Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0125

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (Ftehim Parallel)

    ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/09/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/125/oj

    Related international agreement

    32000D0125



    Official Journal L 035 , 10/02/2000 P. 0012 - 0013


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    ta' l-31 ta' Jannar 2000

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti ("Ftehim Parallel")

    (2000/125/KE)

    IL-KUNSILL TA L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej u partikolarment l-Artikolu 95 u 133 tiegħu, ma l-Artikolu 300(2), l-ewwel sentenza, u l-Artikolu 300(3) it-tieni subparagrafu tiegħu;

    Wara li kkonsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1];

    Wara li rċieva l-qbil tal-Parlament Ewropew [2];

    Billi:

    (1) Fid-Deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Novembru 1997, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja fil-qafas tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti ("Ftehim Parallel").

    (2) Bħala riżultat ta' dawk in-negozjati, fil-25 ta' Ġunju 1998 il-Ftehim Parallel nfetaħ għall-firem; il-Komunità iffirmat il-Ftehim fit-18 ta' Ottubru 1999.

    (3) l-Armonizzazzjoni Internazzjonali fis-settur awtomotiv diġa qiegħed iseħħ fil-qafas tal-Ftehim Revist ta' l-1958 UN/ECE dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għall-rikonoxximent reċiproku ta' approvazzjonijiet mogħtija a bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (il-Ftehim ta' l-1958), ma liema Ftehim, il-Komunità saret Parti Kontraenti fl-24 ta' Marzu 1998.

    (4) Il-Konklużjoni tal-Ftehim Parallel jikkostitwixxi l-objettiv ta' politika kummerċjali kommuni bi qbil ma' l-Artikolu 133 tat-Trattat biex jitneħħew il-barrieri tekniċi li hemm u biex il-kreazzjoni ta' barrieri ġodda tiġi evitata fil-kummerċ ta' vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti; l-involviment tal-Komunità jassigura l-konsistenza bejn l-attivitajiet ta' armonizzazzjoni magħmula skond il-Ftehim ta' l-1958 u l-Ftehim Parallel u b'hekk jippermetti aċċess aktar faċli għas-suq ta' pajjiżi terzi.

    (5) Il-Konklużjoni tal-Ftehim Parallel mill-Komunità jistabbilixxi qafas istituzzjonali speċifiku billi jorganizza l-proċeduri ta'koperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti; il-qbil tal-Parlament Ewropew huwa b'hekk meħtieġ.

    (6) Huwa neċessarju li jkunu stabbiliti arranġamenti prattiċi rigward l-involviment tal-Komunità fil-Ftehim Parallel.

    (7) Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex jintlaħqu r-rekwiżiti tan-notifikazzjoni stabbiliti fil-Ftehim Parallel; il-Ftehim Parallel għandu jimxi parallel mal-Ftehim tal-1958; iż-zewġ Ftehim għandhom jimxu fil-qafas tal-UN/ECE u jużaw l-istess Gruppi ta' Ħidma u faċilitajiet li hemm f'dak il-qafas.

    (8) Il-Ftehim Parallel joħloq qafas li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali fir-reġistru globali b'vot ta' konsensus; minħabba li ż-żewġ Ftehim għandhom jimxu parallel, il-vot dwar abbozzi ta' regolamenti tekniċi tal-Gruppi ta' Ħidma għandhu fil-prinċipju jsiru fil-Gruppi skond iż-żewġ Ftehim; għall-Ftehim tal-1958 il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ġie stabbilit; il-vot tal-Komunità skond il-Ftehim Parallel jista' b'hekk jiġi deċiż skond l-istess proċedura fl-istess okkażjoni tal-Ftehim tal-1958.

    (9) Fil-każ li vot dwar regolament jittieħed biss skond il-Ftehim Parallel, huwa possibbli li d-deċiżjoni li tiddetermina l-vot tal-Komunità tiġi ddelegata lill-Kummissjoni megħjuna mill-kumitat regolatur, dan għax ir-regolamenti tekniċi globali stabbiliti għandhom iktar ‘il quddiem jitressqu għal l-adozzjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 95 u 251 tat-Trattat.

