Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1256

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1256/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 li jemenda Regolament (KE) Nru 3950/92 li jistabbilixxi imposti addizzjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib

    ĠU L 160, 26.6.1999, p. 73–79 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1256/oj

    31999R1256



    Official Journal L 160 , 26/06/1999 P. 0073 - 0079


    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1256/1999

    tas-17 ta' Mejju 1999

    li jemenda Regolament (KE) Nru 3950/92 li jistabbilixxi imposti addizzjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ([1]),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ([2]),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ([3]),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ([4]),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri ([5]),

    (1) Billi, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta' Diċembru 1992, l-istabbiliment ta' imposti addizzjonali fis-setturi tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib ([6]), l-iskema ta' l-imposti addizzjonali, li kienet oriġinarjament introdotta bejn it-2 ta' April 1984 fl-imsemmi settur, kienet ġiet imtawla b'seba perijodi oħra ta' 12-il xahar il-wieħed; billi l-iskop ta' din l-iskema kien li jitnaqqas l-iżbilanċ bejn il-forniment u t-talba fis-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib u l-ammonti żejda li jirriżultaw minn dik l-istruttura; billi għandu għalhekk ikompli li jkun applikat għal tmien perijodi oħra konsekuttivi ta' 12-il xahar il-wieħed li jibdew mill-1 ta' April 2000;

    (2) Billi l-livell ta' l-għajnuna fil-prezz tas-settur tal-ħalib għandu jkun gradwalment imnaqqas b'total ta' 15 % matul tliet snin tas-suq li jibdew mill-1 ta' Lulju 2005; billi l-effetti ta' din il-miżura fuq il-konsum intern u l-esportazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib jiġġustifikaw żieda xierqa bbilanċjata fit-total tal-kwantità ta' referenza tal-ħalib fil-Komunità wara t-tnaqqis rispettiv tal-prezz min-naħa l-waħda, u l-mira ta' ċerti problemi strutturali fi stadju kmieni min-naħa l-oħra;

    (3) Billi l-kwantità ta' referenza individwali għandha tkun definita bħala l-kwantità disponibbli, irrispettivament minn xi kwantitajiet li jistgħu jkunu ttrasferiti temporanjament, fil-31 ta' Marzu 2000, id-data ta' l-iskadenza tas-seba' perijodi ta' l-applikar ta' l-iskema ta' l-imposti wara l-prolongazzjoni deċiża fl-1992;

    (4) Billi n-nuqqas ta' l-użu fil-kwantitajiet ta' referenza minn produtturi jista' ma jħallix li s-settur tal-produzzjoni tal-ħalib milli jiżviluppa kif xieraq; billi sabiex ikunu evitati prassi bħal dawk l-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu bi qbil mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità li, f'każi ta' nuqqas ta' l-użu sostanzjali matul perijodu ta' żmien sinifikanti, il-kwantitajiet ta' referenza li ma jkunux użati għandhom imorru lura lejn ir-riservi nazzjonali bl-għan li dawn ikunu allokati mill-ġdid lill-produtturi oħra;

    (5) Billi sabiex jissaħħu l-possibbiltajiet għal diċentralizzazzjoni ta' l-amministrazzjoni tal-kwantitajiet ta' referenza għar-ristrutturar fil-produzzjoni tal-ħalib u t-titjib fl-ambjent, l-Istati Membri għandhom ikunu mogħtija l-poter li jimplimentaw ċerti disposizzjonijiet f'dak il-kuntest fil-livelli territorjali xierqa jew fiż-żoni tal-ġbir;

