agrikoli fil-għamla ta’ l-oġġetti mhux elenkati fl-Anness I mat-Trattat, il-possibbiltà ta’ l-għoti tar-rifużjonijiet rigward l-esportazzjoni fuq il-prodotti agrikoli fil-għamla ta’ oġġetti li fihom jistgħu jiġu inkorporati għandha tiġi ristretta.

    (4) B’riżultat ta' dan, il-lista ta’ l-oġġetti fl-Anness B mar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 għandha tiġi emendata.

    (5) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali taċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness B mar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 jiġi mibdul bl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Ma għandux japplika għall-attestati tar-rifużjonijiet maħruġa qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, it-12 ta’ Lulju 2000.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

    [2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 18.

    [3] ĠU L 318, ta' l-20.12.1993, p. 18.

    [4] ĠU L 309, tad-19.11.1998, p. 28.

    [5] ĠU L 336, tal-25.12.1994, p. 22.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "

    L-ANNESS B

    Il-Kodiċi tan-NM | Id-Deskrizzjoni |

    ex0403 | Ix-xorrox tal-butir, il-ħlieleb u l-kremi magħmula baqta', il-yoghurt, il-kephir u l-ħlieleb u l-kremi l-oħra ffermentati jew aċidifikati, li jkunu miżjuda l-frott, il-ġewż jew il-kokotina, sewwa jekk ikunu kkonċentrati jew ikollhom materjal ieħor jew ħlewwiet oħra miżjuda u sewwa jekk le: |

    040310 | - Il-yoghurt |

    04031051 sa | - -Bil-ħlewwiet li jagħtu t-togħma jew li jkunu miżjuda l-frott, il-ġewż jew il-kokotina |

    040390 | - Oħrajn: |

    04039071 sa | - -Bil-ħlewwiet li jagħtu t-togħma jew li jkunu miżjuda l-frott, il-ġewż jew il-kokotina |

    ex0710 | Il-ħxejjex ta' l-ikel (nejjin jew imsajra fil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma), iffriżati: |

    07104000 | - Il-qamħ ir-rum ħelu |

    ex0711 | Il-ħxejjex ta' l-ikel ippriservati proviżorjament (per eżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, fl-ilma bil-kubrit jew f'soluzzjonijiet oħra priservattivi), iżda mhux tajba f'dan l-istat għall-konsum immedjat: |

    07119030 | - Il-qamħ ir-rum ħelu |

    ex1704 | Il-ħelu taz-zokkor (inkluża ċ-ċikkulata bajda), li ma jkunx fih il-kawkaw/kokotina, għajr għall-estratt tas-sugu tas-subintestatura 17049010 |

    1806 | Iċ-ċikkulata u tħejjijiet oħra ta' l-ikel li fihom il-kawkaw/kokotina |

    ex1901 | L-estratt tal-maltu; it-tħejjijiet ta' l-ikel mid-dqiq, mill-qamħ ir-rum, mill-lamtu jew mill-estratt tal-maltu, li ma jkunx fihom kawkaw/kokotina jew li jkun fihom inqas minn 40 % fl-użin tal-kawkaw/kokotina fuq bażi fejn il-grass ikun imneħħi għal kollox, speċifikati jew inklużi mkien ieħor; it-tħejjijiet ta' l-ikel ta' l-oġġetti ta' l-intestaturi bin-Nri 0401 sa 0404, li ma jkunx fihom kawkaw/kokotina jew li jkun fihom inqas minn 5 % fl-użin tal-kawkaw/kokotina kkalkolati fuq il-bażi li jkollhom il-grass imneħħi għal kollox, speċifikati jew inklużi mkien ieħor: |

    19011000 | - It-tħejjijiet għall-użu tat-trabi, maħruġa għall-bejgh bl-imnut |

    19012000 | - It-taħlitiet u l-għaġniet għat-tħejjija ta' l-oġġetti tal-bejgħ tal-furnara ta' l-intestatura Nru 1905 |

    190190 | - Oħrajn: |

    1901 sa | - -L-estratt tal-maltu |

    | - - Oħrajn: |

    19019099 | - - -Oħrajn |

    ex1902 | L-għaġin, sewwa jekk imsajjar u sewwa jekk le, sewwa jekk mimli (bil-laħam jew sustanzi oħra) u sewwa jekk le jew imħejji xorta oħra, bħall-ispagetti, l-imqarrun, it-tarja, il-lasanja, l-injokki, il-ravjul, il-kannelloni; il-kuskus, sewwa jekk imħejji u sewwa jekk le: |

    | - L-għaġin mhux imsajjar, mhux mimli, jew mhux imħejji xorta oħra: |

    19021100 | - -Li jkun fih il-bajd |

    190219 | - -Oħrajn |

    ex190220 | - L-għaġin mimli (sewwa jekk imsajjar u sewwa jekk le jew imħejji xorta oħra): |

    | - - Oħrajn: |

    19022091 | - - - Imsajjar |

    19022099 | - - -Oħrajn |

    190230 | - Għaġejjen oħra |

    190240 | -Il-kuskus |

    19030000 | It-tapjoka u s-sostituti tagħha mħejjija mil-lamtu, fl-għamla ta' taqxiriet, granuli, perli, mudelli jew għamliet simili |

