EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000L0006

L-Erbgħa u Għoxrin Direttiva tal-Kummissjoni 2000/6/KE tad-29 ta' Frar 2000 li taddatta għall-progress tekniku l-Annessi II, III, VI u VII għad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċiTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 56, 1.3.2000, p. 42–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/6/oj

32000L0006



Official Journal L 056 , 01/03/2000 P. 0042 - 0046


L-Erbgħa u Għoxrin Direttiva tal-Kummissjoni 2000/6/KE

tad-29 ta' Frar 2000

li taddatta għall-progress tekniku l-Annessi II, III, VI u VII għad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' prodotti kosmetiċi [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/62/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kkunsultat lill-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti Kosmetiċi u Prodotti Mhux ta' l-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi,

Billi:

(1) Derivati tax-xaħam tad-dam, bħal aċidi grassi, gliċerina, esters ta' l-aċidi grassi u sapun u alkoħol grass, ammini grassi u amidi grassi miksubin minnhom, huma kkunsidrati tajbin għall-użu fil-manufattura ta' prodotti kosmetiċi f'dak li għandu x'jaqsam mar-riskju li toħroġ l-i spongiform encephalopathies li tittieħed jekk ikunu ppreparati bi qbil strett mal-proċessi fiżiku-kimikali li fihom it-temperatura hija l-parametru deċiżiv li fuqu jiddependu l-kundizzjonijiet ta' pressjoni li jikkorrespondu. L-Anness II għad-Direttiva msemmija fuq għandu għalhekk jiġi emendat bix-xieraq.

(2) Intwera li joħorġu effetti sekondarji li jikkawżaw ħsara minn użu fit-tul tal-hydroquinone bħala krema li tiċċara l-ġilda. Dan l-użu partikolari ta' hydroquinone għalhekk ma għandux ikun awtorizzat, li jfisser li hemm bżonn li tkun emendata l-I Parti ta' l-Anness III għad-Direttiva msemmija fuq. Studji juru wkoll li l-konċentrazzjoni ta' hydroquinone użat f'żebgħa tax-xagħar ma għandhiex effetti li jagħmlu ħsara għas-saħħa jekk ma taqbiżx 0,3 %. L-I Parti I ta' l-Anness III għad-Direttiva msemmija fuq għandha tkun emendata bix-xieraq.

(3) Fuq il-bażi ta' informazzjoni xjentifika ġdida, benzalkonium chloride, bromide u saccharinate riċentament ġew miżjuda mal-lista ta' sostanzi li jistgħu jintużaw bħala preservattivi fil-manufattura ta' prodotti kosmetiċi stabbiliti fl-1 Parti ta' l-Anness VI għad-Direttiva msemmija fuq. Fid-dawl ta' l-esperjenza, hija wkoll aċċettabbli li jintużaw dawn l-imluħa benzalkonium għal għanijiet oħra fi prodotti kosmetiċi, skond it-tul tal-katina tal-karbonju tagħhom, sakemm jiġu osservati l-ogħla konċentrazzjonijiet awtoriżżati. Għalhekk dawn il-karatteristiċi speċifiċi jiġġustifikaw l-inklużjoni tagħhom fil-lista, l-1 Parti ta' l-Anness III.

(4) L-industrija tal-kosmetiċi pprovdiet informazzjoni xjentifika ġdida bbażata fuq studji ta' assorbiment magħmul minn ġewwa l-ġilda ta' soluzzjonijiet milwiema ta' l-aċidu boriku, il-borati, u t-tetraborati f'numri varji ta' pH u f'konċentrazzjonijiet varji li turi li l-ħtieġa li l-pH għandu jkun newtrali jew ftit alkalin sabiex inaqqas kemm jista' jkun l-assorbiment magħmul minn ġewwa l-ġilda ta' dawn id-derivati ta' boron mhiex iġġustifikata. Il-lista ta' sostanzi li prodotti kosmetiċi ma għandhomx ikollhom għajr soġġetti għar-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti, stabbiliti fl-1 Parti ta' l-Anness III, għalhekk għandha tkun emendata bix-xieraq.

