This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R0827
Commission Regulation (EC) No 827/2000 of 25 April 2000 amending Regulation (EC) No 2461/1999 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1251/1999 as regards the use of land set aside for the production of raw materials for the manufacture within the Community of products not primarily intended for human or animal consumption
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (EEC) Nru 827/2000 tal-25 ta’ April 2000 li jemenda r-Regolament (EC) Nru 2461/1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (EC) Nru 1251/1999 f’dak li jirrigwarda l-użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-manifattura fil-Komunità ta’ prodotti mhux primarjament maħsuba għall-konsum uman jew ta’ l-annimali
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (EEC) Nru 827/2000 tal-25 ta’ April 2000 li jemenda r-Regolament (EC) Nru 2461/1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (EC) Nru 1251/1999 f’dak li jirrigwarda l-użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-manifattura fil-Komunità ta’ prodotti mhux primarjament maħsuba għall-konsum uman jew ta’ l-annimali
ĠU L 101, 26.4.2000, p. 21–23
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004
Official Journal L 101 , 26/04/2000 P. 0021 - 0023
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (EEC) Nru 827/2000 tal-25 ta’ April 2000 li jemenda r-Regolament (EC) Nru 2461/1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (EC) Nru 1251/1999 f’dak li jirrigwarda l-użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-manifattura fil-Komunità ta’ prodotti mhux primarjament maħsuba għall-konsum uman jew ta’ l-annimali IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 1251/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta’ sostenn għall-produtturi ta’ ċerti wċuh tar-raba [1], kif emendat bir-Regolament (EC) Nru 2704/1999 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi: (1) L-ewwel subartikolu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (EC) Nru 1251/1999 jipprovdi illi art imwarrba tista’ tiġi wżata għall-produzzjoni ta’ materja prima għall-manifattura fil-Komunita ta’ prodotti mhux primarjament maħsuba għall-konsum uman jew ta’ l-annimali, sakemm ikunu applikati sistemi ta’ kontroll effettivi. (2) Biex żgur tkun konformi mal-punt 7 tal-Memorandum ta’ Ftehim dwar żerriegħa taż-żejt bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fi ħdan il-qafas tal-GATT, kif approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/355/EEC [3], it-tielet subartikolu ta’ l-Artikolu 6(3) Tar-Regolament (EC) Nru 1251/1999 jipprovdi li jekk il-kwantita’ ta’ prodotti sekondarji għall-użu ta’ għalf u ikel l x’aktarx isiru disponibbli bħala riżultat tal-koltivazzjoni taż-żerriegħa taż-żejt fuq art imwarrba skond l-ewwel subartikolu ikun jeċċedi, fuq il-bażi tal-kwantitajiet previsti koperti b’kuntratti magħmula ma’ produtturi, miljun tunellata metrika fis-sena espress fl-ekwivalenti ta’ mżiewet tas-soya midħuna, biex tiġi limitata għall-kwantità ta’ miljun tunellata metrika, l-ammont tal-kwantità prevista skond kull kuntratt, li tista’ tiġi wżata għall-użu ta’ għalf jew ikel, għandha titnaqqas. (3) Biex ikunu jistgħu jiġu mplimentati r-regoli mniżżla fit-tielet subartikolu ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (EC) Nru 1251/1999, is-sistema ta’ munitra[[ għall-istima tal-kwantita’ ta’ prodotti sussidjarji, introdotta bir-Regolament tal-Kummissijoni (EEC) Nru 2461/1999 [4], għandha tkun amplifikata. (4) Huwa meħtieġ ukoll li jiġi definit il-metodu ta’ kalkolazzjoni li għandu jiġi wżat mill-Kummissjoni bħala parti mis-sistema ta’ munitra[[ u biex tiġi ntrodotta proċedura għall-iffissar tal-koeffiċjent għat-tnaqqis tal-kwantitajiet ta’ prodotti sussidjarji maħsuba għall-użu ta’ għalf jew ikel li għandhom jiġu applikati għal kull kuntratt meta l-limitu