    (6) Billi l-esperjenza bl-iskemi ta' l-imposti addizzjonali wriet li t-trasferiment ta' kwantitajiet ta' referenza mill-istrutturi legali bħal ma huma kirjiet li mhux necessarjament iwasslu għal allokazzjoni permanenti tal-kwantitajiet ta' referenza li jikkonċernaw lil dak li jirċievi t-trasferiment, jistgħu b'żieda mal-fattur ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-ħalib li jfixklu t-titjib ta' l-istrutturi tal-produzzjoni; billi sabiex jissaħħaħ il-karattru ta' kwantitajiet ta' referenza bħala mezzi li jirregolaw is-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jallokaw kwantitajiet ta' referenza, li kienu trasferiti bejn il-kirjiet jew mezzi legali kumparabbli, lejn ir-riserva nazzjonali għal distribuzzjoni mill-ġdid fuq il-bażi ta' kriterja oġġettiva, lejn produtturi attivi partikolarment lejn dawk li jkunu għamlu użu minnhom qabel; billi l-Istati Membri għandhom ukoll ikollhom id-dritt li jorganizzaw it-trasferiment ta' kwantitajiet ta' referenza b'metodu differenti milli bil-mezzi ta' tranżazzjonijiet individwali bejn produtturi; billi għandu jkun hemm disposizzjoni espliċita, partikolarment bl-għan li jittieħed akkont xieraq tad-drittijiet legali eżistenti, li, meta jsir użu minn dawn l-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi mal-prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Komunità;

    (7) Billi ċerti numri ta' disposizzjonijiet fir-Regolament (KEE) Nru 3950/92 issa saru bla użu u għandhom għalhekk ikunu mħassra,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Regolament (KEE) Nru 3950/92 huwa b'hekk emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "Għal tmien perijodi konsekuttivi ta' 12-il xahar li jibdew mill-1 ta' April 2000, imposti addizzjonali għandhom jitħallsu mill-produtturi tal-ħalib tal-baqar jew fuq il-kwantitajiet ta' ħalib jew l-ekwivalenti ta' ħalib li jkun imwassal lix-xerrej jew mibjugħ direttament għal konsum matul il-perijodu ta' 12-il xahar f'dak il-każ b'eċċess tal-kwantità ddetterminata."

    2. It-tabella fl-Artikolu 3(2) għandha tkun mibdula bit-tabella fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

    3. L-Artikolu 3(2) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "2. Il-kwantitajiet totali stabbiliti fl-Anness għandhom ikunu stabbiliti mingħajr preġudizzju għal possibbiltà ta' reviżjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni ġenerali tas-suq u l-kondizzjonijiet partikolari eżistenti f'uħud mill-Istati Membri.

    Il-kwantità ġenerali tal-kwota ta' fornimenti mill-Finlandja jistgħu jiżdiedu bħala kumpens għall-produtturi Finlandiżi SLOM', sa massimu ta' 200 000 tunnellati, li għandhom ikunu allokati bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità. Din ir-riserva għandha tkun mhux-trasferibbli u għandha tintuża esklussivament f'isem il-produtturi li d-dritt tagħhom li jerġgħu jibdew bil-produzzjoni ikun affettwat bħala riżultat ta' l-Adeżjoni.

    Iż-żieda fil-kwantitajiet totali, u l-kondizzjonijiet li bihom kwantitajiet ta' referenza individwali li hemm dispożizzjoni dwarhom fis-subparagrafu preċedenti għandhom ikunu mogħtija, għandhom ikunu deċiżi bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 11."

    4. L-Artikolu 3(3) għandu jkun imħassar.

    5. L-Artikolu 4 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 4

    1. Il-kwantità ta' referenza individwali disponibbli fuq qasam għandha tkun egwali għal kwantità disponibbli fil-31 ta' Marzu 2000. Għandha tkun aġġustata, fejn xieraq, għal kull perijodu kkonċernat, sabiex is-somma tal-kwantitajiet ta' referenza individwali ta' l-istess tip ma jeċċedux il-kwantitajiet globali korrispondenti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3, bil-konsiderazzjoni ta' xi tnaqqis magħmul għall-allokazzjoni ta' riserva nazzjonali li hemm disposizzjoni dwarha fl-Artikolu 5.

    2. Kwantitajiet ta' referenza individwali għandhom jiżdiedu jew ikunu stabbiliti fuq talba ġġustifikata kif xieraq mill-produtturi li tieħu akkont tat-tibdiliet li jaffettwaw il-fornimenti tagħhom u/jew il-bejgħ direttament tagħhom. Iż-żieda jew l-istabbiliment ta' kwantità ta' referenza bħal din għandha tkun suġġetta għal tnaqqis korrispondenti jew il-kanċellament ta' kwantità ta' referenza oħra li jkollu l-produttur. Dawn l-aġġustamenti ma jistgħux iwasslu għal żieda fis-somma tal-fornimenti jew bejgħ dirett li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 3 għall-Istat Membru kkonċernat.

