EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000L0073

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/73/KE tat-22 ta' Novembru 2000 li tadatta l-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 93/92/KKE dwar l-istallazzjoni ta' dawl u tagħmir ta' sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet rotiTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 300, 29.11.2000, p. 20–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/73/oj

32000L0073



Official Journal L 300 , 29/11/2000 P. 0020 - 0023


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/73/KE

tat-22 ta' Novembru 2000

li tadatta l-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 93/92/KKE dwar l-istallazzjoni ta' dawl u tagħmir ta' sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti [1], kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 2000/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 16 dwar dan,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/92/KEE tad-29 ta' Ottubru 1993 dwar l-istallazzjoni ta' dawl u tagħmir ta' sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 4 dwar dan,

Billi:

(1) Id-Direttiva 93/92/KEE hi waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità introdotta permezz tad-Direttiva 92/61/KEE. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/61/KEE dwar is-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għal vetturi għalhekk japplikaw għal dik id-Direttiva.

(2) Żviluppi fit-teknoloġija llum jippermettu adattar tad-Direttiva 93/92/KEE għal progress tekniku. Sabiex tkun ifaċilitata sistema sħiħa ta' approvazzjoni tat-tip biex tiffunzjona kif jixraq, hu għalhekk meħtieġ li jiġu ċċarati jew issupplimentati ċerti ħtiġijiet tad-Direttiva inkwistjoni.

(3) Għal dan il-għan, għandu jkun speċifikat li tagħmir tad-dawl ta' tip approvat għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, b'mod konformi mad-direttivi rilevanti, jistgħu jiġu stallati ukoll fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti. Għandhom isiru wkoll dispożizzjonijiet li jippermettu l-istallazzjoni mhux tassativa ta' lampi taċ-ċpar fuq quddiem, lampi taċ-ċpar fuq wara, lampi tar-rivers, u tagħmir ta' twissija ta' perikolu fuq ċiklomuturi bi tliet roti u lightquadricycles. Id-Direttiva 93/92/KEE għandha tkun issupplimentata bl-istruzzjonijiet xierqa biex jiġi stallat dan it-tagħmir. It-test ta' ċerti punti fil-verżjonijiet Ingliżi u Olandiżi għandhom ikunu allinjati fuq il-punti korrispondenti fil-verżjonijiet fil-lingwi l-oħra.

(4) Il-miżuri li hemm ipprovdut għalihom f'din id-Direttiva huma konformi mal-fehma tal-Kumitat dwar l-Adattament ta' Progress Tekniku imwaqqaf taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [4], skond l-aħħar emendi permezz tad-Direttiva 2000/40/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill [5],

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Annessi II sa VI tad-Direttiva 93/92/KEE huma b'dan emendati kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1. B'effett mill-1 ta' Jannar 2002, Stati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li jirreferu għall-istallazzjoni ta' dawl u tagħmir ta' sinjalazzjoni ta' dawl:

- jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE għal kull tip ta' vettura bil-mutur b'żewġ jew tliet roti, jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-servizz ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti,

jekk l-istallazzjoni tad-dawl u tagħmir ta' sinjalazzjoni ta' dawl tikkonforma mal-ħtiġiet tad-Direttiva 93/92/KEE, kif emendata permezz ta' din id-Direttiva.

2. B'effett mill-1 ta' Lulju 2002, Stati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE għal kull tip ġdid ta' vettura bil-mutur b'żewġ jew tliet roti għal raġunijiet li jirreferu għall-istallazzjoni ta' dawl u tagħmir ta' sinjalazzjoni ta' dawl jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 93/92/KEE, kif emendata permezz ta' din id-Direttiva, ma jkunux eżawriti.

L-Artikolu 3

1. Stati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2001, id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2002.

Meta Stati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom kull referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn kull referenza tali fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Stati Membri għandhom jistabbilixxu kif issir kull tali referenza.

2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara il-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Novembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72.

[2] ĠU L 106, tat-3.5.2000, p. 1.

[3] ĠU L 311, ta' l-14.12.1993, p. 1.

[4] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[5] ĠU L 203, ta' l-10.8.2000, p. 9.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

I. L-Anness II hu b'dan emendat kif ġej:

(a) [Tapplika biss għall-verżjoni bl-Ingliż.]l-elenkat 1.4 hu sostitut bit-test li ġej:"1.4. rifletturi ta' wara fil-ġenb mhux triangulari";

(b) l-elenkat 5 hu sostitwit bit-test li ġej:

"5. Id-dawl u t-tagħmir ta' sinjalazzjoni tad-dawl li għalihom saret referenza fit-taqsimiet 1 u 2 u l-approvazzjoni tat-tip għal motoċikli, b'mod konformi mad-Direttiva 97/24/KE, jew approvazzjoni tat-tip għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, b'konformità mad-Direttivi 76/757/KEE, 76/758/KEE, 76/759/KEE, 76/760/KEE, 76/761/KEE, 76/762/KEE, 77/538/KEE jew 77/539/KEE rilevanti, għandhom ikunu permessi ukoll fuq ċiklomuturi."