ta’ miljun tunnellata jinqabez. F’din is-sitwazzjoni, il-kontenut pur ta’ proteina huwa l-fattur deċiżiv biex jiġi stabbilit il-metodu ta’ kalkolazzjoni. (5) Biex jiġi żgurat li l-kwantita’ massima ta’ prodotti sussidjarji maħsuba għall-konsum ta’ l-annimali jew dak uman ma jinqabiżx, huwa meħtieġ kontroll dwar il-kwantitajiet ta’ prodotti sussidjarji li jmorru għal swieq mhux tal-għalf jew ta’ l-ikel, li għandha tiġi provduta mar-rilaxx tal-garanzija magħmula mill-kollettur jew l-ewwel proċessur. (6) Biex ikunu jistgħu jsiru verifiki effettivi dwar il-konformita’ mal-ħtieġa li ma jinqabiżx il-limitu ta’ miljun tunellata, huwa meħtieġ li jiġi mpost limitu ta’ żmien biex jiġu allokati l-kwantitajiet ta’ bi-prodotti maħsuba għall-swieq mhux tal-għalf jew ta’ l-ikel. (7) Ir-regoli l-ġodda dwar is-sostenn ta’ żvilupp rurali addottati fl-1999 m’għadhomx jeskludu espressament għajnuna agri-ambjentali għall-art li tikkwalifika skond l-arranġamenti tal-Komunità għal art imwarrba li tiġi wżata għat-tkabbir ta’ wċuh mhux għall-għalf jew għall-ikel. Fl-interess tal-konsistenza, għandhom jiġu addottati dispożizzjonijiet li jkunu jipprojbixxu l-aggregazzjoni ma’ skemi ta’ sosten oħra tal-Komunità. (8) Minn mindu ġie ppubblikat il-Memorandum ta’ Ftehim fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fl-1993, operaturi huma meqjusa li jkunu konxji tal-kontenut tiegħu minn dik id-data. Minħabba t-theddida li l-limitu ta’ miljun tunellata jista’ jinqabeż fis-sena kummercjali 2000/01, huwa meħtieġ li jsiru disposizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-miżuri li jinsabu f’dan ir-Regolament għall-kuntratti kollha konklużi dwar dik-is-sena kummercjali. (9) Il-miżuri mniżżla f’dan ir-regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċereali, ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (EC) Nru 2461/1999 qiegħed b’dan jiħi emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 4(4) qiegħed jiġi mibdul b’dan li ġej: "4. Meta l-kuntratti dwar żerriegħa tan-nevew, żerriegħa tal-kolza, żerriegħa tal-ġirasol jew miżwet tas-soya koperti bil-kodiċi CN ex12050090, 12060091, 12060099 jew 12010090, l-applikanti għandhom jiżguraw illi, b’żieda mat-tagħrif meħtieġ skond il-paragrafu 2, għandhom jispeċifikaw it-total tal-kwantita’ mistennija ta’ prodotti sussidjarji u l-kwantita’ mistennija ta’prodotti sussidjarji maħsuba għall-użi oħra għajr dawk ta’ konsum uman jew ta’ l-annmali, skond l-ispeċi fiż-żewġ każi. Il-kwantitajiet għandhom ikunu kalkolati fuq il-bażi tal-proporzjonijiet li ġejjin: (a) 100 kilogramma ta’ żerriegħa tan-nevew u/jew żerriegħa tal-kolza koperti bil-kodiċi CN 12050090 għandhom ikunu meqjusa ekwivalenti għal 56 kilogramma ta’ prodott sussidjarju; (b) 100 kilogramm ta’ żerriegħa tal-ġirasol koperta bil-kodiċi CN 12060091 jew 12060099 għandhom jitqiesu ekwivalenti għal 56 kilogrammi ta’ prodotti sussidjarju; (ċ) 100 kilogramm ta’ mżiewt tas-soya koperti bil-kodiċi CN 12010090 għandhom jitqiesu ekwivalenti għal 78 kilogrammi ta’ prodotti sussidjarju." 2. L-Artikolu 14 qiegħed jiġi mibdul b’dan li ġej: "1. Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 13, kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena li fiha tinħasad il-materja prima, l-awtoritajiet kompetenti li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-kwantita’ totali ta’ kull speċje ta’ bi-prodotti maħsuba għall-konsum uman jew dak ta’ l-annimali li jirriżultaw mill-kuntratti li għalihom jipprovdi l-Artikolu 4, li jkunu jkopru żerriegħa tan-nevew, żerriegħa tal-kolza, żerriegħa tal-ġirasol u mżiewt tas-soya li jaqgħu taħt il-kodifiki CN ex12050090, 12060091, 12060099 u 12010090. 