(5) Fil-konċentrazzjonijiet li fihom ikun normalment użat bħala preservattiv fi prodotti kosmetiċi maħsuba sabiex jitneħħew bit-tlaħliħ, il-benzylhemiformal mhux mistenni li jikkawża effetti ta' ħsara għas-saħħa umana. Għalhekk għandu jitneħħa mit-2 Parti ta' l-Anness VI għad-Direttiva msemmija fuq li tistabbilixxi l-lista ta' preservattivi permessi b'mod proviżorju fi prodotti kosmetiċi u inklużi fl-1 Parti ta' l-Anness VI li fiha l-lista ta' preservattivi permessi fi prodotti kosmetiċi.

(6) Fil-konċentrazzjonijiet li fihom ikun normalment użat bħala preservattiv fi prodotti kosmetiċi, il-3-iodo-2-propynyl butylcarbamate mhux mistenni li jkollu effetti ta' ħsara fuq is-saħħa umana. Għalhekk, għandu jitneħħa mil-lista fit-2 Parti ta' l-Anness VI u mdaħħal fil-lista fl-1 Parti ta' l-Anness VI.

(7) Fil-konċentrazzjonijiet li fihom ikun normalment użat bħala filtru ta' l-UV għal krema ta' protezzjoni mix-xemx, il-4-dimethyl-amino-benzoate of ethyl-2-hexyl (octyl dimethyl PABA) mhux mistenni li jkollu effetti ta' ħsara fuq is-saħħa umana. Għalhekk, għandu jitneħħa mit-2 Parti ta' l-Anness VII għad-Direttiva msemmija fuq li tippreskrivi l-lista ta' filtri tal-UV li prodotti kosmetiċi jista' jkollhom proviżorjament u għandu jiddaħħal fl-1 Parti ta' l-Anness VI li fiha l-lista ta' filtri ta' l-UV permessi fi prodotti kosmetiċi.

(8) Fil-konċentrazzjonijiet li fihom ikun normalment użat bħala filtru ta' l-UV għal krema ta' protezzjoni mix-xemx, l-aċidu 2-hydroxy-4-methoxybenzophenone-5-sulfonic (benzophenone-5) u l-melħ tas-sodju tiegħu mhux mistenni li jkollhom effetti ta' ħsara fuq is-saħħa umana. Għalhekk, il-2-hydroxy-4-methoxybenzophenone-5-sulfonic acid (benzophenone-5) u l-melħ tas-sodju tiegħu għandhom jitneħħew mit-2 Parti ta' l-Anness VII u għandhom jiddaħħlu fl-1 Parti ta' l-Anness VII.

(9) L -4-isopropyl-benzyl Salicylate mhuwiex aktar użat bħala filtru tal-UV għal prodotti ta' protezzjoni mix-xemx. Għaldaqstant, l-4-isopropyl-benzyl salicylate għandu jitneħħa mit-2 Parti ta' l-Anness VII.

(10) Fil-limiti tal-konċentrazzjoni u taħt il-kondizzjonijiet adottati mill-industrija tal-kosmetiċi għall-użu tiegħu bħala filtru ta' l-UV għal prodotti ta' protezzjoni mix-xemx, mhux mistenni li l-2,2'-methylene-bis-6-(2H-benzotriazol-2-yl)-4-tetra-methyl-butyl-1,1,3,3-phenol, jipproduċi effetti ta' ħsara fuq is-saħħa ta' min jużah. Għalhekk, jista' jkun inkluż fil-lista fl-1 Parti ta' l-Anness VII.

(11) Fil-limiti tal-konċentrazzjoni u taħt il-kundizzjonijiet adottati mill-industrija tal-kosmetiċi għall-użu tiegħu bħala filtru ta' l-UV għal prodotti ta' protezzjoni mix-xemx, mhux mistenni li l-melħ monosodju ta' l-aċidu 2-2'-bis-(1,4-phenylene)1H-benzimidazole-4,6-disulfonic ikollu effetti ta' ħsara fuq is-saħħa ta' min jużah. Għalhekk jista' jkun inkluż fil-lista fl-1 Parti ta' l-Anness VII.

