Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000E0056

Pożizzjoni komuni tal-kunsill ta’ l-24 ta’ Jannar 2000 temenda u tissuplimenta Posizzjoni Komuni 1999/318/CFSP dwar miżuri restrittivi oħrajn kontra r-Repubblika Federali tal-Jugożlavja (FRY)

ĠU L 21, 26.1.2000, p. 4–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2000/56/oj

32000E0056



Official Journal L 021 , 26/01/2000 P. 0004 - 0004


Pożizzjoni komuni tal-kunsill

ta’ l-24 ta’ Jannar 2000

temenda u tissuplimenta Pożizzjoni Komuni 1999/318/CFSP dwar miżuri restrittivi oħrajn kontra r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (FRY)

(2000/56/CFSP)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1) Minħabba żviluppi minn meta kienet adottata, hemm bzonn li Pożizzjoni Komuni 999/318/CFSP [1] tkun emendata u ssuplimentata;

(2) L-istess kriterji għandhom jgħoddu għall-miżuri biex ma jinħarġux viżi li kienu deċiżi f’Posizzjonijiet Komuni 1998/240/CFSP [2] u 1998/725/CFSP [3],

(2) Billi l-Kunsill esprima l-appoġġ tiegħu għall-manutenzjoni jew tisħiħ tas-sanzjonijiet intenzjonati għar-reġim mingħajr ma jkollu jbati l-piena l-poplu Serb,

ADOTTAT DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Pożizzjoni Komuni 1999/318/CFSP se tkun emendata kif ġej:

1. Esposizzjoni tal-Fatti 2 se tinbidel b’li ġej:

"(2) Billi l-Kunsill esprima l-appoġġ tiegħu għall-manutenzjoni jew tisħiħ tas-sanzjonijiet intenzjonati għar-reġim mingħajr ma jkollu jbati l-piena l-poplu Serb,";

2. L-Artikolu 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 1

1. Mhux se jinħarġu viżi lill-President Milosevic, il-familja tiegħu, il-Ministri u uffiċjali għolja kollha tal-Gvernijiet Federali u Serbi, u għal persuni li l-attivitajiet tagħhom jappoġġjaw lill-President Milosevic.

2. Għall-iskop ta’ paragrafu 1, il-Kunsill se jidentifika, f’Deċiżjoni li tiżgura l-qadi ta’ obbligu, il-persuni li għandhom ikunu irrapurtati għall-fini ta’ non-ammissjoni fl-Istati Membri skond wieħed jew ħafna mill-kriterji li ġejjin:

- persuni mixlijin bi krimini kif inhu iddefinit fl-Artikoli 1 sa 5 fit-Tribunal Kriminali Internazzjonali fuq l-istatut Jugoslav;

- il-persuni li ġejjin: Il-President Milosevic, il-familja tiegħu u l-Ministru u l-uffiċjali għolja kollha tal-Gvernijiet Federali u Serbi;

- Persuni li l-attivitajiet tagħhom jappoġġjaw lill-President Milosevic politikament u/jew finanzjarjament (inklużi stampaturi, edituri ewlenin, u membri tal-partit SPS);

- mexxejja tal-militar u forzi tal-pulizija u dawk responsabbli għall-intelliġenza u servizzi ta’ sigurta;

- il-persunal persuni involuti f’attivitajiet ta’ repressjoni.

3. Persuni għal min m’għadhomx japplikaw il-kriterja msemmija fil-paragrafu 2 se jitneħħew mil-lista ta’ persuni rrapurtati għall-fini ta’ non-ammissjoni.

4. Deċiżjonijiet li jiżguraw il-qadi ta’ obbligu li jittieħdu mill-Kunsill se jkunu rriveduti skond ma jkun il-bżonn, u mhux inqas spiss minn darba kull xahrejn.

5. Il-Presidenza se tiżgura li jkun hemm il-proċeduri xierqa għall-implimentazzjoni ta’ paragrafi 1 sa 4.

6. Paragrafi 2 sa 5 hawn fuq se japplikaw ukoll għall-miżuri tal-projbizzjoni tal-viża deċiżi fl-Artikolu 4 tal-Pożizzjoni Komuni 1998/240/CFSP u l-Artikolu 1 tal-Pożizzjoni Komuni 1998/725/CFSP.

7. F’każi eċċezzjonali jistgħu jsiru eżenzjonijiet jekk b’hekk ikunu jistgħu jintlaħqu għanijiet importanti ta’ l-Unjoni u tintlaħaq paċi politika, sakemm l-Istat Membru li jkun se jagħmel l-eċċezjoni jgħarraf lill-Istati l-oħrajn minn qabel."

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni tidħol fis-seħħ mad-data li tkun adottata.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmul fi Brussell, fl-24 ta’ Jannar 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Gama

[1] ĠU L 123, tat-13.5.1999, pġ. 1.

[2] ĠU L 95, tas-27.3.1998, pġ. 1.

[3] ĠU L 345, tad-19.12.1998, pġ. 1.

--------------------------------------------------

Top