Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R0709

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 709/2000 ta' l-4 ta' April 2000 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 84, 5.4.2000, p. 3–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/709/oj

    32000R0709



    Official Journal L 084 , 05/04/2000 P. 0003 - 0007


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 709/2000

    ta' l-4 ta' April 2000

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2626/1999 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

    Billi:

    (1) Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

    (2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Kumbinata. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha jew f'parti bażata fuqha jew li żżid xi sottodiviżjoni oħra magħha u li hi stabbilita b'dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra dwar il-kummerċ f'oġġetti.

    (3) Skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti jridu jiġu klassifikati skond il-kodiċi NM murija fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3.

    (4) Huwa xieraq li, soġġetta għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar sistemi tat-tiftix doppju u ta' sorveljanza Komunitarja retrospetttiva u minn qabel ta' prodotti tat-tessili dwar l-importazzjoni fil-Komunità, l-informazzjoni li torbot tat-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, tista' tibqa' tiġi nvokata, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi doganali Komunitarju [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (KE) Nru 955/1999 [4], għal perijodu ta' 60 jum mid-detentur.

    (5) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi CN murija fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

    Artikolu 2

    Soġġetta għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar is-sistemi ta' tiftix doppju u s-sorveljanza Komunitarja retrospettiva u minn qabel ta' prodotti tat-tessili dwar l-importazzjoni fil-Komunità, l-informazzjoni li torbot tat-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi nvokata skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' 60 jum.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel,fl-4 ta' April 2000.

    Għall-Kummissjoni

    Frederik Bolkestein

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 321, ta' l-14.12.1999, p. 3.

    [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    [4] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi tan-NM | Raġuni |

    (1) | (2) | (3) |

    1.FIokk singolu maħdum bil-labra tal-malja ikkulurit (95 fil-mija qoton, 5 fil-mija elasthan), b'aktar minn għaxar punti f'kull ċentimetru lineari f'kull direzzjoni magħduda fuq żona li l-miżuri tagħha huma minn ta' lanqas 10 ċm × 10 ċm.Għandu qasma dritta, intenzjonata li tkopri l-parti ta' fuq tal-ġisem, li tasal taħt il-qadd (59 ċm), b'komma qasira waħdaGħandu għonq asymmetric u maqtugħ l-isfel ħafna mingħajr fetħaFuq il-biċċa ta' quddiem,hu mżejjen b'biċċa rakkmu l-ġewwa fuq l-għonq u fuq il-kommaGħandu wkoll faxex minsuġa fuq fl-għonq u fl-aħħar tal-komma u hu bil-keffa fil-bażi tal-flokk(Bluża)(Ara ritratt Nru 593) | 61061000 | Klassifikazzjoni hi determinata mid-dispożizzjoniet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 4 għal Kapitolu 61 u l-kliem tal-kodiċi NM 6106, u 61061000 Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda għat-titolu 6106 relata ma' blużi Jieħdu fil-kunsiderazzjoni l -qatgħa tagħha u l-għonq maqtugħ l-isfel, dan l-ilbies għandu jiġi klassifikat bħala bluża |

    2.Ilbies singolu kkulurit magħmul minn drapp minsuġ oħxon u b'terħa magħtul it-tul tiegħu (100 fil-mija qoton), ta' qata' dritta, intenzjonata li tkopri l-parti ta' fuq tal-ġisem, li tasal sa taħt il-qadd (62 ċm),bi kmiem qosraGħandu V-neckline mingħajr fetħa u rakkmu dekorattiv quddiemIT-truf tal-kmiem, l-għonq u l-bażi tal-flokk huma bil-kfief(Ilbies simili għal pullover)(Ara ritratt Nru 595) | 61102099 | Klassifikazzjoni hi determinata mid-dispożizzjoniet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nomenklatura Magħquda u l-kliem tal-kodiċi NM 6110611020 u, 61102099 Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda għat-titolu 6110 Jieħdu ħsieb ta' l-apparenza ġenerali ta' l-ilbies u n-natura tad-drapp f'liema hu manifatturat dan l-ilbies għandu jiġi klassifikat bħala Ilbies simili għal pullover |

    3.Ilbies kollu kuluri magħmul minn drapp minsuġ tal-velvet ta' fibri magħmula mill-bniedem (80 fil-mija viscose, 20 fil-mija polyester), b'aktar minn għaxar punti għal kull ċentimetru lineari f'kull direzzjoni magħduda fuq iż-żona li l-miżuri tagħha huma minn ta' lanqas 10 ċm × 10 ċmDan l-ilbies hu ta' qata' dejqa u jkopri l-parti ta' fuq tal-ġisem sa taħt il-qaddDan l-ilbies għandu kmiem twal,u dojoq,għonq tond mingħajr fetħa u motif dekorattiv quddiemL-għonq u t-truf tal-kmiem huma magħluqa b'welt applikat ta' drapp minsuġ u l-bażi ta' l-ilbies hu bil-keffa(Ilbies simili għal pullover)(Ara ritratt Nru 585) | 61103099 | Klassifikazzjoni hi determinata min-Noti Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Noti 1 u 9, it-tieni paragrafu għal kapitolu 61 u l-kliem tal-kodiċi NM 6110, 611030 u 61103099 Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni għas-Sistema Armonizzata għat-titolu 6109 u n-Noti ta' Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda għat-titolu 6110 Jieħdu ħsieb in-nuqqas li jorbtu dan l-ilbies ma jistax jiġi klasifikat bħala blawż ta' titolu 6106 |

    4.Ilbies dejjaq bir-rigi minsuġ (ħxuna:(1,5 mm, 70 fil-mija acrylic, 30 fil-mija polyester), intenzjonat li jkopri l-parti ta' fuq tal-ġisem, u li jilħaq taħt il-qadd (51 ċm). Hu mingħajr kmiem u bit-terħa madwar it-tul tiegħuGħandu għonq tonda mingħajr fetħa.Hu magħluq madwar l-għonq u armholes(Ilbies simili għal pullover)(Ara ritratt Nru 589) | 61103099 | Klassifikazzjoni hi determinata mid-Dispożizzjonijiet tan-Noti Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Noti 1 u 9, it-tieni paragrafu, għal Kapitolu 61 u l-kliem tal-kodiċi NM 6110, 611030 u 61103099 Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni għan- Nomenklatura Magħquda għat-titolu 6110 Jieħdu ħsieb tal-piż ta' l-ilbies u l-ħxuna tiegħu,dan l-ilbies ma jistax jiġi klassifikat bħala singlet jew flokkijiet ta' taħt ta' titolu 6109 |

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top