(12) Fil-limiti tal-konċentrazzjoni u taħt il-kundizzjonijiet adottati mill-industrija tal-kosmetiċi għall-użu tiegħu bħala filtru ta' l-UV għal prodotti ta' protezzjoni mix-xemx, mhux mistenni li (1,3,5)-triazine-2,4-bis-((4-(2-ethyl-hexyloxy)-2-hydroxy)-phenyl)-6-(4-methoxyphenyl) jkollu effetti ta' ħsara fuq is-saħħa ta' min jużah. Għalhekk jista' jkun inkluż fil-lista fl-1 Parti ta' l-Anness VII.

(13) Il-miżuri li għalihom hemm provdut f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattazzjoni għall-Progress Tekniku tad-Direttivi dwar it-Tneħħija ta' Ostakoli Tekniċi għal Negozju fis-Settur ta' Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/768/KEE hija b'dan il-mezz emendata kif muri fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li prodotti kosmetiċi li jkun fihom is-sostanzi elenkati fl-Annessi II, III, VI u VII għad-Direttiva 76/768/KEE, kif preskritt fl-Anness għal din id-Direttiva, li jiġu pprovduti lill-konsumatur finali wara l-1 ta' Jannar 2001, jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2000. Għandhom jinfurmaw mal-ewwel lill-Kummissjoni bihom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b'tali referenza fl-okkazjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Stati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-29 ta' Frar 2000.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 169.

[2] ĠU L 253, tal-15.9.1998, p. 20.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Annessi għad-Direttiva 76/768/KEE huma b'dan il-mezz emendati kif ġej:

1. Fl-Anness II

L-ewwel inċiż tal-paragrafu (b) ta' numru ta' referenza 419 għandu jaqra kif ġej:

"— transesterifikazzjoni jew idrolisi f'ta' l-inqas 200 °C u fi pressjoni xierqa li tikkorrespondi, għal 20 minuta (glycerol, aċidi grassi u esters ta' aċidi grassi),"

2. Fl-1 Parti ta' l-Anness III

(i)

Numru ta' Referenza 1 huwa emendat kif muri fil-lista li ġejja:

"a | b | ċ | d | e | f |

1a | Acidu boriku, borati u tetraborati | (a) Terra | (a)5 % (skond il-piż/ piż bħala acidu boriku | (a) 1.Ma għandux jintuża fi prodotti għat-tfal taħt it-3 snin2.Ma għandux jintuża fuq ġilda li tkun qegħda titqaxxar jew ġilda irritata jekk il-konċentrazzjoni tal-borati li jinħallu weħdihom tkun iktar minn 1,5 % (skond il-piż/ piż bħala aċidu boriku | (a) 1.Ma għandux jintuża għal tfal taħt it-3 snin2.Ma għandux jintuża fuq ġilda li tkun qegħda titqaxxar jew ġilda irritata |

(b)Prodotti għall-iġjene kollha | (b)0.1 % (skond il-piż/piż bħala aċidu boriku) | (b) 1.Ma għandux jintuża fi prodotti għal tfal taħt it-3 snin | (b) 1. Ma għandux jinbela 2.Ma għandux jintuża għal tfal taħt it-3 snin |

(ċ)Prodotti oħra (għajr prodotti tal-banju u prodotti li jagħmlu x-xagħar imġiegħed) | (ċ)3 % (skond il-piż/piż bħala aċidu boriku) | (ċ) 1.Ma għandux jintuża fi prodotti għat-tfal taħt it-3 snin2.Ma għandux jintuża fuq ġilda li tkun qegħda titqaxxar jew ġilda irritata jekk il-konċentrazzjoni tal-borati li jinħallu weħidhom tkun iktar minn 1,5 % (skond il-piż/ piż bħala aċidu boriku) | (ċ) 1.Ma għandux jintuża għal tfal taħt it-3 snin2.Ma għandux jintuża fuq gilda li tkun qegħda titqaxxar jew gilda irritata |