    Meta l-kwantitajiet ta' referenza individwali jgħaddu minn tibdil definittiv, il-kwantitajiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3 għandhom ikunu aġġustati bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11."

    6. L-Artikolu 5 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 5

    Fil-qofol tal-kwantitajiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3, l-Istat Membru jista' jġedded ir-riserva nazzjonali wara tnaqqis ġenerali fuq kollox fil-kwantitajiet ta' referenza individwali kollha sabiex jingħataw kwantitajiet addizzjonali jew speċifiċi lill-produtturi li jkunu magħżula bi qbil mal-kriterja ta' l-oġġettivi mifthiema mal-Kummissjoni.

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(1), il-kwantitajiet ta' referenza disponibbli għall-produtturi li ma jkunux innegozjaw il-ħalib jew il-prodotti l-oħra tal-ħalib għal wieħed mill-perijodi ta' 12-il xahar għandhom ikunu allokati lejn ir-riservi nazzjonali u jistgħu jkunu allokati mill-ġdid bi qbil ma' l-ewwel subparagrafu. Meta l-produttur jerġa' jibda bil-produzzjoni tal-ħalib jew tal-prodotti l-oħra tal-ħalib ma tul perijodu li għandu jkun iddeterminat mill-Istat Membru, għandu jkun mogħti kwantità ta' referenza bi qbil ma' l-Artikolu 4(1) mhux aktar tard mill-1 ta' April ta' wara d-data ta' l-applikazzjoni tiegħu.

    Meta matul mill-anqas wieħed mill-perijodi ta' 12-il xahar produttur ma jagħmilx użu, jew permezz ta' fornimenti jew inkella b'bejgħ dirett, ta' mill-anqas 70 % tal-kwantità ta' referenza individwali li tkun disponibbli għalih, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li b'segwiment mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità:

    - jekk u taħt liema kondizzjonijiet it-total jew parti mill-kwantità ta' referenza li ma tkunx użata għandha tingħata lir-riservi nazzjonali. B'dana kollu, il-kwantitajiet ta' referenza li ma jkunux użati m'għandhomx imorru lejn ir-riservi nazzjonali fil-każ ta' force majeure u f'każi li jkunu ġġustifikati kif xieraq li jaffettwaw il-kapaċita tal-produzzjoni tal-produtturi kkonċernati u rrikonoxxuti mill-awtorità kompetenti;

    - li bihom il-kondizzjonijiet ta' kwantità ta' referenza għandhom ikunu allokati mill-ġdid lill-produtturi kkonċernati."

    7. L-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "1. Qabel data li huma għandhom jiddeterminaw u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw, għall-perijodu ta' 12-il xahar ikkonċernat, trasferimenti temporanji ta' kwantitajiet ta' referenza individwali li l-produtturi li jkunu intitolati għalihom li huma ma jkollhomx l-intenzjoni li jużaw."

    8. L-Artikolu 7(1) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "1. Il-kwantitajiet ta' referenza disponibbli f'qasam għandhom ikunu ttrasferiti flimkien mal-qasam fil-każ ta' bejgħ, kera jew trasferiment b'wirt lill-produtturi li jieħdu f'idejhom dak il-qasam bi qbil mar-regoli dettaljati li għandhom ikunu ddeterminati mill-Istati Membri li jieħdu akkont ta' l-artijiet użati għall-produzzjoni tal-ħalib jew ta' kriterji oġġettiva oħra u, fejn applikabbli, ta' xi ftehim bejn il-partijiet.

    Xi parti tal-kwantità ta' referenza, li ma tkunx trasferita mal-qasam, għandha tkun miżjuda mar-riservi nazzjonali. B'dana kollu, jekk parti li tmur lejn ir-riservi nazzjonali fl-okkażjoni ta' trasferiment ta' kwantitijiet ta' referenza, it-tnaqqis m'għandux ikun applikabbli għal każi meta l-kwantitajiet ta' referenza jkunu ttrasferiti lura.