    1904 | L-ikel imħejji miksub bin-nefħa jew bl-inkaljar taċ-ċereali jew tal-prodotti miċ-ċereali (per eżempju, il-corn flakes); iċ-ċereali (għajr għall-qamħ ir-rum) fl-għamla ta' qmugħ, imsajra minn qabel jew imħejjija xorta oħra |

    ex1905 | Il-ħobż, il-pasti, il-gallettini jew l-oġġetti oħra tal-bejgħ tal-furnara, sewwa jekk ikun fihom il-kawkaw/kokotina u sewwa jekk le; l-ostji tat-tqarbin, il-kaxèjiet vojta tat-tip xierqa għall-użu farmaċewtiku, l-ostji li jissiġillaw, il-karta tar-ross u prodotti simili |

    ex2001 | Il-ħxejjex ta' l-ikel, il-frott u l-partijiet l-oħra li jittieklu mill-pjanti, imħejjija jew ippriservati fil-ħall jew fl-aċidu aċetiku: |

    | - Oħrajn: |

    20019030 | - - Il-qamħ ir-rum ħelu (iż-Zea mays var. saccharata) |

    20019040 | - - Il-yam, il-patata ħelwa jew il-partijiet l-oħra li jittieklu minn pjanti li jkun fihom 5 % jew iktar tal-lamtu fl-użin |

    ex2004 | Ħxejjex ta' l-ikel oħra imħejjija jew ippriservati xorta oħra mill-ħall jew l-aċidu aċetiku, iffriżati, għajr il-prodotti ta' l-intestatura 2006 |

    | - Il-Patata: |

    | - - Oħrajn: |

    20041091 | - - - Fl-għamla ta' dqiq, qamħ mitħun oħxon, jew taqxir |

    | - Ħxejjex ta' l-ikel oħra u taħlitiet tal-ħxejjes ta' l-ikel |

    20049010 | - - Il-qamħ ir-rum ħelu (iż-Zea mays var. saccharata) |

    ex2005 | Ħxejjex ta' l-ikel oħra imħejjija jew ippriservati xorta oħra mill-ħall jew l-aċidu aċetiku, iffriżati, għajr il-prodotti ta' l-intestatura 2006 |

    | - Il-Patata: |

    20052010 | - - Fl-għamla ta' dqiq, qamħ mitħun oħxon, jew taqxir |

    20058000 | -Il-qamħ ir-rum ħelu (iż-Zea mays var. saccharata) |

    ex2008 | Il-frott, il-ġewż u l-partijiet l-oħra li jittieklu mill-pjanti, imħejjija xorta oħra jew ippriservati, sewwa jekk ikun fihom jew ma jkunx fihom iz-zokkor jew materjali jew spirti oħra li jagħtu l-ħlewwa, speċifikati jew inklużi mkien ieħor: |

    | - Il-ġewż, il-karawett u żrieragħ oħra, sewwa jekk imħallta flimkien u sewwa jekk le: |

    | - - Oħrajn: |

    | - - - Li ma jkunux miżjuda l-ispirti: |

    | - - - - Li ma jkunux miżjuda z-zokkor: |

    20089985 | - - - - - Il-qamħ ir-rum ħelu (iż-Zea mays var. saccharata) |

    20089991 | - - - - - Il-yam, il-patata ħelwa jew il-partijiet l-oħra simili li jittieklu minn pjanti li jkun fihom 5 % jew iktar tal-lamtu fl-użin |

    ex2101 | L-estratti, l-essenzi u l-konċentrati tal-kafè, tat-tè jew tal-matè u t-tħejjijiet ibbażati fuq dawn il-prodotti jew fuq il-bażi tal-kafè, tat-tè jew tal-matè; iċ-ċikwejra nkaljata u sostituti oħra tal-kafè inkaljat, u l-estratti, l-essenzi u l-konċentrati tagħhom: |

    | - - It-tħejjijiet b'bażi ta' dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati jew b'bażi tal-kafè |

    21011298 | - - -Oħrajn |

    210120 | - L-estratti, l-essenzi jew il-konċentrati tal-kafè, tat-tè jew tal-matè; u t-tħejjijiet b'bażi minn dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati, jew b'bażi tat-tè jew tal-matè |

    21012098 | - - -Oħrajn |

    210130 | -Iċ-ċikwejra nkaljata u sostituti oħra tal-kafè inkaljat, u l-estratti, l-essenzi u l-konċentrati tagħhom: |

    | - -Iċ-ċikwejra nkaljata u sostituti oħra tal-kafè inkaljat: |

    21013019 | - - -Oħrajn |

    | - -L-estratti, l-essenzi u l-konċentrati taċ-ċikwejra nkaljata u sostituti oħra tal-kafè inkaljat |