    (10) Il-vot tal-Komunità dwar proposta ta' emenda lill-Ftehim Parallel għandu jkun determinat skond il-proċedura li tintuża għal l-approvazzjoni ta' dak il-Ftehim; meta jkun hemm oġġezzjoni għal emenda tal-Ftehim Parallel wara li jkun ittieħed vot ta' konsensus favur l-emenda, wara li jitqiesu l-limitazzjonijiet fuq il-ħin stabbiliti fil-Ftehim, il-posizzjoni tal-Komunità tista' tiġi deċiża mill-Kummissjoni bi proċedura inqas kumplessa.

    (11) Il-Ftehim Parallel għandu jkun approvat,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ bħala "Ftehim Parallel", huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, fil-limiti tal-kompetenzi tagħha.

    It-test tal-Ftehim Parallel huwa stipulat bħala l-Anness I.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill ikun awtorizzat jinnomina l-persuna inkarigata tqiegħed l-istrument ta' approvazzjoni kif meħtieġ skond l-Artikolu 9.2 tal-Ftehim Parallel u biex tagħmel id-dikjarazzjoni li tinsab fl-Anness II.

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni għandha, f'isem il-Kommunità, tieħu ħsieb in-notifiki stabbiliti fil-Ftehim Parallel, partikolarment dawk previsti fl-Artikolu 7,9,12 u 15.

    Artikolu 4

    L-arranġamenti prinċipali f'dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni tal-Komunità u L-Istati Membri fil-Ftehim Parallel huma stabbiliti fl-Anness III.

    Artikolu 5

    1. Il-Komunità għandha tivvota favur li jkun stabbilit abozz ta' regolament tekniku globali jew abbozz ta' emenda lil dan ir-regolament

    - jekk il-vot tal-Komunità favur l-abbozz ta' regolament tekniku parallel ġie deċiż skond proċedura waħda jew l-oħra stabbilita fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 97/836/KE [3],

    - jekk regolament tekniku globali jew emenda lil dan ir-regolament ma jiġix stabbilit ma regolament jew emenda li dak ir-regolament skond il-Ftehim tal-1958, meta l-abbozz kellu approvazzjoni skond proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva70/156/KEE [4].

    2. Meta l-approvazzjoni skond il-paragrafu 1 ma tingħatax, il-Komunità għandha tivvota kontra li jkunu stabbiliti regolamenti tekniċI globalifir-reġistru globali.

    3. Il-posizzjoni tal-Komunità f'dak li għandu x'jaqsam ma kompilazzjoni u affermazzjoni mill-ġdid tal-lista fil-kompendju ta' regolamenti tekniċi kandidati kif ukoll f'dak li għandu x'jaqsam ma riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet bejn il-Partijiet Kontraenti għandha tkun stabbilita kif ikun xieraq skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad- Direttiva 70/156/KEE.

    Artikolu 6

    1. Il-Komunità għandha tivvota favur abbozz ta' emenda lill-Ftehim Parallel meta l-abbozz ta' l-emenda ikollu l-approvazzjoni skond il-proċedura li tintuża għal l-approvazzjoni tal-Ftehim. Meta dik il-proċedura ma tkunx magħmula fil-ħin qabel ma jseħħ il-vot il-Kummissjoni għandha tivvota kontra l-emenda f'isem il-Komunità.

    2. Id-Deċiżjoni li ssir oġġezzjoni għal emenda lill-Ftehim Parallel għandha tittieħed skond il-proċedura stabbilita fit-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1).

    Magħmul fi Brussel, fil-31 ta' Jannar 2000.

    F'isem il-Kunsill

    Il-President

    J. Pina Moura

    [1] ĠU C 87, 29.03.99, p. 1.

    [2] Opinjoni mogħtija l-15 ta' Diċembru 1999 (għadha mhiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU L 346, 17.12.97, p. 78.

    [4] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Direttiva kif-l-aħħar emendata mid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25).

    --------------------------------------------------

    Top