    L-istess disposizzjonijiet għandhom japplikaw f'każi oħra ta' trasferimenti li jinvolvu effetti legali kumparabbli għal produtturi.

    B'dana kollu, meta art tkun trasferita lill-awtoritajiet pubbliċi u/jew għal użu ta' l-interess pubbliku, jew meta t-trasferiment jitwettaq għal skopijiet mhux-agrikoli, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disposizzjoni dwar il-miżuri meħtieġa biex jipproteġu li l-interessi leġġittimi tal-partijiet ikunu implimentati, u partikolarment li l-produttur li jkun sejjer jitlaq ikun f'pożizzjoni li jkompli bil-produzzjoni tal-ħalib, jekk dik tkun l-intenzjoni tiegħu."

    9. L-Artikolu 8 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 8

    Bl-għan li titwettaq ir-ristrutturazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib jew tat-titjib ambjentali, l-Istati Membri jistgħu jieħdu xi waħda jew aktar minn dawn l-azzjonijiet li ġejjin bi qbil mar-regoli dettaljati li huma għandhom jistabbilixxu billi jieħdu akkont ta' l-interessi leġittimi tal-partijiet:

    (a) jagħtu kumpens fi tħassil annwali wieħed jew aktar lill-produtturi li jintrabtu li jabbandunaw definittivament parti jew il-produzzjoni kollha tagħhom tal-ħalib u jqiegħdu l-kwantitajiet ta' referenza hekk meħlusa fir-riserva nazzjonali,

    (b) jiddeterminaw fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi l-kondizzjonijiet li bihom produtturi jistgħu jakkwistaw, bi ħlas, fil-bidu ta' perijodu ta' 12-il xahar, l-allokazzjoni mill-ġdid mill-awtoritajiet kompetenti jew minn korp innominat minn dik l-awtorità, ta' kwantitajiet ta' referenza rrilaxxata definittivament fit-tmiem tal-perjodu tat-12-il xahar preċedenti minn produtturi oħra minflok kumpens bi tħassil annwali wieħed jew aktar ekwivalenti għall-pagament imsemmi hawn fuq,

    (ċ) basta li, fil-każ ta' art ittrasferita bl-għan li jitjieb l-ambjent, għall-allokazzjoni ta' kwantità ta' referenza disponibbli fil-qasam ikkonċernat lill-produttur li jkun sejjer jitlaq jekk ikollu l-intenzjoni li jkompli bil-produzzjoni tal-ħalib,

    (d) jiddeterminaw, fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, ir-reġjuni jew l-artijiet tal-ġbir li fihom it-trasferiment definittiv tal-kwantitajiet ta' referenza mingħajr it-trasferiment korrispondenti ta' l-art ikunu awtorizzati, bl-għan li jitjiebu l-istrutturi tal-produzzjoni tal-ħalib,

    (e) jawtorizzaw, b'applikazzjoni mill-produttur lejn l-awtorità kompetenti jew minn korp innominat minn dik l-awtorità, it-trasferiment definittiv tal-kwantitajiet ta' referenza mingħajr it-trasferiment korrispondenti ta' l-art, jew viċe versa, bl-għan li tittejjeb l-istruttura tal-produzzjoni tal-ħalib għal-livell tal-qasam jew li titħalla l-estenzjoni tal-produzzjoni.

    Ir-regoli skond (a), (b) (ċ) u (e) jistgħu jkunu implimentati fil-livell nazzjonali jew fil-livell territorjali xieraq jew fiż-żoni tal-ġbir."

    10. Dan li ġej għandu jidħol wara l-Artikolu 8:

    "L-Artikolu 8a

    Billi jaġixxu bi qbil mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, l-Istati Membri jistgħu jieħdu dawn il-miżuri, bl-għan li jassiguraw li l-kwantitajiet ta' referenza jkunu attribwiti biss għal produtturi attivi tal-ħalib:

    (a) Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu, meta l-kwantitajiet ta' referenza kienu jew ikunu ttrasferiti bi jew mingħajr l-art korrispondenti permezz ta' kirjiet rurali jew b'xi mezzi oħra li jinvolvu effetti legali kumparabbli, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi jekk u b'liema kondizzjonijiet, il-kwantità ta' referenza kollha jew parti minnha li tkun ittrasferita għandha tmur lura lejn ir-riservi nazzjonali.

