This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000L0053
Directive 2000/53/EC of the European Parliament and of the Council of 18 September 2000 on end-of life vehicles - Commission Statements
Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw
Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw
ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34–43
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/03/2023
Official Journal L 269 , 21/10/2000 P. 0034 - 0043
Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2], Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni, Waqt li aġixxew skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni fit-23 ta' Mejju 2000 [3], Billi (1) Il-miżuri differenti nazzjonali li jikkonċernaw vetturi li m'għadhomx jintużaw għandu jkun armonizzat sabiex, l-ewwel, jimminimizza l-impatt ta' vetturi li m'għadhomx jintużaw fuq l-ambjent, u b'hekk jikkontribwixxi għall-protezzjoni, preservazzjoni u titjib tal-kwalità ta' l-ambjent u l-konservazzjoni ta' l-enerġija, u, t-tieni, biex jassigura l-operat bla xkiel tas-suq intern u jevita t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni fil-Komunità. (2) Kwadru wiesa' tal-Komunità huwa neċessarju sabiex jassigura koerenza bejn mogħdijiet nazzjonali biex jinkisbu l-għanijiet imsemmija hawn fuq, partikolarment għal dak li huwa t-tfassil ta' vetturi għall-irkupru u riċiklar, għall-ħtiġijiet ta' faċilitajiet ta' kollezzjoni u trattament, u għall-ksib ta' miri għall-użu mill-ġdid, riċiklar u rkupru, jieħu f'kunsiderazzjoni l-prinċipju ta' sussidjarjetà u l-prinċipju ta' min iniġġes iħallas. (3) Kull sena vetturi vetturi li m'għadhomx jintużaw fil-Komunità jiġġeneraw bejn 8 u 9 miljun tunnellata ta' skart, li jrid ikun immaniġjat korrettament. (4) Sabiex timplimenta l-prinċipji prekawzjonarji u preventivi u jkunu skond l-istrateġiji tal-Komunità għall-immaniġġjar ta' l-iskart, il-ġenerazzjoni ta' l-iskart trid tkun evitata kemm jista' jkun. (5) Huwa prinċipju fundamentali ieħor li l-iskart għandu jkun użat mill-ġdid u rkuprat, u li preferenza tiġi mogħtija għall-użu mill-ġdid u riċiklar. (6) L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jistabbilixxu sistemi għall-kollezzjoni, trattament u rkupru tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw. (7) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aħħar possessur u/jew is-sid jista' jwassal il-vettura li m'għadhiex tintuża lill-faċilità ta' trattament awtorizzata mingħajr spejjeż bħala riżultat li l-vettura ma' jkollha l-ebda valur fis-suq jew valur tas-suq negattiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri kollha jkopru l-ispejjeż kollha, jew parti sinfikanti minnhom, għall-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri; il-funzjoni normali tal-forzi tas-suq m'għandhomx ikunu f'periklu. (8) Din id-Direttiva għandha tkopri vetturi u vetturi li m' għadhomx jintużaw, inklużi l-komponenti u l-materjali tagħhom, kif ukoll il-partijiet tas-saħħa u tat-tibdil, mingħajr preġudizzju għall-livelli ta' salvagwardja, emissjonijiet ta' l-arja u kontroll ta' l-istorbju. (9) Din id-Direttiva għandha tiġi mifhuma li sselfet, fejn xieraq, it-terminoloġiji wżati minn diversi direttivi eżistenti, jiġifieri id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE ta' 27 ta' Gunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-klassifikazzjoni, ippakkjar u tikkettjar ta' sustanzi perikolużi [4], id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE ta' 6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi tal-mutur u l-karrijiet tagħhom [5] u d-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart [6]. (10) Vetturi antiki, li tfisser vetturi storiċi jew vetturi ta' valur għall-kollezzjonisti jew maħsuba għal mużewijiet, miżmuma kif mistħoqq u ta' manjiera tajba għall-ambjent, jew lesti għall-użu jew strippjati f'partijiet, mhumiex koperti mid-definizzjoni ta' skart imniżżla mid-Direttiva 75/442/KEE u mhumiex skond l-intenzjoni ta' din id-Direttiva. (11) Huwa importanti li l-miżuri preventivi japplikaw mill-fażi tat-tnissil tal-vettura 'l quddiem u tieħu l-forma, partikolarment, ta' riduzzjoni u kontroll ta' sustanzi perikolużi fil-vetturi, sabiex jipprevjenu r-rilaxx fl-ambjent, biex jiffaċilitaw ir-riċiklar u biex jiġu evitati ir-rimi ta' skart perikoluż. Partikolarment l-użu ta' ċomb, merkurju, cadmium u kromju hexavalentgħandu jkun ipprojbit. Dawn il-metalli tqal għandhom jintużaw biss f'ċerti applikazzjonijiet bi qbil ma' lista li ser tkun riveduta regolarment. Din ser tgħin biex tiżgura li ċerti materjali u komponenti ma jsirux prodotti residwi ta' shredder, u li ma jinħarqux jew jiġu mormija f'miżbla. (12) Ir-riċiklar tal-plastik kollu minn vetturi li m'għadhomx jintużaw għandhom ikunu mtejba kontinwament. Il-Kummissjoni qegħda korrentement teżamina l-impatti ambjentali tal-PVC. Il-Kummissjoni trid, fuq il-bażi ta' dan ix-xogħol, tagħmel