(ċ) l-elenkat 6.7.5hu sostitwit bit-test li ġej:

"6.7.5. Allinjament: il-fus ta' referenza tar-rifletturi ta' wara għandu jkun perpendikulari mal-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura u ppożizzjonata 'l barra. Rifletturi ta' wara fuq quddiem jistgħu jkunu impernjati f' linja mal-angolu ta' l-istering."

II.(a)b)(ċ)(d) L-Anness III hu b'dan emendat kif ġej:

l-elenkat 2 hu komplut kif ġej:

"2.5. il-lampa taċ-ċpar ta' quddiem,

2.6. il-lampa taċ-ċpar ta' quddiem,

2.7. il-lampa tar-rivers,

2.8. it-tagħmir li jwissi dwar periklu."

l-elenkat 5 hu sostitwit bit-test li ġej:

"5. Id-dawl u t-tagħmir ta' sinjlazzjoni tad-dawl li għalihom saret referenza fit-taqsimiet 1 u 2 u l-approvazzjoni tat-tip għal motoċikli, b'mod konformi mad-Direttiva 97/24/KE, jew l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, b'konformita mad-Direttivi 76/757/KEE, 76/758/KEE, 76/759/KEE, 76/760/KEE, 76/761/KEE, 76/762/KEE, 77/538/KEE jew 77/539/KEE rilevanti, għandhom ikunu permessi ukoll fuq ċiklomuturi bi tliet roti u light quadricycles."

l-aħħar inċiż ta' l-elenkat 6.5.3.1 hu sostitwit b'dan li ġej:

"— ix-xfar interni tal-uċuħ li jilluminaw għandhom ikunu mill-inqas 500 mm bejn waħda u l-oħra. Dik id-distanza tista' tkun imnaqqsa għal 400 mm jekk il-wisa' massima tal-vettura tkun anqas minn 1300 mm."

l-elenkat 6 hu komplut kif ġej:

"6.11. Lampi taċ-ċpar fuq quddiem

6.11.1. Dispożizzjonijiet identiċi għal dawk stabbilti fl-elenkati 6.7.1 sa 6.7.11 ta' l-Anness VI.

6.12. Lampi taċ-ċpar fuq wara

6.12.1. Dispożizzjonijiet identiċi għal dawk stabbilti fl-elenkati 6.8.1 sa 6.8.11 ta' l-Anness VI.

6.13. Lampi tar-rivers

6.13.1. Dispożizzjonijiet identiċi għal dawk stabbilti fl-elenkati 6.9.1 sa 6.9.10 ta' l-Anness VI.

6.14. Tagħmir ta' twissija dwar periklu

6.14.1. Dispożizzjonijiet identiċi għal dawk stabbilti fl-elenkati 6.10.1 sa 6.10.4 ta' l-Anness VI."

III. L-Anness IV hu b'dan emendat kif ġej:

(a)

l-elenkat 5 hu sostitwit bit-test li ġej:

"5. Id-dawl u t-tagħmir ta' sinjalazzjoni tad-dawl li għalihom saret referenza fit-taqsimiet 1 u 2 u l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, b'mod konformi mad-Direttivi 76/757/KEE, 76/758/KEE, 76/759/KEE, 76/760/KEE, 76/761/KEE, 76/762/KEE, 77/538/KEE jew 77/539/KEE rilevanti, għandhom ikunu permessi ukoll fuq motoċikli."

(b) [Tapplika biss għall-verżjoni bl-Ingliż.]

l-elenkat 6.3.10, it-titolu, hu sostitwit b'dan li ġej:

"6.3.10. Operational tell-tale: tassativ."

IV. L-Anness V hu b'dan emendat kif ġej:l-elenkat 5 hu sostitut bit-test li ġej:

"5. Id-dawl u t-tagħmir ta' sinjalazzjoni tad-dawl li għalihom saret referenza fit-taqsimiet 1 u 2 u l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, b'mod konformi mad-Direttivi 76/757/KEE, 76/758/KEE, 76/759/KEE, 76/760/KEE, 76/761/KEE, 76/762/KEE, 77/538/KEE jew 77/539/KEE rilevanti, għandhom ikunu permessi ukoll fuq motoċikli bis-sidecar."

V. L-Anness VI hu b'dan emendat kif ġej:

(a)

l-elenkat 5 hu sostitwit bit-test li ġej:

"5. Id-dawl u t-tagħmir għas-sinjalazzjoni bid-dawl li għalihom saret referenza fit-taqsimiet 1 u 2 u l-approvazzjoni tat-tip għal vetturi fil-kategoriji M1 u N1, b'mod konformi mad-Direttivi 76/757/KEE, 76/758/KEE, 76/759/KEE, 76/760/KEE, 76/761/KEE, 76/762/KEE, 77/538/KEE jew 77/539/KEE rilevanti, għandhom ikunu permessi wkoll fuq tricycles."

(b) [Tapplika biss għall-verżjoni bl-Olandiż.]

(ċ) l-aħħar inċiż ta' l-elenkat 6.5.3.1 hu sostitwit bit-test li ġej:

"— ix-xfar interni tal-uċuħ li jilluminaw għandhom ikunu mill-inqas 500 mm bejn waħda u l-oħra. Dik id-distanza tista' tkun imnaqqsa għal 400 mm jekk il-wisa' massima tal-vettura tkun anqas minn 1300 mm."

(d) [Tapplika biss għall-verżjoni bl-Olandiż.]

--------------------------------------------------

Top