1b | Tetraborati | (a) Prodotti tal-banju | (a)18 % (skond il-piż/ piż bħala aċidu boriku) | (a)Ma għandux jintuża fi prodotti għal tfal taħt it-3 snin | (a)Ma għandux jintuża għall-ħasil ta' tfal taħt it-3 snin |

(b) Prodotti li jagħmlu x-xagħar imġiegħed | (b)8 % (skond il-piż/ piż bħala aċidu boriku) | | (b) Laħlaħ sewwa" |

(ii) Nurmu ta' referenza 14 huwa b'dan il-mezz emendat kif segwit:

-it-tieni okkorrenza ta' "Hydroquinone" f'kolonna b, oġġett "(b)" f'kolonna ċ, it-tieni okkorrenza ta' "2 %" f'kolonna (d) u oġġett "(b)" f'kolonna f huma mħassra,

- "2 %"f'kolonna d hija mibdula bi "0,3 %".

(iii) In-numru ta' referenza 65 huwa miżjud bix-xieraq mal-lista li ġejja:

"a | b | ċ | d | e | f |

65 | Benzalkonium Chloride, bromide u saccharinate | (a) Laħlaħ ix-xagħar (ras) | (a)3 % (bħala benzalkonium | (a)Fil-prodotti finali l-konċnetrazzjoni ta' benzalkoniumchloride, bromide u sacchari-nate b'alkyl chain ta' C14, jew inqas ma għandhiex taqbeż il- 0,1 % (bħala benzalkonium chloride) | (a)Evita kuntatt ma' l-għajnejn |

(b) Prodotti oħra | (b)0,1 % (bħala benzalkonium chloride) | | (b)Evita l-kuntatt ma' l-għajnejn" |

3.(i)(ii) Fl-Anness VI

, in-numri ta' referenza li ġejjin huma miżjudin fl-1 Parti:

"a | b | ċ | d | e |

55 | Benzylhemiformal | 0,15 % | Għal prodotti biss li għandhom jitneħħew bit-tlaħliħ | |

56 | 3-lodo-2-propynylbutylcarba-mate | 0,05 % | 1.Ma għandux ikun użat għal igjene orali u prodotti ta' kura tax-xofftejn | |

2.Jekk il-konċentrazzjoni fi prodotti maħsuba sabiex jibqgħu fuq il-ġilda taqbeż 0,02 % żid il-frażi: Fih il-jodju | Fih il-jodju" |

In-numri ta' referenza 21 u 29 fit-2 Parti huma mħassra.

4.(i)(ii) Fl-Anness VII

In-numri ta' referenza li ġejjin huma miżjuda fl-1 Parti:

"a | b | ċ | d | e |

21 | 4-Dimethyl-amino-benzoate of ethyl-2-hexyl (octyl dimethyl PABA) | 8 % | | |

22 | 2-Hydroxy-4-methoxybenzoophenone-5-sulfonic acid (Benzophenone-5) u l-melħ tas-sodju tiegħu | 5 % (ta' aċidu) | | |

23 | 2,2'-Methylene-bis-6-(2H-benzotriazol- 2yl)-4-(tetramethyl-butyl)-1,1,3,3-phenol | 10 % | | |

24 | Melħ Monosodium ta' 2-2'bis-(1,4-phenylene)1H-benzimidazole-4,6-disulphonic aċidu) | 10 % (ta' aċidu) | | |

25 | (1,3,5)-Traizine-2,4-bis((4-(2-ethyl-hexyloxy)-2-hydroxy)-phenyl)-6-(5-methoxyphenyl) | 10 %" | | |

In-numri ta' referenza 5, 17 u 29 fit-2 Parti huma mħassra.

--------------------------------------------------

Top