    Din id-disposizzjoni m'għandhiex tkun applikabbli għal trasferimenti temporanji permezz ta' l-Artikolu 6.

    (b) Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-diposizzjonijiet dwar it-trasferiment tal-kwantitajiet ta' referenza fl-Artikolu 7(1)."

    11. L-Anness stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament huwa b'hekk miżjud mar-Regolament (KEE) Nru 3950/92.

    Artikolu 2

    Meta miżuri transizzjonali jkunu meħtieġa ħalli jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' l-emendi li hemm disposizzjoni dwarhom fl-Artikolu 1, dawn għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92.

    Artikolu 3

    Il-Kunsill jintrabat li jwettaq reviżjoni ta' nofs il-perijodu fl-2003, fuq il-bażi ta' rapport tal-Kummissjoni, bl-għan li jippermetti l-arranġamenti tal-kwota preżenti li tispiċċa wara l-2006.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 ta' April 2000, apparti milli għall-Artikolu 1, il-punt 2, li għandu jkun applikabbli mid-data tad-dħul b'effett tiegħu.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Mejju 1999.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    K.H. FUNKE

    ANNESS I

    "Kwantitajiet totali ta' referenza kif applikabbli mill-1 ta' April 1999 sal-31 ta' Marzu 2000

    (tunnellati)

    Stati Membri Konsenji Bejgħ dirett

    Il-Belġju 3 140 696 169 735

    Id-Danimarka 4 454 640 708

    Il-Ġermanja 27 767 036 97 780

    Il-Greċja 629 817 696

    Spanja 5 457 564 109 386

    Franza 23 793 932 441 866

    L-Irlanda 5 236 575 9 189

    L-Italja 9 698 399 231 661

    Il-Lussemburgu 268 098 951

    L-Olanda 10 991 900 82 792

    L-Awstrija 2 543 979 205 422

    Il-Portugall 1 835 461 37 000

    Il-Finlandja 2 394 528 10 000

    L-Isvezja 3 300 000 3 000

    Ir-Renju Unit 14 373 969 216 078'

    ANNESS II

    "L-ANNESS

    (a) Kwantitajiet totali ta' referenza li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(2) kif applikabbli mill-1 ta' April 2000 sal-31 ta' Marzu 2001

    (tunnellati)

    Stati Membri Konsenji Bejgħ dirett

    Il-Belġju 3 140 696 169 735

    Id-Danimarka 4 454 640 708

    Il-Ġermanja 27 767 036 97 780

    Il-Greċja 674 617 696

    Spanja 5 807 564 109 386

    Franza 23 793 932 441 866

    L-Irlanda 5 332 575 9 189

    L-Italja 10 082 399 231 661

    Il-Lussemburgu 268 098 951

    L-Olanda 10 991 900 82 792

    L-Awstrija 2 543 979 205 422

    Il-Portugall 1 835 461 37 000

    Il-Finlandja 2 394 528 10 000

    L-Isvezja 3 300 000 3 000

    Ir-Renju Unit 14 386 577 (*) 216 078

    (*) Żieda speċifika ta' kwota għall-allokazzjoni lill-Irlanda ta' Fuq.

    (b) Il-kwantitajiet totali ta' referenza li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(2) kif applikabbli mill-1 ta' April 2001 sal-31 ta' Marzu 2002

    (tunnellati)

    Stati Membri Konsenji Bejgħ dirett

    Il-Belġju 3 140 696 169 735

    Id-Danimarka 4 454 640 708

    Il-Ġermanja 27 767 036 97 780

    Il-Greċja 699 817 696

    Spanja 6 007 564 109 386

    Franza 23 793 932 441 866

    L-Irlanda 5 386 575 9 189

    L-Italja 10 298 399 231 661

    Il-Lussemburgu 268 098 951

    L-Olanda 10 991 900 82 792

    L-Awstrija 2 543 979 205 422

    Il-Portugall 1 835 461 37 000

    Il-Finlandja 2 394 528 10 000

    L-Isvezja 3 300 000 3 000

    Ir-Renju Unit 14 393 669 (*) 216 078

    (8) Żieda speċifika ta' kwota għall-allokazzjoni lill-Irlanda ta' Fuq.

