Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1336

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1336/2000 tad-19 ta’Ġunju 2000 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2075/92 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux maħdum

    ĠU L 154, 27.6.2000, p. 2–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R1234

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1336/oj

    32000R1336



    Official Journal L 154 , 27/06/2000 P. 0002 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1336/2000

    tad-19 ta’Ġunju 2000

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2075/92 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux maħdum

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tieghu,

    Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidrat l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

    Billi:

    (1) L-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 [3] jassenja kwoti ta’ produzzjoni lill-produtturi fil-proporzjoni tal-kwantità medja mwassla matul it-tlett snin li jiġu qabel l-aktar ħsad reċenti.

    (2) L-Artikolu 9(4) ta’ dak ir-Regolament jistipula li, qabel id-data finali għall-konklużjoni tal-kuntratti ta’ kultivazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati li jittrasferixxu partijiet mill-allokazzjonijiet tal-limiti tal-garanzija tagħhom lill-gruppi oħra ta’ varjetà, skond il-paragrafu 3. Il-kliem "skond il-paragrafu 3" kienu meħuda minn provvediment li kien jiġi qabel l-adozzjoni tal-miżura ta’ trasferiment. Ir-referenza għall-paragrafu 3 fil-paragrafu 4 għandha għalhekk tkun imħassra minħabba l-fatt li t-trasferimenti ma jistgħux iseħħu taħt il-paragrafu 3 mingħajr ma jolqtu ħażin lill-produtturi li, wara li jkunu rċevew il-kwoti ta’ produzzjoni skond il-proporzjon tal-kwantità medja mwassla fit-tlett snin li jiġu qabel is-sena ta’ l-aktar ħsad reċenti, japplikaw biex jikkoltivaw varjetajiet oħra li jwieġbu għad-domanda tas-suq. L-applikzzjoni tar-referenza għall-paragrafu 3 tkun tfisser effettivament li l-kwantitajiet ittrasferiti ikunu assenjati lill-produtturi skond il-proporzjon tal-kwantitajiet medji imwassla minnhom fit-tliet snin li jiġu qabel is-sena ta’ l-aktar ħsad reċenti, mingħajr ma jingħata kont tad-dritt miksub tal-produttur li japplika għat-trasferiment.

    (3) Il-miżura in kwistjoni għandha tapplika mill-ħsad ta’ l-1999,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 huwa b’dan emendat kif ġej:

    "Qabel id-data finali għall-konklużjoni tal-kuntratti ta’ koltivazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati li jittrasferixxu partijiet mill-allokazzjonijiet tal-limiti tal-garanzija tagħhom lil gruppi oħra ta’ varjeta."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-ħsad ta’ l-1999.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 Ġunju 2000.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. Capoulas Santos

    [1] ĠU C 108, tas-7.4.1998, p. 87.

    [2] Opinjoni mogħtija fil-15 Marzu 2000 (għad m’hix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 70. Ir-Regolament kif l-aħħar amendat bir-Regolament (KE) Nru 660/1999 (ĠU L 83, tas-27.3.1999, p. 10).

    --------------------------------------------------

    Top