EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1602

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1602/1999 tad-19 ta’ Lulju 1999 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2597/97 li jistabbilixxi regoli addizzjonali dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib tal-ħalib għax-xorb

ĠU L 189, 22.7.1999, p. 43–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R1234

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1602/oj

31999R1602



Official Journal L 189 , 22/07/1999 P. 0043 - 0043


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1602/1999

tad-19 ta’ Lulju 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2597/97 li jistabbilixxi regoli addizzjonali dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib tal-ħalib għax-xorb

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Artikolu 4(d) tar-Regolament (KE) Nru 2597/97 [3] jistabilixxi li l-ħalib għax-xorb għandu jkollu kontenut ta’ materja xotta mingħajr xaħam ta’ 8,50 % (m/m) jew aktar għal ħalib li jkun fih 3,5 % (m/m) ta’ xaħam jew kontenut ekwivalenti fil-każ ta’ ħalib li jkun fih kontenut differenti ta’ xaħam; billi nstab li l-ħalib mhux maħdum f’ċerti Stati Membri ma jiksibx ir-rata speċifikata għal parti mis-sena jew għas-sena kollha; dik is-sitwazzjoni tista’ tqiegħed fil-periklu l-provvisti ta’ ħalib għax-xorb f’ċerti reġjuni fil-Komunità; minħabba r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ta’ l-imsemmi Regolament rigward il-modifika tal-materja xotta mingħajr xaħam tal-ħalib u l-ħtiġiet addizzjonali oħra stabiliti fl-Artikolu 4 ta’ l-imsemmi Regolament, l-Artikolu 4(d) għandu jkun imħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 1999,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 4(d) tar-Regolament (KE) Nru 762/94 hu b’dan imħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

K. Hemilä

[1] ĠU C 70, tat-13.3.1999, p. 14.

[2] L-Opinjoni mogħtija nhar l-14 ta’ April 1999 (għadha mhix ippublikata fl-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 351, tat-23.12.1997, p. 13.

--------------------------------------------------

Top