    (ċ) Kwantitajiet totali ta' referenza li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(2) kif applikabbli mill-1 ta' April 2002 sal-31 ta' Marzu 2005

    (tunnellati)

    Stati Membri Konsenji Bejgħ dirett

    Il-Belġju 3 140 696 169 735

    Id-Danimarka 4 454 640 708

    Il-Ġermanja 27 767 036 97 780

    Il-Greċja 699 817 696

    Spanja 6 007 564 109 386

    Franza 23 793 932 441 866

    L-Irlanda 5 386 575 9 189

    L-Italja 10 298 399 231 661

    Il-Lussemburgu 268 098 951

    L-Olanda 10 991 900 82 792

    L-Awstrija 2 543 979 205 422

    Il-Portugall 1 835 461 37 000

    Il-Finlandja 2 394 528 10 000

    L-Isvezja 3 300 000 3 000

    Ir-Renju Unit 14 393 669 216 078

    (d) Il-kwantitajiet totali ta' referenza kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(2) kif applikabbli mill-1 ta' April 2005 sal-31 ta' Marzu 2006

    (tunnellati)

    Stati Membri Konsenji Bejgħ dirett

    Il-Belġju 3 157 248 169 735

    Id-Danimarka 4 476 917 708

    Il-Ġermanja 27 906 360 97 780

    Il-Greċja 699 817 696

    Spanja 6 007 564 109 386

    Franza 23 915 111 441 866

    L-Irlanda 5 386 575 9 189

    L-Italja 10 298 399 231 661

    Il-Lussemburgu 269 443 951

    L-Olanda 11 047 273 82 792

    L-Awstrija 2 557 726 205 422

    Il-Portugall 1 844 823 37 000

    Il-Finlandja 2 406 551 10 000

    L-Isvezja 3 316 515 3 000

    Ir-Renju Unit 14 466 619 216 078

    (e) Il-kwantitajiet totali ta' referenza kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(2) kif applikabbli mill-1 ta' April 2006 sal-31 ta' Marzu 2007

    (tunnellati)

    Stati Membri Konsenji Bejgħ dirett

    Il-Belġju 3 173 800 169 735

    Id-Danimarka 4 499 193 708

    Il-Ġermanja 28 045 684 97 780

    Il-Greċja 699 817 696

    Spanja 6 007 564 109 386

    Franza 24 036 290 441 866

    L-Irlanda 5 386 575 9 189

    L-Italja 10 298 399 231 661

    Il-Lussemburgu 270 788 951

    L-Olanda 11 102 647 82 792

    L-Awstrija 2 571 473 205 422

    Il-Portugall 1 854 186 37 000

    Il-Finlandja 2 418 573 10 000

    L-Isvezja 3 333 030 3 000

    Ir-Renju Unit 14 539 569 216 078

    (f) Il-kwantitajiet totali ta' referenza kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(2) kif applikabbli mill-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008

    (tunnellati)

    Stati Membri Konsenji Bejgħ dirett

    Il-Belġju 3 190 352 169 735

    Id-Danimarka 4 521 470 708

    Il-Ġermanja 28 185 008 97 780

    Il-Greċja 699 817 696

    Spanja 6 007 564 109 386

    Franza 24 157 469 441 866

    L-Irlanda 5 386 575 9 189

    L-Italja 10 298 399 231 661

    Il-Lussemburgu 272 134 951

    L-Olanda 11 158 020 82 792

    L-Awstrija 2 585 220 205 422

    Il-Portugall 1 863 548 37 000

    Il-Finlandja 2 430 596 10 000

    L-Isvezja 3 349 545 3 000

    Ir-Renju Unit 14 612 520 216 078'

    [1] ĠU C 170, 4.6.1998, p. 60.

    [2] L-opinjoni mogħtija fis-6 ta' Mejju 1999 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [3] ĠU C 407, 28.12.1998, p. 203.

    [4] ĠU C 93, 6.4.1999, p. 1.

    [5] ĠU C 401, 22.12.1998, p. 3.

    [6] ĠU L 405, 31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 751/1999 (ĠU L. 96, 10.4.1999, p. 11).

    Top