Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R2162

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2162/1999 tat-12 ta’ Ottubru 1999 li jemenda Regolament (KE) Nru 2848/98 fis-settur tat-tabakk mhux maħdum u li jippreskrivi disposizzjonijiet transitorji dwar l-użu u l-għajnuna speċifika u dwar ir-rabta bejn il-parti varjabbli tal-premium u l-premium għall-Grupp VII (Katerini) fl-Italja għall-ħsad ta’ l-1999, l-2000 u l-2001

    ĠU L 265, 13.10.1999, p. 13–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/2162/oj

    31999R2162



    Official Journal L 265 , 13/10/1999 P. 0013 - 0017


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2162/1999

    tat-12 ta’ Ottubru 1999

    li jemenda Regolament (KE) Nru 2848/98 fis-settur tat-tabakk mhux maħdum u li jippreskrivi disposizzjonijiet transitorji dwar l-użu u l-għajnuna speċifika u dwar ir-rabta bejn il-parti varjabbli tal-premium u l-premium għall-Grupp VII (Katerini) fl-Italja għall-ħsad ta’ l-1999, l-2000 u l-2001

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux maħdum [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 660/1999 [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 7, 14a u 27 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 3 ta’ Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2848/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 fir-rigward ta’ l-iskema tal-premium, il-kwoti ta’ produzzjoni u l-għajnuna speċifika li għandha tingħata lil gruppi ta’ produtturi fis-settur tat-tabakk mhux maħdum [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1373/1999 [4],li jippreskrivi l-ħtiġiet li l-gruppi ta’ produtturi għandhom jissodisfaw ikollhom l-għarfien. Sabiex tkun imqabbla aħjar il-kwalità ta’ tabakk prodott minn kull grupp ta’ produtturi u sabiex ikun żgurat li l-membri tiegħu jingħataw għajnuna teknika, l-gruppi ta’ produtturi għandhom jitħallew li jillimitaw l-attività tagħhom fiż-żoni ta’ produzzjoni li għandhom l-għarfien.

    (2) Billi biex ikun żgurat li l-parti varjabbli tal-premium taħdem kif imiss u li jitwettqu kontrolli effettivi, għandu jiġi preskritt li l-prezz ta’ xiri li għandu jintuża sabiex tiġi kalkolata l-parti varjabbli tal-premium għandu jkun dak stabbilit mat-twassil, li t-tabakk għandu jkun miżrugħ mill-ġdid qabel il-15 ta’ Ġunju għal kull ħsad u li nuqqas fil-konformità ma’ dik id-dispożizzjoni għandha tkun penalizzata.

    (3) L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(5) ta’ Regolament (KE) Nru 2848/98 jipprovdi għall-ħlas lill-produttur ta’ ħlas bil-quddiem ugwali għal 50 % tal-premium li għandu jitħallas. Sabiex il-proċeduri amministrattivi fl-Istati Membri jkunu ssimplifikati, l-ammont massimu tal-ħlas bil-quddiem għandu jkun ugwali għall-parti fissa tal-premium.

    (4) It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(5) tar-Regolament (KE) Nru 2848/98 jipprovdi li l-ħlas bil-quddiem jista’ jitħallas mis-16 ta’ Ottubru tas-sena ta’ ħsad u għandu jitħallas fi żmien 30 jum minn meta tintbagħat l-applikazzjoni, ħlief meta tintbagħat qabel is-16 ta’ Settembru, f’liema każ dak il-perjodu jkun imtawwal miżjud għal 60 jum. Minħabba li f’ċerti Stati Membri l-ħsad jibda’ nhar l-1 ta’ Awissu, il-perjodu tal-ħlas għandu jiżdied għal 77 jum.

    (5) L-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 2848/98 jipprovdi li fejn pakkett ta’ art li jipproduċi t-tabakk ikun ittrasferit lil parti terza tkun xi tkun ir-raġuni, ir-responsabbli l-ġdid ikollu d-dritt għad-dikjarazzjoni tal-kwota ta’ produzzjoni mid-data tat-trasferiment għall-perjodu ta’ referenza kollu. Sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-proċeduri ta’ spezzjoni u sabiex ma jkunx hemm evażjoni tar-regoli, fil-każ ta’ trasferimenti mhux dovuti għal mewt, l-Istati Membri għandhom jitħallew li jiffissaw data li sa liema data r-responsabbli l-ġdid għandu jikseb id-dritt għad-dikjarazzjoni tal-kwota ta’ produzzjoni għas-sena ta’ ħsad kurrenti.

