EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0710

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Novembru 2000 dwar l-adeżjoni mill-Komunità Ewropea għall-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Regomanet Ewropew Nru 67 dwar l-approvazzjoni ta’ tagħmir speċjali għall-vetturi bil-mutur li jaħdmu bil-gass likwifikat minn żejt mhux maħdum

ĠU L 290, 17.11.2000, p. 29–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/710/oj

32000D0710



Official Journal L 290 , 17/11/2000 P. 0029 - 0029


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tas-7 ta’ Novembru 2000

dwar l-adeżjoni mill-Komunità Ewropea għall-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Regomanet Ewropew Nru 67 dwar l-approvazzjoni ta’ tagħmir speċjali għall-vetturi bil-mutur li jaħdmu bil-gass likwifikat minn żejt mhux maħdum

(2000/710/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-ħsieb ta’ l-adeżjoni mill-Komunità Ewropea għall-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet uniformi tekniċi għal vetturi bil-mutur, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu ma’ u/jew jintużaw fuq vetturi bil-mutur u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku ta’ approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet ("Ftehim Rivedut ta’ l-1958") [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) u tieni inċiż ta’ l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidrat il-kunsens tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Il-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 67 dwar l-aprrovazzjoni ta’ tagħmir speċjali għal vetturi bil-mutur li jitħaddmu b’gass likwifikat minn żejt mhux raffinat għandha tneħħi l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ f’vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti fir-rigward tat-tagħmir speċjali mwaħħal ma’ dawk il-vetturi bil-mutur. Il-ħtiġiet uniformi ta’ dak ir-Regolament jiżguraw livell għoli ta’ sigurezza u ta’ protezzjoni ambjentali.

(2) Il-Partijiet Kontraenti ġew notifikati bil-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 67, li għandu jiħdol fis-seħħ, fil-Partijiet Kontraenti kollha li ma kkomunikawx l-opposizzjoni tagħhom, fid-data/i speċifikata/i fih fil-forma ta’ Regolament mehmuż mal-Ftehim rivedut ta’ l-1958.

(3) Ir-Regolament Nru 67 għandu jiġi inkorporat fis-sistema ta’ approvazzjoni għal vetturi u għandu għalhekk jissupplimenta l-leġislazzjoni tal-Komunità fis-seħħe fil-present,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Komunità Ewropea għandha għandha tkun parti mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Regolament ta’ l-Ewropa Nru 67 dwar l-approvazzjoni ta’ tagħmir speċjali għal vetturi bil-mutur li jitħaddmu minn gass likwifikat minn żejt mhux raffinat, kif emendat u kif notifikat lill-Partijiet Kontraenti, jekk il-miżura jew l-emenda tidħol fis-seħħ f’data/i speċifikata/i fih.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta’ Novembru 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Voynet

[1] ĠU L 346, tas-17.12.1997, p. 78.

[2] Kunsens tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Ottubru 2000 (għadu mhux ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

--------------------------------------------------

Top