proposti kif xieraq għall-użu tal-PVC li jinkludu kunsiderazzjonijiet għall-vetturi. (13) Il-ħtiġijiet għaż-żarmar, l-użu mill-ġdid u r-riċiklar ta' vetturi li m'għadhomx jintużaw u l-komponenti tagħhom għandhom ikunu integrati fid-disinn u l-produzzjoni tal-vetturi ġodda. (14) L-iżvilupp tas-swieq ta' materjali riċiklati għandhom ikunu inkorraġġiti. (15) Sabiex jiżguraw li l-vetturi li m' għadhomx jintużaw huma skartati mingħajr ma' l-ambjent jiġi pperikolat, sistemi ta' ġbir xieraq għandhom jiġu stabbiliti. (16) Ċertifikat ta' distruzzjoni, biex ikun wżat bħala kundizzjoni għat-tneħħija mir-reġistrazzjoni tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw, għandu jiġi introdott. L-Istati Membri mingħajr sistema ta' tneħħija ta' reġistrazzjoni għandhom jagħmlu sistema li skond dan iċ-ċertifikat ta' distruzzjoni huwa nnotifikat lill-awtorità kompetenti rilevanti meta l-vettura li m'għadhex tintuża hija trasferita lil faċilità ta' trattament. (17) Din id-Direttiva ma tipprevenix l-Istati Membri milli jikkonċedu, fejn xieraq, tneħħija mir-reġistrazzjoni temporanja tal-vetturi. (18) Operaturi tal-kollezzjoni u trattament għandhom jitħallew joperaw biss meta huma jirċievu permess jew, fil-każ li reġistrazzjoni hija wżata minflok permess, kundizzjonijiet speċifiċi għandhom jiġu mħarsa. (19) Ir-riċiklaġġ u l-irkupru ta' vetturi għandhom jiġu promossi. (20) Huwa mportanti li jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet għall-operati ta' magazzinaġġ u trattament sabiex jiġu prevenuti impatti negattivi fuq l-ambjent u jiġi evitat il-bidu ta' tagħwwiġ fis-suq u fil-kompetizzjoni. (21) Sabiex jinkisbu riżultati f'perjodu qasir u jingħataw lill-operaturi, lill-klijenti u lill-awtoritjiet pubbliċi l-prospettivi neċessarji għal terminu itwal, miri kwantifikati għall-użu mill-ġdid, riċiklar jew irkupru biex ikun milħuq minn operaturi ekonomiċi għandhom ikunu stabbiliti. (22) Il-produtturi għandhom jiżguraw li l-vetturi huma ddisinjati u mmanifatturati b'tali mod li jħallu l-miri kwantifikati għall-użu mill-ġdid, riċiklar u rkupru jkunu miksuba. Għal dan il-għan il-Kummissjoni trid tmexxi 'l quddiem il-preparazzjoni ta' standards Ewropej u trid tieħu miżuri oħra neċessarji biex temenda l-leġislazzjoni Ewropea pertinenti ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. (23) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-kompetizzjoni ta' din id-Direttiva hija ppriservata, partikolarment rigward l-aċċess ta' intrapriżi żgħar u ta' kobor medju għall-kollezzjoni, żarmar, trattament u s-suq ta' riċiklar. (24) Sabiex jiffaċilitaw iż-żarmar u l-irkupru, partikolarment ir-riċiklar ta' vetturi li ma għadhomx jintużaw, manifatturi tal-vetturi għandhom jipprovdu faċilitajiet ta' trattament awtorizzat bl-informazzjoni kollha rekwiżita taż-żarmar, partikolarment għall-materjali perikolużi. (25) Il-preparazzjoni ta' standards Ewropej, fejn xieraq, għandhom ikun promossi. Il-manifatturi ta' vetturi u l-produtturi ta' materjali għandhom jużaw standards ta' kodiċi ta' komponenti u materjali, stabbiliti mill-Kummissjoni assistiti mill-kumitat rilevanti. Fil-preparazzjoni ta' dawn l-i standards il-Kummissjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni, fejn xieraq, tax-xogħol li għaddej f'dan il-qasam fil-fora rilevanti internazzjonali. (26) L-informazzjoni wiesgħa tal-Komunità dwar vetturi hija meħtieġa sabiex tiġi monitorjata l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet ta' din id-Direttiva. (27) Il-konsumaturi għandhom ikunu nfurmati adegwatament sabiex jaġġustaw l-imġieba u l-attitudnijiet; din l-aħħar informazzjoni għandhom tkun disponibbli mill-operaturi ekonomiċi rilevanti. (28) L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimplimentaw ċerti disposizzjonijiet permezz ta' ftehim mas-settur ekonomiku kkonċernat, basta li ċerti kundizzjonijiet jintlaħqu. (29) L-adattament għal progress xjentifiku u tekniku tal-ħtiġijiet għall-faċilitajiet ta' trattament u għall-użu ta' sustanzi perikolużi u, kif ukoll l-adozzjoni ta' standards minimi għaċ-ċertifikat ta' distruzzjoni, il-formati għall-miżuri ta' database u l-implimentazzjoni neċessarji biex jikkontrollaw in konformità mal-miri kwantifikati għandhom isiru mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-Kumitat. (30) Il-miżuri li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' l-implimentazzjoni tal-poteri konferiti fuq il-Kummissjoni [7]. (31) L-Istati Membri jistgħu japplikaw id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva bil-quddiem mid-data ddikjarata hawnhekk, basta li dawk il-miżuri huma kompatibbli mat-Trattat, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Għanijiet Din id-Direttiva tistipula miżuri li jimmiraw, bħala l-ewwel prijorità, għall-prevenzjoni ta' skart minn vetturi u, b'żieda ma' dan, għall-użu mill-ġdid, riċiklar u forom oħra ta' rkupru ta' vetturi li m' għadhomx jintużaw u l-komponenti tagħhom sabiex