    (6) Il-kuntratt ta’ kultivazzjoni jiġi konkluż bejn il-proċessatur tal-bidu, minn naħa ‘l waħda, u grupp ta’ produtturi jew produttur individwali li ma jkun jappartjeni għall-ebda grupp, min-naħa ‘l oħra, kif hemm provdut fl-Artikolu 9(1) ta’ Regolament (KE) Nru 2848/98 u li l-kuntratt jinkludi dettalji, inter alia, tal-post eżatt fejn ikun prodott it-tabakk u ż-żona tal-pakkett konċernat. Il-ħames inċiż ta’ l-Artikolu 40(2) ta’ dak ir-Regolament jippreskrivi li gruppi jistgħu jużaw l-għajnuna speċifika sabiex jiżguraw li jikkonformaw mar-regoli tal-Komunità. Għalhekk għandhom ikunu applikati penali għall-produtturi ndividwli fejn il-pakkett li fuqu jkun imkabbar it-tabakk ikun differenti minn dak indikat fil-kuntratt ta’ kultivazzjoni u l-penali msaħħa billi jkunu mposti mhux biss fuq koltivaturi ndividwali iżda wkoll fuq il-gruppi ta’ produtturi li tagħhom ikunu membri.

    (7) Ta’ l-inqas nofs l-ammont ta’ l-għajnuna speċifika għandu jintuża minn gruppi ta’ produtturi għall-infieq li hemm referenza għalih fl-ewwel, it-tieni u t-tielet inżizi ta’ l-Artikolu 40(2) tar-Regolament (KE) Nru 2848/98, kif għalihom hemm provdut fil-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu. Minħabba l-kundizzjonijiet emendati għall-għarfien ta’ gruppi ta’ produtturi li għandhom jidħlu fis-seħħ mill-ħsad ta’ l-1999, għandha ssir dispożizzjoni għal perjodu transitorju ta’ sentejn li matulu l-użu ta’ l-għajnuna speċifika ikun aktar flessibbli sabiex gruppi ta’ produtturi jkunu jistgħu jorganizzaw mill-ġdid bil-ħsieb li jkabbru l-valur tal-prodotti pprovduti mill-membri tagħhom u jiżguraw li l-grupp jikkonforma mar-regoli tal-Komunità.

    (8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 660/1999 jiffissa l-limitu ta’ garanzija għal grupp VII (Katerini u varjetajiet simili) fl-Italja. Ir-rabta bejn il-parti varjabbli u l-premium għandha tkun iffissata għal dak il-grupp ta’ varjetajiet fl-Italja, billi tintuża l-istess rabta kif adottata għall-grupp fil-Greċja.

    (9) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni dwar it-Tabakk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Regolament (KE) Nru 2848/98 hu emendat kif ġej:

    1. It-test li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 3(1)(ġ):

    "Iżda, gruppi ta’ produtturi jistgħu jillimitaw l-attivitajiet tagħhom għal ċerti żoni ta’ produzzjoni. Iżda, f’dawk il-każi, produtturi ndividwali li jkabbru t-tabakk kemm ġewwa u kemm barra ż-żoni ta’ produzzjoni konċernati jistgħu jsiru membri ta’ dak il-grupp ta’ produtturi għall-produzzjoni sħiħa tagħhom b’dan illi l-parti l-kbira tal-koltivazzjoni tagħhom tkun maħsuda ġewwa ż-żoni ta’ produzzjoni koperti mill-grupp."

    2. Il-punt (l) ġej huwa miżjud ma’ l- l-Artikolu 9(3):

    "(l) rabta mill-produttur li jiżra’ mill-ġdid it-tabakk fil-pakkett konċernat sal-15 ta’ Ġunju tas-sena ta’ ħsad: Iżda, jekk it-tħawwil mill-ġdid jittardja, il-grupp ta’ produtturi jew produttur individwali li ma jappartjeni għall-ebda grupp ta’ produtturi għandu jinforma lill-proċessatur u lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tiegħu permezz ta’ ittra rreġistrata qabel dik id-data, waqt li jagħti r-raġuni għad-dewmien u jagħti d-dettalji ta’ kull bidla fil-pakkett."

