This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R0007
Council Regulation (EC) No 7/2000 of 21 December 1999 amending Council Regulation (EC) No 517/94 on common rules for imports of textile products from certain third countries not covered by bilateral agreements, protocols or other arrangements, or by other specific Community import rules
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 7/2000 tal-21 ta' Diċembru 1999 li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti bi ftehim, protokolli jew arranġamenti oħra bilaterali, jew b'regoli oħra speċifiċi Komunitarji fuq l-importazzjoni
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 7/2000 tal-21 ta' Diċembru 1999 li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti bi ftehim, protokolli jew arranġamenti oħra bilaterali, jew b'regoli oħra speċifiċi Komunitarji fuq l-importazzjoni
ĠU L 2, 5.1.2000, p. 51–55
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2015; Imħassar b' 32015R0936
Official Journal L 002 , 05/01/2000 P. 0051 - 0055
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 7/2000 tal-21 ta' Diċembru 1999 li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti bi ftehim, protokolli jew arranġamenti oħra bilaterali, jew b'regoli oħra speċifiċi Komunitarji fuq l-importazzjoni IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 [1], u b'mod partikolari l-Annessi IIIB u VI tiegħu, jistabbilixxu l-limiti kwantitattivi ta' kull sena għal ċerti prodotti li joriġinaw fil-Bożnja-Ħerzegovina u fil-Kroazja; (2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jirrigwarda l-arranġamenti li japplikaw għall-importazzjonijiet ġewwa l-Komunità ta' prodotti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Bożnja-Ħerzegovina, il-Kroazja u l-importazzjonijiet ta' l-inbid minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja [2] jintroduċi l-qsim tal-konċessjonijiet globali eżistenti ġewwa l-pajjiżi individwali speċifiċi għall-Bożnja-Ħerzegovina u l-Kroazja; (3) Huwa approprjat li jiġi segwit ukoll dan l-avviċinament rigward il-prodotti tessili, u għalhekk li jinqasmu r-restrizzjonijiet kwantitattivi komuni eżistenti fil-pajjiżi individwali speċifiċi għall-Bożnja-Ħerzegovina (30 %) u għall-Kroazja (70 %) skond ix-xejriet tal-kummerċ u l-utilizzazzjoni attwali tal-limiti kwntitattivi għal dawn l-aħħar tliet snin (1996-1998), u għalhekk li jiġu emendati l-Annessi IIIB u VI mar-Regolament (KE) Nru 517/94; (4) Il-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali tat-13 ta' Settembru 1999 stieden lill-Kummissjoni sabiex teżamina t-titjib possibbli għall-miżuri korrenti; (5) Huwa għalhekk approprjat li jiżdiedu l-livelli tal-kwoti għall-Bożnja-Ħerzegovina u l-Kroatzja, billi tittieħed bħala bażi r-rata tat-tkabbir tal-kwoti skond il-kategorija li kienet prevista fi Protokoll Supplimentari mal-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Federazzjoni Soċjalista tar-Repubblika tal-Jugoslavja dwar il-kummerċ fil-prodotti tessili, konkluż bid-Deċiżjoni 90/649/KEE [3]; (6) Huwa approprjat li, f'ċerti każijiet, li l-awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjonijiet jitħallew jiġu maħruġa bil-mezzi elettroniċi; (7) Il-livelli tal-kwoti għall-Kategorija 6 għas-sena 1999 għall-Bożnja-Ħerzegovina u l-Kroazja għandhom jiġi miżjuda sabiex jassorbu ċerti talbiet pendenti ta' importazzjonijiet, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Annessi IIIB u VI mar-Regolament (KE) Nru 517/94 għandhom jiġu mibdula bl-Annessi I u II risepettivament dan ir-Regolament. Artikolu 2 Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 21 "4. L-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjonijiet jistgħu jinħarġu bil-mezzi elettroniċi fuq it-talba ta' l-importatur interessat. Fuq it-talba innotivata kif mistħoqq minn dan l-importatur, u sakemm jitħares il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, awtorizzazzjoni għall-importazzjoni maħruġa bil-mezzi elettroniċi tista’ tiġi mibdula b'awtorizzazzjoni għall-importazzjoni fl-għamla tal-karta mill-awtorità kompetenti ta' l-istess Stat Mmbru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni oriġinali għall-importazzjoni. Madankollu, din l-awtorità għandha toħroġ awtorizzazzjoni għall-importazzjoni biss, bi-għamla miktuba wara li tkun żgurat illi ġiet ikkanċellaa l-awtorizzazzjoni bil-mezzi elettroniċi. Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 25(1), (2) u (3), tieħu kull azzjoni meħtieġa sabiex timplimenta dan il-paragrafu." Artikolu 3 Sabiex jiġu akkommodati ċerti talbiet addizzjonali għall-awtorizzazzjonijiet ta' l-importazzjoni magħmula fs-sena 1999, fl-Anness IIIB taħt "ir-Repubbliki tal-Bożnja-Ħerzegovina u l-Kroazja", taħt il-Kategorija 6 "il-Kwantità", iċ-ċifra "1415" għandha tiġi mibdula biċ-ċifra "1465". Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Madankollu, l-Artikolu I għandu jibda japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 2000, u l-Artikolu 2 għandu jibda japplika b'effett mill-20 ta' Diċembru 1999. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1999. Għall-Kunsill Il-President T. Halonen [1] ĠU L 67, ta' l-10.3.1994, pġ. 1, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1457/97 (ĠU L 199, tas-26.7.1997, pġ. 6. [2] Ara pġ. 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [3] ĠU L 352, tal-15.12.1990, pġ. 120. -------------------------------------------------- ANNESS I ANNESS IIIB Il-limiti kwantitattivi Komunitarji ta' kull sena riferiti fir-raba’ inċiż ta' l-Artikolu 2(1) Ir-Repubblika tal-Bożnja-Ħerzegovina Il-Kategorija | L-Unità | Il-Kwantità | 1 | tunnellati metriċi | 2123,5 | 2 | tunnellati metriċi | 2627,6 | 2a. | tunnellati metriċi | 593,8 | 3 | tunnellati metriċi | 293,1 | 5 | 1000 biċċa | 757,4 | 6 | 1000 biċċa | 445,7 | 7 | 1000 biċċa | 257,3 | 8 | 1000 biċċa | 831,2 | 9 | tunnellati metriċi | 278,6 | 15 | 1000 biċċa | 245,7 | 16 | 1000 biċċa | 183,0 | 67 | 1000 biċċa | 229,6 | Ir-Repubblika tal-Kroazja Il-Kategorija | L-Unità | Il-Kwantità | 1 | tunnellati metriċi | 4954,9 | 2 | tunnellati metriċi | 6131,0 | 2a. | tunnellati metriċi | 1385,5 | 3 | tunnellati metriċi | 684,0 | 5 | 1000 biċċa | 1767,3 | 6 | 1000 biċċa | 1040,0 | 7 | 1000 biċċa | 600,4 | 8 | 1000 biċċa | 1939,4 | 9 | tunnellati metriċi | 650,1 | 15 | 1000 biċċa | 573,4 | 16 | 1000 biċċa | 427,1 | 67 | 1000 biċċa | 535,7 | Ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (is-Serbja u l-Montenegro) Il-Kategorija | L-Unità | Il-Kwantità | 1 | tunnellati metriċi | 2309 | 2 | tunnellati metriċi | 2848 | 2a. | tunnellati metriċi | 644 | 3 | tunnellati metriċi | 312 | 5 | 1000 biċċa | 662 | 6 | 1000 biċċa | 349 | 7 | 1000 biċċa | 201 | 8 | 1000 biċċa | 888 | 9 | tunnellati metriċi | 292 | 15 | 1000 biċċa | 257 | 16 | 1000 biċċa | 192 | 67 | 1000 biċċa | 241 | -------------------------------------------------- ANNESS II ANNESS VI IT-TRAFFIKU TAL-PROĊESSAR LEJN L-ESTERN Il-limiti kwantitattivi Komunitarji ta' kull sena riferiti fl-Artikolu 4 Ir-Repubblika tal-Bożnja-Ħerzegovina Il-Kategorija | L-Unità | Il-Kwantità | 5 | 1000 biċċa | 1544,0 | 6 | 1000 biċċa | 3465,3 | 7 | 1000 biċċa | 2138,0 | 8 | 1000 biċċa | 4040,4 | 15 | 1000 biċċa | 1895,2 | 16 | 1000 biċċa | 1040,5 | Ir-Repubblika tal-Kroazja Il-Kategorija | L-Unità | Il-Kwantità | 5 | 1000 biċċa | 3602,6 | 6 | 1000 biċċa | 8085,6 | 7 | 1000 biċċa | 4988,7 | 8 | 1000 biċċa | 9427,6 | 15 | 1000 biċċa | 4422,1 | 16 | 1000 biċċa | 2427,9 | Ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (is-Serbja u l-Montenegro) Il-Kategorija | L-Unità | Il-Kwantità | 5 | 1000 biċċa | 1231 | 6 | 1000 biċċa | 3585 | 7 | 1000 biċċa | 1832 | 8 | 1000 biċċa | 4296 | 15 | 1000 biċċa | 1914 | 16 | 1000 biċċa | 1061 | --------------------------------------------------