    21013099 | - - -Oħrajn |

    ex2102 | Il-ħmira (attiva jew inattiva); mikro-organiżmi oħra mono-ċellulari, mejta (imma ma jinkludux il-vaċċini ta' l-intestatura Nru 3002); il-baking powders imħejjija: |

    | - Il-ħmira attiva |

    21011031 u | - - Il-ħmira tal-furnara: |

    210500 | Il-ġelati u silġ ieħor li jittiekel, sewwa jekk ikun fihom il-kawkaw/kokotina u sewwa jekk le |

    ex2106 | It-tħejjijiet ta' l-ikel speċifikati jew inklużi mkien ieħor |

    | - Oħrajn: |

    21069010 | - - Il-fondues tal-ġobon |

    | - - Oħrajn: |

    21069092 | - - - Li ma jkun fihom l-ebda grassijiet tal-ħalib, isoglukosi, glukosi jew lamtu jew li jkun fihom, skond l-użin, inqas mill 1,5 % grass tal-ħalib, 5 % sukrosi jew isoglukolsi, 5 % glukosi jew lamtu |

    21069098 | - - -Oħrajn |

    2202 | L-ilma, inkluż l-ilma minerali jew l-ilma bil-gass, li jkun fih iz-zokkor miżjud jew materjal ieħor jew materjali oħra li jagħtu l-ħlewwa, u x-xorb l-ieħor mhux spirituż, li ma jinkludix il-meraq tal-frott jew tal-ħxejjex ta' l-ikel ta' l-intestatura Nru 2009 |

    2205 | Il-Vermouth u nbejjed oħra jew l-għeneb frisk mogħti l-ħlewwa bil-pjanti jew b'sustanzi aromatiċi |

    ex2208 | L-alkoħol ta' l-etil mhux żnaturat ta' qawwa alkolika skond il-volum ta' inqas minn 80 % vol.; l-ispirti, il-likuri u x-xorb l-ieħor spirituż: |

    | - It-tipi differenti tal-whisky: |

    22083032 sa | - - għajr il-Bourbon whiskey |

    220850 | - il-Ġin u l-Vodka |

    220860 | - ta' Ġinevra |

    220870 | -Il-likuri u l-kordjali, |

    | - Oħrajn: |

    | - - L-ispirti l-oħra u x-xorb l-ieħor spirituż, f'kontenituri li jesgħu: |

    | - - – 2 litri jew inqas: |

    22089041 | - - - - L-Ouzo |

    | - - - - Oħrajn: |

    | - - - - - L-ispirti (għajr il-likuri): |

    | - - - - - - Oħrajn: |

    22089052 | - - - - - - - Il-Korn |

    22089057 | - - - - - - Oħrajn |

    22089069 | - - - - - Ix-xorb l-ieħor spirituż |

    | - - - Iktar minn 2 litri: |

    | - - - - L-ispirti (għajr il-likuri): |

    22089074 | - - - - - Oħrajn |

    22089078 | - - - - Ix-xorb l-ieħor spirituż |

    29054300 | Il-Mannitol |

    290544 | Id-D-Gluċitol (is-sorbitol) |

    ex3302 | It-taħlitiet tas-sustanzi odoriferi u t-taħlitiet (inklużi s-soluzzjonijiet alkoliċi) b'bażi ta' waħda jew iktar minn dawn is-sustanzi, ta' l-għamla li tintuża bħala materji prima fl-industrija; it-tħejjijiet l-oħra bbażati fuq is-sustanzi odoriferi, ta' l-għamla li tintuża fil-fabbrikazzjoni tax-xorb: |

    | - Ta' l-għamla li tintuża fl-industriji ta' l-ikel jew tax-xorb: |

    | - - Ta' l-għamla li tintuża fl-industriji tax-xorb: |

    | - - - It-tħejjijiet li fihom l-aġenti kollha ta' l-għoti tal-ħlewwa li jikkaratterizzaw xarba: |

    | - - - - Oħrajn (ta' qawwa attwali alkolika skond il-volum li ma taqbiżx iż-0,5 %): |

    33021029 | - - - - - Oħrajn |

    ex Kapitolu 35 | Is-sustanzi albuminojdali; il-lamtijiet immodifikati, il-kolla; l-enżimi: |

    3505 | Id-destrini u l-lamtijiet l-oħra mmodifikati (per eżempju, il-lamtijiet ġġelatinati minn qabel jew esterifikati), il-kolla bbażata fuq il-lamti, jew fuq id-destrini jew lamti oħra mmodifikati |

    ex3809 | L-aġenti tal-finitura, il-ġarrara taż-żebgħa li jħaffu ż-żebgħa jew il-fissar ta' l-oġġetti taż-żebgħa u prodotti oħra u t-tħejjijiet (per eżempju, is-sustanzi għat-twebbis tat-tessuti waqt il-fabbrikazzjoni u l-murdenti), ta' l-għamla użata fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda u simili, speċifikati jew inklużi mkien iktar: |

    380910 | - B'bażi tas-sustanzi amilaċji |

    382460 | Is-sorbitol għajr dak tas-subintestatura 290544 |

    "

    --------------------------------------------------

    Top