    3. Il-paragrafu 6 li ġej huwa miżjud ma’ l-Artikolu 18:

    "6. Il-prezz ta’ xiri li għandu għandu jintuża biex tiġi kalkolata l-parti varjabbli tal-premium għandu jkun dak stabbilit għal kull lott mat-twassil."

    4. L-Artikolu 19(5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "5. Il-ħlas bil-quddiem, li ma jistax jaqbeż il-parti stabbilita tal-premium li għandu jitħallas, għandu jitħallas suġġett għat-tqgħid ta’ garanzija ugwali għall-ħlas bil-quddiem miżjud bi 15 %.

    Il-ħlas bil-quddiem għandu jitħallas mis-16 ta’ Ottubru tas-sena ta’ ħsad u għandu jitħallas fi żmien 30 jum minn meta tintbagħat l-applikazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 u tal-prova li l-garanzija saret, ħlief meta l-applikazzjoni tintbagħat qabel is-16 ta’ Settembru, f’liema każ il-perjodu għandu jiżdied għal 77 jum."

    5. L-Artikolu 31(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "1. Fejn pakkett ta’ art li jipproduċi t-tabakk ikun trasferit lil parti terza għal xi raġuni tkun xi tkun, ir-responsabbli l-ġdid għandu jkun intitolat għad-dikjarazzjoni ta’ kwota ta’ produzzjoni mid-data tar-reġistrazzjoni ma’ l-awtorità kompetenti. Stati Membri għandhom jiffissaw limitu ta’ żmien jew data ta’ skadenza għar-reġistrazzjoni ta’ trasferimenti ma’ l-awtorità kompetenti. Minbarra fil-każ ta’ trasferiment minħabba l-mewt tal-persuna responsabbli, fejn it-trasferiment ikun intbagħat lill-awtorità kompetenti għar-reġistrazzjoni wara l-limitu ta’ żmien iffissat mill-Istat Membru, id-dritt għad-dikjarazzjoni tal-kwota ta’ produzzjoni għandu jidħol fis-seħħ mill-ħsad ta’ wara."

    6. L-Artikolu 40(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "3. In-nefqa li hemm referenza għaliha fl-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi tal-paragrafu 2 għandha tkun ta’ l-inqas 30 % ta’ l-għajnuna speċifika totali għall-ħsad ta’ l-1999, 40 % għall-ħsad ta’ l-2000 u 50 % għall-ħsad ta’ wara."

    7. Fl-Artikolu 50, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej u l-paragrafi 2a u 2b li ġejjin huma miżjuda:

    "1. Jekk il-kontrolli juru li t-tabakk ma ġiex imħawwel fil-pakkett indikat fil-kuntratt ta’ kultivazzjoni sa wara l-15 ta’ Ġunju tas-sena ta’ ħsad, il-produttur individwali għandu jitlef:

    (a) 50 % tal-premium għal-ħsad kurrenti, jekk it-tħawwil mill-ġdid ikun twettaq sat-30 ta’ Ġunju,

    (b) id-drittijiet kollha għall-premium għall-ħsad kurrenti, jekk it-tħawwil mill-ġdid ikun twettaq wara t-30 ta’ Ġunju iżda sat-30 ta’ Lulju.

    Fejn produtturi ndividwali jonqsu milli jkabbru tabakk jew fejn iseħħ tħawwil mill-ġdid wara t-30 ta’ Lulju tas-sena ta’ ħsad kurrenti, għandhom jitilfu d-dritt kollu għall-premium għall-ħsad kurrenti u għall-kwota ta’ produzzjoni għall-ħsad ta’ wara.

    2. Fejn iż-żona fil-fatt ikkoltivata tkun inqas miż-żona ddikjarata b’aktar minn 10 %, il-premium li għandu jitħallas lill-produttur in kwistjoni għall-ħsad kurrenti u l-kwota għall-ħsad ta’ wara għandhom ikunu mnaqqsa bid-doppju tad-diskrepanza li tinstab.

