Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0807

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2000 li tistabbilixxi l-forma kodifikata u l-kodiċijiet għan-notifika ta’ mard ta’ l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 84/90/KEE u 90/442/KEE (notifikata taħt dokument numru Ċ(2000) 3701)Test b’relevanza ŻEE

    ĠU L 326, 22.12.2000, p. 80–80 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2005; Imħassar b' 32005D0176

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/807/oj

    32000D0807



    Official Journal L 326 , 22/12/2000 P. 0080 - 0080


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-11 ta’ Diċembru 2000

    li tistabbilixxi l-forma kodifikata u l-kodiċijiet għan-notifika ta’ mard ta’ l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 84/90/KEE u 90/442/KEE

    (notifikata taħt dokument numru Ċ(2000) 3701)

    (Test b’relevanza ŻEE)

    (2000/807/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/556/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/90/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 89/163/KEE [4], tistabbilixxi l-forma kodifikata li biha mard ta’ l-annimali għandu jiġi notifikat skond id-Direttiva 82/894/KEE.

    (2) Did-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/442/KEE [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 1996 [6], li tistabbilixxi l-kodifiċijiet għan-notifika ta’ mard ta’ l-annimali.

    (3) Huwa meħtieġ li dawn id-Deċiżjonijiet jiġu kkonsolidati u aġġornati. Ikun aktar trasparenti li wieħed jirrevoka dawn id-Deċiżjonijiet u jistabbilixxi deċiżjoni ġdida waħda.

    (4) Id-Deċiżjoni Nru 2/1999 tal-Kumitat Konġunt KE-Andorra tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Protokoll iffirmat fi Brussel fil-15 ta’ Mejju 1997 dwar kwistjonijiet veterinarji supplimentari għall-Ftehim fil-forma ta’ Bdil ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Andorra [7] teħtieġ li l-Andorra tiżdied mas-Sistemi tan-Notifika tal-Mard ta’ l-Annimali.

    (5) Sistema ta’ kompjuter ibbażata fuq il-web qed tiġi introdotta biex tkun tippermetti t-trasferiment ta’ tagħrif kif meħtieġ bid-Direttiva 82/894/KEE.

    (6) Il-Belġju, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Olanda, in-Norveġja, il-Portugall u Spanja bidlu s-sistemi tan-numerazzjoni tar-reġjuni wżata fis-sistema ta’ notifika.

    (7) Biex tittejjeb is-sistema huwa meħtieġ li tiġi permessa dispożizzjoni għal-lokalizzazzjoni aktar preċiża ta’ epidemji b’referenza għal-lonġitudni u l-latitudni.

    (8) Biex titħares il-konfidenzjalità tat-tagħrif mibgħut, l-Annessi ma’ din id-Deċiżjoni m’għandhomx jiġu ppubblikati.

    (9) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-iskop tal-proċeduri tan-notifika tal-mard ta’ l-annimali it-tagħrif għandu jintbagħat fil-verżjoni kodifikata stabbilita fl-Annessi I, II u III li jinsabu ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Għall-iskop tal-proċeduri tan-notifika tal-mard ta’ l-annimali it-tagħrif għandu jintbagħat bl-użu tal-kodiċijiet stabbiliti fl-Annessi IV sa X ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Jannar 2001.

    Artikolu 4

    Id-Deċiżjonijiet 84/90/KEE u 90/442/KEE huma revokati mid-data msemmija fl-Artikolu 3.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Diċembru 2000.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 58.

    [2] ĠU L 235, tad-19.9.2000, p. 27.

    [3] ĠU L 50, tal-21.2.1984, p. 10.

    [4] ĠU L 61, ta’ l-4.3.1989, p. 49.

    [5] ĠU L 227, tal-21.8.1990, p. 39.

    [6] Ċħ(1996) 4032 finali.

    [7] ĠU L 31, tal-5.2.2000, p. 84.

    --------------------------------------------------

    Top