jitnaqqas ir-rimi ta' skart, kif ukoll għat-titjib fil-qasam ambjentali ta' l-operaturi ekonomiċi kollha fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-vetturi u speċjalment ta' l-operaturi involuti direttament fit-trattament tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' din id-Direttiva: 1. "vettura" tfisser kull vettura deskritta bħala kategorija M1 jew N1 definita fl-Anness IIA tad-Direttiva 70/156/KEE, u vettura tal-mutur bi tliet roti kif definiti fid-Direttiva 92/61/KEE, imma b'esklużjoni ta' triċikletta bil-mutur; 2. "vettura li m'għadhiex tintuża" tfisser vettura li hija skart fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 75/442/KEE; 3. "Produttur" tfisser il-manifattur tal-vettura jew l-importatur professjonali tal-vettura fl-Istat Membru; 4. "prevenzjoni" tfisser miżuri mmirati għat-tnaqqis ta' kwantità u l-ħsara għall-ambjent tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw, il-materjali u s-sustanzi tagħhom; 5. "trattament" tfisser kull attività wara li l-vetturi li m'għadhomx jintużaw ġew mogħtija lil faċilità biex ma' jħammġux, għaż-żarmar, għax-shearing, għat-tqattiegħ, għall-irkupru jew preparazzjoni għar-rimi ta' skart imqatta', u kull operat ieħor imwettaq għall-irkupru u/jew rimi ta' vettura li m'għadhiex tintuża u l-komponenti tagħha; 6. "użu mill-ġdid" tfisser kull operat grazzi għal liema l-komponenti tal-vetturi li m' għadhomx jintużaw huma wżati għall-istess għan għal dak li huma kienu maħsuba; 7. "riċiklar" tfisser l-ipproċessar mill-ġdid fil-proċess ta' produzzjoni ta' materjali ta' skart għall-għan oriġinali jew għal għanijiet oħrajn imma bl-esklużjoni ta' rkupru ta' enerġija. L-irkupru ta' enerġija tfisser l-użu ta' skart kombustibbili bħala mezz biex jiġġenera enerġija minn inċineratur dirett bi jew mingħajr skart ieħor imma bl-irkupru tas-sħana; 8. "rkupru" tfisser xi waħda mill-operazzjonijiet applikabbli previsti fl-Anness IIB tad-Direttiva 75/442/KEE; 9. "rimi" tfisser waħda mill-operazzjonijiet applikabbli previsti fl-Anness IIA tad-Direttiva 75/442/KEE; 10. "operaturi ekonomiċi" tfisser produtturi, distributuri, kolletturi, kumpanniji ta' l-assigurazzjoni ta' vetturi tal-mutur, dawk li jżarmaw, shredders, dawk li jirkupraw, dawk li jirriċiklaw u operaturi ta' trattament ta' vetturi li m' għadhomx jintużaw; 11. "sustanzi perikolużi" tfisser kull sustanza li hija kkunsidrata li hija perikoluża skond id-Direttiva 67/548/KEE; 12. "shredder" tfisser kull mezz użat biex iqatta' f'biċċiet jew fi frammenti lill-vetturi li m'għadhomx jintużaw, b'inklużjoni għall-għan li tottjeni direttament skrapp tal-metall li jintuża mill-ġdid; 13. "informazzjoni taż-żarmar" tfisser kull informazzjoni meħtieġa għal trattament korrett u tajjeb għall-ambjent tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw. Għandha tkun disponibbli lill-faċilitajiet ta' trattament awtorizzati minn manifatturi tal-vetturi u produtturi tal-komponenti fil-forma ta' manwali jew b'mezzi elettroniċi tal-medja (eż. CD-ROM, servizzi on-line) Artikolu 3 Skop 1. Din id-Direttiva għandha tkopri vetturi u vetturi li m' għadhomx jintużaw, inklużi l-komponenti tagħhom u l-materjali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, din għandha tapplika irrispettivament għal kif il-vettura ġiet mogħtija servizz jew irranġata matul l-użu u irrispettivament jekk hiex ekwipaġġata b'komponenti akkwistati minn produttur jew b'komponenti oħra bħala spare jew replacement parts li huma bi qbil mad-disposizzjonijiet xierqa tal-Komunità jew id-disposizzjonijiet domestiċi. 2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudiżżju għall-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità u l-leġislazzjoni rilevanti nazzjonali, partikolarment rigward il-livelli ta' salvagwardja, emissjonijiet ta' l-arja u kontrolli ta' l-istorbju u protezzjoni tal-ħamrija u ilma. 3. Meta produttur jagħmel jew jimporta biss vetturi li huma eżenti mid-Direttiva 70/156/ KEE bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(2)(a) tagħha, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-produttur u l-vetturi tiegħu mill-Artikoli 7(4), 8 u 9 ta' din id-Direttiva. 4. Vetturi b'għan speċjali kif definita fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom jiġu esklużi mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva. 5. Għall-vetturi bi tliet roti bil-mutur l-Artikoli 5(1), 5(2) u 6 biss ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw. Artikolu 4 Prevenzjoni 1. Sabiex imexxu 'l quddiem il-prevenzjoni ta' l-iskart, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, partikolarment: (a) fabbrikanti tal-vetturi, f'koperazzjoni ma' manifatturi ta' materjal u apparat, jillimitaw l-użu ta' sustanzi perikolużi f'vetturi u li jnaqqsuhom sakemm possibbli mit-tnissil tal-vettura 'l quddiem, sabiex partikolarment jipprevjenu r-rilaxx fl-ambjent, jagħmlu r-riċiklaġġ aktar faċli, u jevitaw il-bżonn li jintrema skart perikoluż; (b) id-disinn u l-produzzjoni ta' vetturi ġodda li jieħdu in kunsiderazzjoni u jiffaċilitaw iż-żarmar, l-użu mill-ġdid u l-irkupru, partikolarment ir-riċiklaġġ, tal-vetturi li m' għadhomx jintużaw, il-komponenti u l-materjali tagħhom; (ċ) vetturi manifatturati, bi ftehim ma' manifatturi ta' materjal u apparat, għal integrazzjoni u tnaqqis ta' kwantità ta' materjal riċiklat f'vetturi u prodotti oħra, sabiex jiżviluppa s-suq għal materjal riċiklat. 