    2a. Ħlief fejn japplika l-paragrafu 2, fejn il-pakkett ta’ art li fuqu huwa mkabbar it-tabakk ikun differenti mill-pakkett ta’ art indikat fil-kuntratt ta’ koltivazzjoni irreġistrat, il-premium li għandu jitħallas lill-produttur konċernat għall-ħsad kurrenti għandu jitnaqqas b’5 %.

    2b. Fejn l-penali li hemm referenza għalihom f’paragrafi 1, 2 u 2b ikunu applikati għal produttur individwali li jkun membru ta’ grupp ta’ produtturi, l-għajnuna speċifika għall-grupp ta’ produtturi li jkun jappartjeni għaliha dak il-produttur għandha titnaqqas b’ammont ugwali għal nofs it-tnaqqis applikat lill-produttur. Fejn tali penali jkunu applikati għal aktar minn sentejn konsekuttivi, għandhom ikunu rduppjati mit-tielet sena."

    8. Fl-Anness V, il-punt B huwa sostitwit bil-punt B li ġej mogħti fl-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata li jiġi wara dak li fih ikun ippublikat fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 1 għandu japplika mill-ħsad ta’ l-1999, minbarra għal paragrafi 1, 2, 3, 5 u 7 li għandhom japplikaw mill-ħsad ta’ l-2000.

    Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fit-12 ta’ Ottubru 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 70.

    [2] ĠU L 83, tas-27.3.1999, p. 10.

    [3] ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 17.

    [4] ĠU L 162, tas-26.6.1999, p. 47.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "(B) Rabta bejn il-parti varjabbli u l-premium

    1999

    | I Imnixxef bis-sħana | II Ħafif imnixxef bl-arja | III Skur imnixxef bl-arja | IV Imnixxef bin-nar | V Imnixxef bix-xemx | Ohrajn |

    | VI Basmas | VII Katerini | VIII Kaba Koulak |

    L-Italja | 20 % | 20 % | 20 % | 20 % | 25 % | | 15 % | |

    Il-Greċja | 20 % | 20 % | | | 25 % | 15 % | 15 % | 15 % |

    Spanja | 20 % | 20 % | 20 % | 20 % | | | | |

    Il-Portugall | 20 % | 20 % | | | | | | |

    Franza | 20 % | 20 % | 20 % | | | | | |

    Il-Ġermanja | 20 % | 20 % | 20 % | | | | | |

    Il-Belġju | | 20 % | 20 % | | | | | |

    L-Awstrija | 20 % | 20 % | 20 % | | | | | |

    2000

    | I Imnixxef bis-sħana | II Ħafif imnixxef bl-arja | III Skur imnixxef bl-arja | IV Imnixxef bin-nar | V Imnixxef bix-xemx | Ohrajn |

    | VI Basmas | VII Katerini | VIII Kaba Koulak |

    L-Italja | 25 % | 25 % | 25 % | 35 % | 35 % | | 20 % | |

    Il-Greċja | 25 % | 25 % | | | 35 % | 20 % | 20 % | 20 % |

    Spanja | 25 % | 25 % | 25 % | 35 % | | | | |

    Il-Portugall | 25 % | 25 % | | | | | | |

    Franza | 25 % | 25 % | 25 % | | | | | |

    Il-Ġermanja | 25 % | 25 % | 25 % | | | | | |

    Il-Belġju | | 25 % | 25 % | | | | | |

    L-Awstrija | 25 % | 25 % | 25 % | | | | | |

    2001 u ħsad ta' wara

    | I Imnixxef bis-sħa | II Ħafif imnixxef bl-arja | III Skur imnixxef bl-arja | IV Imnixxef bin-nar | V Imnixxef bix-xemx | Ohrajn |

    | VI Basmas | VII Katerini | VIII Kaba Koulak |

    L-Italja | 35 % | 35 % | 40 % | 32 % | 45 % | | 30 % | |

    Il-Greċja | 35 % | 35 % | | | 45 % | 30 % | 30 % | 30 %” |

    Spanja | 35 % | 35 % | 40 % | 32 % | | | | |

    Il-Portugall | 35 % | 35 % | | | | | | |

    Franza | 35 % | 35 % | 40 % | | | | | |

    Il-Ġermanja | 35 % | 35 % | 40 % | | | | | |

    Il-Belġju | | 35 % | 40 % | | | | | |

    L-Awstrija | 35 % | 35 % | 40 %" | | | | | |

    --------------------------------------------------

    Top