Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000L0028

    Id-Direttiva 2000/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 li temenda d-Direttiva 2000/12/KE rigward il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

    ĠU L 275, 27.10.2000, p. 37–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/07/2006; Impliċitament imħassar minn 32006L0048

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/28/oj

    32000L0028



    Official Journal L 275 , 27/10/2000 P. 0037 - 0038


    Id-Direttiva 2000/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tat-18 ta’ Settembru 2000

    li temenda d-Direttiva 2000/12/KE rigward il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, u partikolarment l-ewwel u t-tielet sentenza ta’ Artikolu 47(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew [3],

    Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura esiġita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

    Billi:

    (1) Bi qbil ma l-objettivi tat-Trattat, huwa mixtieq li jkun imħeġġeġ żvilupp armonizzat ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu matul il-Komunità kollha, partikolarment rigward il-ħruġ ta’ flus elettroniċi.

    (2) Ċerti istituzzjonijiet jillimitaw l-attività tagħhom primarjament għal ħruġ ta’ flus elettroniċi. Biex ikun evitat tgħawwiġ ta’ kompetizzjoni bejn dawk li joħorġu flus elettroniċi, anki f’dak li jirrigwardja l-applikar ta’ miżuri ta’ strateġija monetarja, huwa rrakkomandat li dawn l-istituzzjonijiet, suġġetti għal dispożizzjonijiet xierqa u speċifiċi li jieħdu akkont tal-karatteristiċi speċjali tagħhom, jingiebu fi ħdan il-kamp tad-Direttiva 2000/12/KE [5].

    (3) Huwa rrakkomandat, bħala konsegwenza, li tigi estiża għal dawn l-istituzzjonijiet id-definizzjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jipprovdi għalihom l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/12/KE.

    (4) Id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-bidu, it-tkomplija u s-superviżjoni prudenti tal-kummerċ ta’ l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi [6] tiddefinixxi l-istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi.

    (5) Huwa meħtieġ li l-flus elettroniċi jkunu jistgħu jissarrfu biex jassiguraw il-fiduċja ta’ min għandu minnhom,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    L-Artikolu 1

    Id-Direttiva 2000/12/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1. L-Artikolu 1, il-punt 1, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan it-test li ġej:

    "1. "Istituzzjoni ta’ kreditu" għandha tfisser:

    (a) intrapriża li n-negozju tagħha jkun li tirċievi depositi jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku u li tagħti kreditu mill-kont tagħha; jew

    (b) istituzzjoni ta’ flus elettroniċi fil-qofol ta’ dak li tfisser id-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-bidu, it-tkomplija u s-superviżjoni prudenti tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi [7]."

    2. Dan l-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud mat-Titolu V:

    "L-Artikolu 33a

    L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/46/KE għandu jkun applikabbli għal istituzzjonijiet ta’ kreditu."

    L-Artikolu 2

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mis-27 ta’ April 2002. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex jagħmlu din ir-referenza għandhom ikunu esiġiti mill-Istati Membri.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    L-Artikolu 3

    Dan id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Settembru 2000.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    N. Fontaine

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. Védrine

    [1] ĠU C 317, tal-15.10.1998, p. 12.

    [2] ĠU C 101, tat-12.4.1999, p. 64.

    [3] ĠU C 189, tas-6.7.1999, p. 7.

    [4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ April 1999 (ĠU C 219, tat-30.7.1999, p. 421), ikkonfermata fis-27 ta’ Ottubru 1999, il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 1999 (ĠU C 26, tat-28.1.2000, p. 12) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2000 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [5] Id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1).

    [6] Ara paġna 39 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    [7] ĠU L 275, tas-27.10.2000, p. 39.

    --------------------------------------------------

    Top