2. (a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjali u l-komponenti tal-vetturi mpoġġija fis-suq wara l-1 ta' Lulju 2003 m'għandhomx ikollhom ċomb, merkurju, kadmju jew kromju hexavalent f'każijiet oħra elenkati fl-Anness II skond il-kundizzjonijiet speċifikati hawnhekk; (b) skond il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 11 il-Kummissjoni għandha fuq bażi regolari, skond progress tekniku u xjentifiku, temenda l-Anness II, f' każ li: (i) kif neċessarju, jistabilixxu valuri ta' konċentrazzjoni massima sa liema l-eżistenza ta' sostanzi msemmija fis-subparagrafu (a) f'materjali speċifiċi u komponenti ta' vetturi għandhom ikunu tollerati; (ii) ċerti materjali eżenti u komponenti ta' vetturi mid-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (a) jekk l-użu ta' dawn is-sustanzi ma' tistax teħles minnhom; (iii) materjali mħassra u komponenti tal-vetturi milll-Anness II jekk l-użu ta' dawn is-sustanzi ma' tistax teħles minnhom; (iv) skond il-punti (i) u (ii) semmi dawn il-materjali u komponenti tal-vetturi mqassma qabel trattament ieħor; għandhom ikollhom tikketta jew magħmulin identifikabbli minn mezzi oħra xierqa (ċ) il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness II għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-21 ta' Ottubru 2001. F'kull każ l-ebda eżenzjoni elenkata hawn m'għandha tiġi mħassra mill-Anness qabel l-1 ta' Jannar 2003. Artikolu 5 Ġbir 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jassiguraw: - li l-operaturi ekonomiċi jistabbilixxu sistemi għall-kollezzjoni ta' vetturi li ma għadhomx jintużaw u, sakemm hu teknikament possibbli, skart ta' partijiet użati mneħħija meta karozzi tal-passiġġieri huma rranġati, - id-disponibilità adegwata tal-faċilitajiet ta' ġbir fit-territorju tagħhom. 2. L-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li l-vetturi li m'għadhomx jintużaw huma trasferiti lill-faċilitajiet ta' trattament awtorizzati. 3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li permezz tagħha presentazzjoni ta' ċertifikat ta' tkissir hi kundizzjoni għad-dereġistrazzjoni tal-vettura li m'għadhiex tintuża. Dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ lid-detentur u/jew sid meta l-vettura li m'għadhiex tintuża hi trasferita għall-faċilità ta' trattament. Faċilitajiet ta' trattament, li kisbu permess bi qbil ma' l-Artikolu 6, għandhom ikollhom permess li joħorġu ċertifikat ta' distruzzjoni. L-Istati Membri jistgħu jħallu lil produtturi, negozjanti u kolletturi f'isem faċilità ta' trattament awtorizzata li joħorġu ċertifikati ta' distruzzjoni basta jiggarantixxu li l-vettura li m'għadhiex tintuża hi trasferita lill-faċilità ta' trattament awtorizzata u sakemm huma reġistrati ma' awtoritajiet pubbliċi. Ħruġ ta' ċertifikati ta' distruzzjoni minn faċilitajiet ta' trattament jew negozjanti jew kolletturi f'isem faċilità ta' trattament awtorizzata m'għandux jintitolahom għal xi rimbors finanzjarju, ħlief f'każi fejn dan kien irranġat b'mod espliċitu mill-Istati Membri. L-Istati Membri li m'għandhomx sistema ta' dereġistrazzjoni fid-data tal-bidu tas-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom jistabbilixxu sistema li biha ċertifikat ta' distruzzjoni ikun notifikat lill-awtorità kompetenti rilevanti meta l-vettura li tkun waslet fl-aħħar hija trasferita għal faċilità ta' trattament u għandha b'mod ieħor tkun konformi mal-provvedimenti ta' dan il-paragrafu. L-Istati Membri li jagħmlu użu min dan is-subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet tagħhom. 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-konsenja tal-vettura għall-faċilità ta' trattament awtorizzata skond il-paragrafu 3 isseħħ mingħajr spiża għall-aħħar detentur u/jew sid billi il-vettura m'għandhiex valur jew għandha valur negattiv fis-suq. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-produtturi jħallsu l-ispejjeż kollha, jew parti sostanzjali minnhom, meta tiġi implimentata din il-miżura u/jew jieħdu lura l-vettura li m'għadhiex tintuża bl-istess kundizzjonijiet kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-konsenja tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw m'humiex kollha b'xejn jekk il-vettura li m'għadhiex tintuża ma jkollhiex komponenti essenzjali tal-vettura, partikolarment il-magna u coachwork, jew li jkun fihom skart li ġie miżjud fil-vettura li m'għadhiex tintuża. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment l-implimentazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu biex tiżgura li dan ma jirriżultax f'tgħawwiġ tas-suq, u jekk neċessarju tipproponi lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill emendi għalih. 5. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirrikonoxxu b'mod reċiproku u jaċċertaw iċ-ċertifikati ta' distruzzjoni maħruġa fi Stati Membri oħra skond il-paragrafu 3. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, mhux iktar tard mill-21 ta' Ottubru 2001 il-bżonnijiet minimi meħtieġa għaċ-ċertifikat ta' distruzzjoni. Artikolu 6 Trattament 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-vetturi li m' għadhomx jintużaw ikunu maħżuna (anke temporanjament) u trattati skond il-bżonnijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/442/KEE, u b'konformità mal-bżonnijiet minimi tekniċi stipulati fl-Anness I ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-regolamenti nazzjonali dwar is-saħħa u l-ambjent. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li kull stabbiliment jew kumpanija li jwettqu ħidma ta' trattament jiksbu permess minn jew reġistrat ma' l-awtorità kompetenti, b'konformità ma' l-Artikoli 9, 10 u 11 tad-Direttiva 75/442/KEE. Id-deroga għall-permess meħtieġ imsemmi fl-Artikolu 11(1)(b) tad-Direttiva 75/442/KEE tistà tapplika għall-operazzjonijiet ta' rkupru dwar skart ta' vetturi li m' għadhomx jintużaw wara li ġew trattati skond l-Anness 1(3) ta' din id-Direttiva jekk hemm spezzjoni minn awtoritajiet kompetenti qabel ir-reġistrazzjoni. Din l-ispezzjoni għandha tivverifika: (a) tip u kwantitajiet ta' skart li ser ikun trattat; (b) ħtiġijiet ġenerali tekniċi li għandhom ikunu rispettati; (ċ) prekawzjonijiet ta' sigurtà li għandhom jiġu meħuda, biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/442/KEE. Din l-ispezzjoni għandha ssir darba f'sena. L-Istati Membri li jużaw id-deroga għandhom jibagħtu r-riżultati lill-Kummissjoni. 3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li kull stabbiliment jew kumpanija li twettaq operazzjoni ta' trattament jissodisfaw mill-inqas l-obbligi li ġejjin skond l-Anness I: (a) vetturi li m' għadhomx jintużaw għandhom jiġu żarmati qabel trattament ieħor jew isiru arranġamenti ekwivalenti oħra biex inaqqsu kull impatt kontra l-ambjent. Komponenti jew materjali tikkettjati jew inkella magħmula identifikabbli skond l-Artikolu 4(2) għandhom jiġu żarmati qabel trattament ieħor; (b) materjali perikolużi u komponenti għandhom jiġu mneħħija u mwarrba b'mod magħżul biex ma jikkontaminawx skart li jkun imqatta' wara minn vetturi li m'għadhomx jintużaw; (ċ) operazzjonijiet għaż-żarmar u l-ħażna għandhom jiġu mwettqa b'mod li jiżguraw l-istabbilità ta' komponenti ta' vetturi biex jerġgħu jintużaw u jkunu rkuprati, u partikolarment għar-riċiklaġġ. Operazzjonijiet ta' trattament għall-dekontaminazzjoni ta' vetturi li m'għadhomx jintużaw kif imsemmija fl-Anness I (3) għandhom jiġu mwettqa malajr kemm jistà jkun. 4. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-permess jew reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jinkludu l-kundizzjonijiet kollha neċessarji għall-konformità mal-ħtiġijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3. 5. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-istabbilimenti jew kumpaniji li jwettqu l-operazzjonijiet ta' trattament biex jintroduċu sistemi ta' maniġġjar ċertifikati għall-ambjent. Artikolu 7 Użu mill-ġdid u rkupru 1. L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri neċessarji biex jinkoraġġixxu li l-komponenti li jistgħu jintużaw għal darb'oħra huma adattati biex jerġgħu jintużaw, l-irkupru tal-komponenti li ma' jistgħux jintużaw għal darb'oħra u l-preferenza mogħtija għal riċiklaġġ meta jkun vijabbli għall-ambjent, mingħajr preġudizzju għal bżonnijiet għas-sigurtà tal-vetturi u l-bżonnijiet ambjentali bħal emissjonijiet fl-arja u kontroll tal-ħoss. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-miri li ġejjin jistgħu jintlaħqu mill-operaturi ekomomiċi: (a) mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2006, għal kull vettura li m'għadhiex tintuża, l-użu għal darb'oħra u l-irkupru għandhom jigu miżjuda għal minimu ta' 85 % b'piż medju ta' kull vettura u sena. Fl-istess żmien l-użu mill-ġdid u riċiklaġġ għandhom jiżdiedu għall-minimu ta' 80 % b'medja ta' piż ta' vettura u sena; għal vetturi li ġew manufatturati qabel l-1 ta' Jannar 1980, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw miri iktar baxxi imma mhux inqas minn 75 % għal użu mill-ġdid u rkupru u mhux inqas min 70 % għal użu mill-ġdid u riċiklaġġ. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn dan is-subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra bir-raġunijiet tagħhom. (b) mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2015, għal kull vettura li m'għadhiex tintuża, l-użu mill-ġdid u l-irkupru għandu jiżdied għal minimu ta' 95 % b'piż medju ta' vettura u sena. Fl-istess limitu ta' żmien, l-użu mill-ġdid u riċiklaġġ irid jiżdied għal minimu ta' 85 % b'piż medju ta' vettura u sena. Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jerġgħu jeżaminaw l-miri msemmija fil-paragrafu (b) fuq ir-rapport bażiku tal-Kummissjoni, akkompanjat minn proposta. Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni trid tieħu in kunsiderazzjoni l-iżvilupp tal-materjal li bih huma magħmulin il-vetturi u kull aspett ieħor rilevanti għall-ambjent relatat mal-vetturi. Il-Kummissjoni trid, skond il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 11, tistabbilixxi r-regoli dettaljati neċessarji biex jikkontrollaw il-konformità ta' l-Istati Membri mal-miri stipulati f'dan il-paragrafu. Meta tagħmel dan il-Kummissjoni għandha tikkunsidra fatturi rilevanti, inter alia d-disponibbilità tad-data u l-kwistjoni ta' esportazzjoni u importazzjoni ta' vetturi li m' għadhomx jintużaw. Il-Kummissjoni għandha tieħu din il-miżura mhux iktar tard mill-21 ta' Ottubru 2002. 3. Fuq il-bażi tal-proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jistabbilixxu miri għall-użu mill-ġdid u rkupru u użu mill-ġdid u riċiklaġġ għas-snin wara l-2015. 4. Biex tipprepara emendi għad-Direttiva 70/156/KEE, il-Kummissjoni għandha tippromwovi il-preparazzjoni ta' livelli Ewropej relatati maż-żarmar, irkupru u riċiklaġġ tal-vetturi. La darba l-livelli huma miftehma, imma f'kull każ mhux iktar tard mill-2001, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandhom jemendaw id-Direttiva 70/156/KEE li l-vetturi ta' tip approvat skond id-Direttiva u mpoġġija fis-suq wara tliet snin wara li jsiru emendi għad-Direttiva 70/156/KEE huma wżati mill-ġdid u/jew riċiklati għal minimu ta' 85 % bil-piż ta' vettura u jerġgħu jistgħu jintużaw u/jew ikunu rkuprati għal minimu ta' 95 % bil-piż ta' vettura. 5. Waqt li qed tipproponi l-emenda għad-Direttiva 70/156/KEE relatata ma' l-abilità għaż-żarmar, irkupru u riċiklaġġ ta' vetturi, il-Kummissjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni kif xieraq tal-bżonn biex jiżgura li l-użu ta' komponenti għal darb'oħra ma' jagħtix lok għal perikoli għas-sigurtà jew l-ambjent. Artikolu 8 Standards ta' kodifikazzjoni/informazzjoni dwar żarmar 1. L-Istati Membri jridu jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-produtturi, miftehma ma' fabbrikanti tal-materjali u apparat, jużaw standards ta' kodifikazzjoni ta' komponenti u materjal, partikolarment biex jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta' dawn il-komponenti u l-materjali li huma adattati biex jerġgħu jintużaw u jiġu rkuprati. 2. Mhux iktar tard mill-21 ta' Ottubru 2001 il-Kummissjoni għandha, skond il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 11 tistabbilixxi l-i standards imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Kif tagħmel hekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra x-xogħol li qed isir f'dan il-qasam fil-fora internazzjonali rilevanti u tikkontribwixxi għal dan ix-xogħol kif xieraq. 3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-produtturi jipprovdu informazzjoni ta' żarmar għal kull tip ta' vettura ġdida mpoġġija fis-suq fi żmien sitt xhur wara li l-vettura tpoġġiet fis-suq. Din l-informazzjoni għandha tidentifika, sakemm hija meħtieġa mill-faċilitajiet ta' trattament biex ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-komponenti u materjali ta' vetturi differenti, u l-post fejn ikunu s-sustanzi perikolużi fil-vetturi, partikolarment biex jinkisbu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 7. 4. Mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità tal-kummerċ u l-industrija, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li fabbrikanti tal-komponenti wżati fil-vetturi jagħmlu disponibbli lill-faċilitajiet ta' trattament awtorizzati, sakemm ikun mitlub minn dawn il-faċilitajiet, l-informazzjoni xierqa konċernata għal żarmar, ħażna u testijiet ta' komponenti li jistgħu jerġgħu jintużaw. Artikolu 9 Rappurtaġġ u informazzjoni 1. F'intervalli ta' tliet snin l-Istati Membri għandhom jibgħatu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jsir fuq bażi ta' kwestjonarju jew format abbozzat mill-Kummissjoni skond il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE [8] bil-għan li jistabbilixxu databases dwar vetturi li m' għadhomx jintużaw u t-trattament tagħhom. Ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni rilevanti fuq bidliet possibbli fl-istruttura tan-negozju ta' vetturi bil-mutur u ta' l-industriji ta' konsenja, żarmar, tqattigħ, irkupru u riċiklaġġ, li jistgħu jwasslu għal tgħawwiġ fil-kompetizzjoni bejn jew ma' l-Istati Membri. Il-kwestjonarju jew format għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel il-bidu tal-perjodu kopert minn dan ir-rapport. Ir-rapport għandu jkun magħmul lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mill-perijodu ta' tliet snin kopert minnu. