This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R0251
Commission Regulation (EC) No 251/2000 of 1 February 2000 laying down detailed rules of application for the importation of olive oil originating in Tunisia
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 251/2000 ta' l-1 ta' Frar 2000 li jistabbilixi regoli dettaljati għall-importazzjoni ta' żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 251/2000 ta' l-1 ta' Frar 2000 li jistabbilixi regoli dettaljati għall-importazzjoni ta' żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija
ĠU L 26, 2.2.2000, pp. 8–9
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010
Official Journal L 026 , 02/02/2000 P. 0008 - 0009
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta' Marzu 2000 li tagħraf fil-prinċipju t-tkomplija tal-inkartament sottomess għal eżami dettaljat bil-ħsieb tad-dħul possibbli tar-RPA407213 (fenamidone) fl-Anness I ta' mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tpoġġija fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (notifikat bin-numru tad-dokument Ċ(2000) 699) (Test b'rilevanza għall-EEE) (2000/251/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunita Ewropea, Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tirrigwarda t-tpoġġija fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti([1] ), kif l-aħħar emendata bid-Direttva tal-Kummissjoni 1999/80/KE([2] ), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva 91/414/KEE (minn issa l quddiem imsejħa "id-Direttiva") tipprovdi għall-bini ta' lista Komunitarja ta' sustanzi attivi awtorizzati sabiex jintużaw fil-prodotti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pjanti (2) Rhône-Poulenc Ag., issottomettiet inkartament dwar is-sustanza attiva RPA407213 (fenamidone) lill-awtoritajiet Franċiżi fil-15 ta' Settembru 1999. (3) L-awtoritajiet imsemmija għarrfu lill-Kummissjoni bir-riżultati ta' eżami tal-bidu tal-inkartament sabiex jiġi żgurat illi jipprovdi t-tagħrif kollu prekritt fl-Anness II u, għall-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, fl-Anness III ta' mad-Direttuiva. Sussegwentement, b'mod konformi ma' l-Artikolu 6(2), l-applikant issottometta l-inkartament lill-Kummissjoni u lil l-Istati Membri l-oħra. (4) L-inkartament dwar ir-RPA407213 (fenamidone) kien riferit lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fis-17 ta' Jannar 2000. (5) L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva jeħtieġ konferma uffiċjali fil-livell tal-Komunità illi kull inkartament iwettaq il-ħtiġijiet dwar it-tagħrif preskritt fl-Anness II u, għall-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih is-sustanza attiva interessata, fl-Anness III mad-Direttiva. (6) Din il-konforma hija meħtieġa sabiex tippermetti l-eżami dettaljat tal-inkartament u sabiex tippermetti lill-Istati Membri li jikkonċedu awtoriżżazzjoni proviżorja dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva interessata filwaqt li jitħarsu l-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-istima dettaljata tas-sustanza attiva u tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fid-dawl tal-ħtiġijiet preskritti mid-Direttiva. (7) Din id-deċiżjoni ma teskludix talba għal iktar tagħrif minn għand l-applikant fejn, matul l-eżami dettaljat, jinstab illi dan it-tagħrif huwa meħtieġ sabiex tintlaħaq deċiżjoni. (8) L-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu illi Franza trid twettaq eżami dettaljat tal-inkartament dwar ir-RPA407213 (fenamidone). (9) Franza trid tibgħat lill-Kummissjoni rapport ta' stima li jiddikjara r-riżultati ta' l-eżami akkumpanjat b'kull rakkommandazzjoni għad-dħul jew it-tħollija barra u dwar kull kondizzjoni li għandha x'taqsam ma' dawn malajr kemm jista' jkun iżda fi żmien sena. Wara li jirċievu r-rapport, l-Istati Membri jridu jissoktaw l-eżami dettaljat fil-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti. (10) Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma b'mod konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-inkartament li ġej jissodisfa fil-prinċipju l-ħtiġijiet tat-tagħrif preskritt fl-Anness II u, għall-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pjanti li fih is-sustanza attiva interessata, fl-Anness III mad-Direttia, filwaqt li jitqiesu l-użi maħsuba: l-inkartament sottomess mir-Rhône-Poulenc Ag., lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jiddaħħal l-RPA407213 (fenamidone) bħala sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE u riferit lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti fis-17 ta' Jannar 2000. Artikolu 2 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmulha fi Brussel, fis-17 ta' Marzu 2000. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. [2] ĠU L 210, tal-10.8.1999, p. 13.