Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 32000D0029

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim mar-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-istabbiliment tad-drittijiet u l-obbligi bejn l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa 'l waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, fl-oqsma ta' l-acquis ta' Schengen li japplika għal dawn l-Istati

ĠU L 15, 20.1.2000, s. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 11 Volum 033 P. 117 - 117

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Právní stav dokumentu platné

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/29(1)/oj

související mezinárodní dohoda

32000D0029



Official Journal L 015 , 20/01/2000 P. 0001 - 0001


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta' Ġunju 1999

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim mar-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-istabbiliment tad-drittijiet u l-obbligi bejn l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa 'l waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, fl-oqsma ta' l-acquis ta' Schengen li japplika għal dawn l-Istati

(2000/29/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) tal-Protokoll, anness mat-Trattat ta' Amsterdam lit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea;

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu uniku

Il-Ftehim mar-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar it-twaqqif tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet bejn l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa 'l waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja, min-naħa l-oħra, f'oqsma ta' l-acquis ta' Schengen li japplika għal dawn l-Istati qiegħed b'dan jiġi approvat.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-28 ta' Ġunju 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Naumann

--------------------------------------------------

Nahoru