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu ta' tliet snin mill-21 ta' April 2002. Ibbażat fuq l-informazzjoni ta' hawn fuq il-Kummissjoni għandha tippublika rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fi żmien disa' xhur li tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu f'kull każ mill-operaturi rilevanti ekonomiċi li jippublikaw l-informazzajoni dwar: - id-disinn tal-vetturi u l-komponenti tagħhom biex huma jkunu jistgħu jiġu rkuprati u riċiklati, - it-trattament ambjentalment sod tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw, partikolarment it-tneħħija tal-fluwidi kollha u ż-żarmar, - l-iżvilupp u l-modi ottimali għall-użu mill-ġdid, riċiklar u rkupru tal-vetturi li m' għadhomx jintużaw u l-komponenti tagħhom, - il-progress milħuq rigward l-irkupru u r-riċiklaġġ biex jitnaqqas l-iskart li għandu jintrema u ż-żjieda ta' rati ta' rranġar u riċiklaġġ. Il-Produtturi għandhom jagħmlu din l-informazzjoni aċċessibbli lil xerrejja prospettivi tal-vetturi. Trid tkun inkluża fil-letteratura promozzjonali wżata fis-suq tal-vetturi ġodda. Artikolu 10 Implimentazzjoni 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-21 ta' April 2002. Huma għandhom immedjatament jinformaw lill-Kummissjoni biha. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew inkella akkompanjati minn riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membrii għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi domestika li minnhom huma adottaw fil-qasam governat minn din id-Direttiva. 3. Dment li l-għanijiet stipulati fid-Direttiva huma miksuba, l-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-disposizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4(1), 5(1), 7(1), 8(1), 8(3) u 9(2) u r-regoli dettaljati speċifikati ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 5(4) bi ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi konċernati. Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu skond il-ħtiġijiet li ġejjin (a) l-arranġamenti għandhom ikunu jistgħu jiġu infurzati (b) l-arranġamenti għandhom bżonn li jispeċifikaw l-għanijiet flimkien maż-żminijiet limitu li jikkorrispondu magħhom; (ċ) l-arranġamenti għandhom ikunu pubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew f'dokument uffiċjali ugwalment aċċessibbli għall-pubbliku u trasmessi lill-Kummissjoni; (d) ir-riżultati mwettqa skond qbil għandhom ikunu sorveljati regolarment, rappuratati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni u magħmulin disponibbli għall-pubbliku skond kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim; (e) l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu disposizzjonijiet biex jeżaminaw il-progress li jintlaħaq fi ftehim; (f) f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-ftehim l-Istati Membri jridu jimplimentaw id-disposizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva b'miżuri leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi. Artikolu 11 Proċeduri tal-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE, hawnhekk imsemmi bħala "il-Kumitat". 2. Meta riferenza hija magħmula għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad- Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu. 4. Il-Kummissjoni, skond il-proċeduri stipulati f'dan l-Artikolu, għandha tadotta: (a) il-ħtiġijiet minimi, kif imsemmijin fl-Artikolu 5(5), għaċ-ċertifikat ta' distruzzjoni; (b) ir-regoli dettaljati msemmijin fl-Artikolu 7(2), it-tielet subparagrafu; (ċ) il-formati li jirrelataw mas-sistema ta' database imsemmijin fl-Artikolu 9; (d) l-emendi neċessarji għall-adattazzjoni ta' l-Annessi ma' din id-Direttiva għall-progress xjentifiku u tekniku. Artikolu 12 Dħul fis-seħħ 1. Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. 2. L-Artikolu 5(4) għandu japplika: - mill-1 ta' Lulju 2002 għal vetturi mpoġġija fis-suq minn din id-data, - mill-1 ta' Jannar 2007 għal vetturi mpoġġija fis-suq qabel id-data msemmija fl-ewwel inċiż. 3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikolu 5(4) qabel id-dati stipulati fil-paragrafu 2. Artikolu 13 Lil min hi indirizzata Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Settembru 2000. Għall-Parlament Ewropew Il-President N. Fontaine Għall-Kunsill Il-President H. Védrine [1] ĠU C 337, tas-7.11.1997, p. 3, uĠU C 156, tat-3.6.1999, p. 5. [2] ĠU C 129, tas-27.4.1998, p. 44. [3] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-11 ta' Frar 1999 (ĠU C 150, tat-28.5.1999, p. 420), il-Posizzjoni tal-Kunsill Komuni tad-29 ta' Lulju 1999 (ĠU C 317, ta' l-4.11.1999, p. 19) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2000 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Lulju 2000 u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Settembru 2000. [4] ĠU C 196, tas-16.8.1967, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/98/KE (ĠU L 355, tat-30.12.1998, p. 1). [5] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25). [6] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE (ĠU L 135, tas-6.6.1996, p. 32). [7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23. [8] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48. -------------------------------------------------- ANNESS I Il-bżonnijiet minimi tekniċi għat-trattament skond l-Artikolu 6(1) u (3) 1. Siti għall-ħażna (inkluża ħażna temporanja) ta' vetturi li m' għadhomx jintużaw qabel it-trattament tagħhom: - uċuħ impermeabbli għal żoni xierqa bid-disponibbilità ta' ġbir ta' tixrid, reċipjenti u cleanser-degreasers, - apparat għat-trattament ta' l-ilma, inkluż l-ilma tax-xita, b'konformità mar-regolamenti dwar is-saħħa u l-ambjent. 