EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0964

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/1999 tas-6 ta' Mejju 1999 dwar il-klassifika ta' ċertu oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 119, 7.5.1999, p. 28–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/964/oj

31999R0964



Official Journal L 119 , 07/05/1999 P. 0028 - 0029


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/1999

tas-6 ta' Mejju 1999

dwar il-klassifika ta' ċertu oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

Il-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-kunsill (KEE) 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistika u dwar it-Tariffa Komuni tal-Komunita, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 861/1999 [2], b'mod partikolari l-Artikolu 9,

Billi biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jkunu addottati miżuri dwar il-klassifika tal-merkanzija li hemm referenza għaliha fl-Anness ma’ dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva r-Regoli Ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kollha kemm hi jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunita, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' tariffa u miżuri oħra konnessi ma’ kummerċ ta' merkanzija;

Billi, skond ir-Regoli Ġenerali msemmija, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet iddikjarati fil-kolonna 3;

Billi huwa aċċettat li informazzjoni li torbot ta' tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri fir-rigward tal-klassifika ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda u li ma jikkonformwax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista’ tissokta tkun invokata, taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komuni [3], għal perjodu ta' tliet xhur mill-possessur;

Billi miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tas-Sezzjoni dwar Nomenklatura ta' Tariffa u Statistika tal-Kumitat dwar Kodiċi Dognanli,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella annessa issa hija kklassifikata ġon-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

L-Artikolu 2

Informazzjoni ta' tariffa li torbot maħruġa mill awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma jikkonformawx mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista’ tissokta tkun invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta' Mejju 1999.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 108, tas-27.4.1999, p. 11.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni tal-merkanzija | Klassifika ta' kodiċi (NM) | Raġuni |

(1) | (2) | (3) |

1.Trasmettitur ottoeletroniku kapaċi jikkonverti sinjali ta' frekwenza tar-radju FR (RF) f'sinjali ottiċi. L-apparat jittrasmetti wkoll dawn is-sinjali ottiċi permezz ta' sistema ta' fibre optic cable trunk permezz ta' laser li juża teknoloġija ta' carrier—current. Huwa llokat fix-xibka ta' trasmissjoni ta' sistema ta' cable TV | 85175010 | 1. Il-klassifika hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u r-rabta ta' kliem tal-kodiċijiet NM 8517, 851750 u 85175010 (ara wkoll in-Noti Spjegattivi tas-Sistema Armonizzata mat-Titolu 8517, III) |

2.Rilevitur ottoelettroniku kapaċi jikkonvert sinjali ottiċi f'sinjali ta' frekwenza tar-radju FR (RF) wara trasmissjoni permezz ta' teknoloġija ta' carrier—current permezz ta' sistema ta' fibre optic cable trunk. Huwa llokat fix-xibka ta' trasmissjoni ta' sistema ta' cable TV.L-output FR (RF) jintuża biex iservi linji ta' trunk diversi fil-fibre service fl-area lokali | 85175010 | 2. Il-klassifika hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u r-rabta ta' kliem tal-kodiċijiet NM 8517, 851750 u 85175010 (ara wkoll in-Noti Spjegattivi tas-Sistema Armonizzata mat-Titolu 8517, III) |

--------------------------------------------------

Top