2. Fuq il-bażi tat-tagħrif provdut skond il-paragrafu 1, il-Kummissjon għandha tikkalkola l-kwantita totali prevista ta’ prodotti sussidjarji għall-konsum uman u dak ta’ l-annimali, espress f’termini ta’ ekwivalent ta’ mżiewet tas-soya midħuna, bl-applikazzjoni tal-metodu bażat fuq il-koeffiċjenti li ġejjin: - kejk tas-soya: 48 %, - kejk tal-kolza: 32 %, - kejk tal-ġirasol: 28 %. Jekk, bħala riżultat tal-kalkolazzjoni magħmula skond l-ewwel subartikolu, il-Kummissjoni ssib li jinqabeż il-limitu ta’ miljun tunellata ta’ prodott sussidjarju maħsuba għall-użu ta’ l-ikel jew dawk tal-għalf, għandha tiffissa, kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena li fiha tinħasad il-materja prima, il-perċentwali ta’ tnaqqis li għandu jkun applikat għal kull kuntratt, biex tiġi kalkolata l-kwantita’ massima ta’ prodotti sussidjarji għall-konsum uman u dak ta’ l-annimali." 3. L-Artikolu 15(4) qiegħed jiġi mibdul b’dan li ġej: "4. Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata fuq bażi ta’ proporzjon bil-kondizzjon li l-awtorita’ kompetenti tal-kollettur jew l-ewwel proċessur konċernat ikollu fil-pussess tagħha il-provi: (a) illi l-kwantita ta’ meterja prima in kwistjoni kienet ġiet proċessata skond il-ħtiġijiet imniżżla fl-Artikolu 4(2)(f), fil-waqt li jittieħed kont, fejn meħtieġ, ta’ kull tibdil skond l-Artikolu 8; u (b) meta l-kuntratti jkunu dwar iż-żerriegħa tan-nevew, żerriegħa tal-kolza, żerriegħa tal-ġirasol jew imżiewet tas-soya koperti bil-kodiċi CN ex12050090, 12060091, 12060099 jew 12010090 u l-proċedura mniżżla fl-Artikolu 14(2) tkun tapplika, illi l-kwantita’ ta’ bi-prodotti li tkun teċċedi l-kwantita’ massima għall-konsum uman jew dak ta’ l-annimali tkun sabet swieq oħra barra minn dawk tal-għalf jew ta’ l-ikel." 4. L-Artikolu 16(2) qiegħed jiġi mibdul b’dan li ġej: "2. Dan li ġej għandu jkun jikkostitwixxi ħtiġijiet primarji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar- REGOLAMENT (EEC) Nru 2220/85: (a) l-obbligu li jiġu proċessati l-kwantitajiet ta’ materja prima prinċipalment fil-prodotti finali speċifikati fil-kuntratt; (b) meta l-proċedura mniżżla fl-Artikolu 14(2) tkun tapplika, l-obbligu li jinstabu swieq oħra minn barra dawk tal-għalf u ikel għall-kwantitajiet ta’prodotti sussidjarji li jkunu jeċċedu il-kwantita massima għall-konsum uman jew dak ta’ l-annimali. L-ipproċessar f’wieħed jew aktar mill-prodotti finali speċifikati fl-Anness III għandu jitwettaq sal-31 ta’ Lulju tat-tieni sena li tiġi wara s-sena li fiha l-applikant jaħsad l-materja prima. Meta l-proċedura mniżżla fl-Artikolu 14(2) tkun tapplika, l-egħluq tal-limitu taż-żmien għandu jiġi osservat ukoll għal bejgħ fi swieq oħra minn barra dawk tal-għalf u ta’ l-ikel tal-kwantita’ ta’ prodotti sussidjarji li tkun teċċedi il-kwantita’ massima għall-konsum uman jew dak ta’ l-annimali." 5. Il-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 25 qiegħdin jiġu mibdula b’dan li ġej: "(a) l-iffinanzjar mis-Sezzjoni tal-Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji Ewropea skond l-Artikolu 1(2)(a) u (b) tar-Regolament (EC) Nru 1258/1999; (b) Għajnuna tal-Komunità kif provdut fil-Kapitolu VIII tar-regolament (EC) Nru 1257/1999 bl-eċċezzjoni tas-sostenn dwar in-nefqa taż-żerriegħa ta’ speċji li jikbru malajr li dwarhom jipprovdi t-tieni subartikolu ta’ l-Artikolu 31(3) tiegħu." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat il-Ġazzetta Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun japplika għall-kuntratti kollha mitmuma dwar is-sena kummercjali 2000/01 u dawk li jiġu wara, irrispettivament mid-data ta’ meta jintemmu. Minkejja l-paragrafu preċedenti, l-emendi għall-Artikoli 4(4) u 14(1) tar-Regolament (EC) Nru 2461/1999 li għalih jipprovdi dan ir-Regolament għandhom ikunu japplikaw għall-kuntratti mitmuma dwar is-sena kummercjali 2001/02 u dawk li jiġu wara. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fil-25 ta’ April 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1. [2] ĠU L 327, tal-21.12.1999, p. 12. [3] ĠU L 147, tat-18.6.1993, p. 25. [4] ĠU L 299, ta’ l-20.11.1999, p. 16. --------------------------------------------------