2. Siti għal trattament: - uċuħ impermeabbli għal żoni xierqa bid-disponibbilità ta' ġbir ta' tixrid, reċipjenti u cleanser-degreasers, - ħażna xierqa għal partijiet li żżarmaw, inkluża ħażna impermeabbli għal partijiet kontaminati biż-żejt, - reċipjenti xierqa għal ħażna ta' batteriji (b'newtralizzazzjoni electrolyte fuq is-sit jew x'imkien ieħor), filtri u kondensers li jkun fihom PCB/PCT, - ħażna ta' tankijiet xierqa għal ħażna segregata ta' fluwidi ta' vetturi li m' għadhomx jintużaw: karburanti, żejt tal-magni, żejt tal-gearbox, żejt ta' trasmissjoni, żejt idrawliku, likwidi li jkessħu, li ma' jiffriżawx, fluwidi tal-brejkijiet, aċidi tal-batterija, fluwidi tas-sistema ta' l-arja kundizzjonata u kull fluwidu ieħor li jkun jinsab fil-vettura li m'għadhiex tintuża, - apparat għat-trattament ta' l-ilma, inkluż l-ilma tax-xita, b'konformità mar-regolamenti dwar is-saħħa u l-ambjent - ħażna xierqa għal tyres użati, inkluża l-prevenzjoni ta' perikolu ta' ħruq u kumulu eċċessiv. 3. Operazzjonijiet ta' trattamenti għal dekontaminazzjoni tal-vetturi li m'għadhomx jintużaw: - tneħħija ta' batteriji u tankijiet tal-gass likwifikat, - tneħħija jew newtralizzazzjoni ta' komponenti potenzjalment esplossivi, (p.eż. air bags), - tneħħija u kollezzjoni separata u ħażna ta' karburanti, żejt tal-magna, żejt ta' trasmissjoni, żejt tal-gearbox, żejt idrawliku, likwidi li jkessħu, li ma' jiffriżawx, fluwidi tal-brejkijiet, fluwidi tas-sistema ta' l-arja kundizzjonata u kull fluwidu ieħor li jkun jinsab fil-vettura li m'għadhiex tintuża, jekk mhumiex neċessarji għall-użu mill-ġdid tal-partjiet konċernati, - tneħħija, sakemm hu possibbli, tal-komponenti kollha identifikati li jkun fihom il-merkurju. 4. Operazzjonijiet ta' trattament biex jippromwovi r-riċiklaġġ: - tneħħija jew katalizzaturi, - tneħħija ta' komponenti mettaliċi li jkun fihom ram aħmar, aluminju u manjeżju jekk dawn il-metalli mhumiex imwarrba fil-proċess ta' tqattiegħ, - tneħħija ta' tyres u komponenti kbar tal-plastik (bampers, dexxbord, fluwidi li jkunu jinsabu fihom, eċċ), jekk dawn il-materjali mhumiex imwarrba fil-proċess ta' tqattiegħ b'mod li huma jaffettwaw ir-riċiklaġġ bħala materjali, - tneħħija ta' ħġieġ. 5. Operazzjonijiet tal-ħażna għandhom jiġu mwettqa biex jevitaw ħsara lil komponenti li jkun fihom il-fluwidi jew komponenti li jistgħu jiġu rkuprati u partijiet spare. -------------------------------------------------- L-ANNESS II Materjali u komponenti ezenti mill-Artikolu 4(2)(a) Materjali u komponenti | Biex isir tikkettjar jew magħmul jintgħaraf bi qbil ma’ l-Artikolu 4(2)(b)(iv) | Ċomb bħala element miksi bil-ħadid 1.Azzar (inkluż azzar galvanizzat) li fih sa 0,35 % ċomb bl-użin | | 2.Aluminju li fih sa 4 % ċomb bl-użin | | 3.Aluminju (fir-rimmijiet tar-roti, partijiet tal-magna u lieva tat-twieqi) li fih sa 4 % ċomb bl-użin | X | 4.Ram aħmar miksi bil-ħadid li fih sa 4 % ċomb bl-użin | | 5.Ċomb/bronż bearing-shells u bushes | | Ċomb u komposti taċ-ċomb fil-komponenti 6.Batteriji | X | 7.Kisi ġewwa t-tankijiet tal-petrol | X | 8.Dampers li jivvibraw | X | 9.Aġent ivvulkanizzat għall-pressjoni għolja jew pajpijiet tal-karburant | | 10.Stabbilizzant f'żebgħa protettiva | | 11.Stann f’circuit boards elettroniċi u tagħmir ieħor | | Hexavalent chromium 12.Kisi li jipprevjeni l-korrużjoni fuq numru ta' komponenti kjavi ta' vetturi (massimu ta' 2 g kull vettura) | | Merkurju 13.Bozoz u panel ta' l-istrumenti li jidhru | X | Fil-proċeduri msemmija fl-Artikolu 4(2)(b), il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjonijiet li ġejjin: - ċomb bħala liga fl-aluminju fir-rimmijiet tar-rota, partijiet tal-magna u lieva tat-twieqi - ċomb fil-batteriji - ċomb fil-piż tal-bilanċ - komponenti elettroniċi li jkun fihom ċomb fil-ħġieġ jew fit-taħlita taċ-ċeramika matriċi - kadmju fil-batteriji għall-vetturi elettroniċi bħala kwistjoni ta' prijorità, biex jiġi stabbilit malajr kemm jista jkun jekk l-Anness II għandux jiġi hekk emendat. Rigward il-kadmju fil-batteriji għal vetturi elettroniċi, il-Kummissjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2)b u fl-assessjar ambjentali sħiħ, id-disponibilità ta' sostituti kif ukoll il-bżonn li ssir manutenzjoni ta' vetturi elettroniċi. --------------------------------------------------