Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0955

    Ir-Regolament (KE) Nru 955/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 1990 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 dwar il-proċedura ta' transitu estern

    ĠU L 119, 7.5.1999, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/955/oj

    31999R0955



    Official Journal L 119 , 07/05/1999 P. 0001 - 0004


    Ir-Regolament (KE) Nru 955/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tat-13 ta' April 1990

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 dwar il-proċedura ta' transitu estern

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28, 100a u 113 miġjuba fih,

    Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kommissjoni [1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Waqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikoli 189b tat-Trattat [3],

    (1) Billi il-proċedura ta' transitu estern kif regolata bir-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 2913/92 tat-12 ta'Ottubru 1992 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [4] huwa primarjament maħsub sabiex jiffaċilita il-kummerċ ta' prodotti mhux ġejjin mill-Komunità fit-territorju doganali tal-Komunità; billi l-ħtieġa ta' l-użu ta' dik il-proċedura għall-esportazzjoni ta' oġġetti tal-Komunità trid tiġi evalwata skond is-sitwazzjonijiet differenti ħafna; billi huwa meħtieġ, f'kull kas, li tipprevjeni li l-prodotti koperti minn jew li jibbenefikaw minn miżuri ta' esportazzjoni jevadu jew jibbenefikaw inġustament minn dawn il-miżuri, billi jiġi zgurat illi l-leġislazzjoni doganali tal-Komunità meħuda kollha kemm hi tigarantixxi kontroll u sorveljanza mill-inqas ekwivalenti għal offruti mill-proċedura ta' transitu estern tal-Komunità; billi, jekk il-possibilità li tintuża din il-proċedura f'xi uħud minn dawk is-sitwazzjonijiet tiġi sostnuta, definizzjoni ta' dawk is-sitwazzjonijiet għandha tkun is-suġġett għall-proċedura tal-kumitat;

    (2) Billi d-deċizjonijiet kollha meħuda taħt il-proċedura tal-kumitat għandhom ikunu trasparenti hemm għall-amministrazzjoni doganali kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi;

    (3) Billi huwa meħtieġ li jiġi definit il-mod ta' kif l-awtoritajiet doganali jwettqu l-proċedura, b'relazzjoni mal-post, il-ħin u l-kondizzjonijiet li taħthom din il-proċedura tintemm, sabiex jiġi stabilit aktar ċar l-iskop u l-limiti ta' l-obbligazzjonijiet tad-detentur tal-proċedura ta' transitu estern u li jiġi zgurat illi, fin-nuqqas ta' informazzjoni li kapaċi tistabilixxi li l-proċedura intemmet, id-detentur jibqa interament responsabbli; billi huwa meħtieġ, sabiex tiżdied is-sigurtà u l-effiċjenza tal-proċedura ta' transitu, li jittejjeb it-twettieq permess ta' miżuri operattivi u billi jiġu implimentati dispożizzjonijiet, li għandhom jiġu determinati skond il-proċedura tal-Kumitat, li jizguraw li l-awtoritajiet tad-dwana jwettqu l-proċedura fl-iqsar żmien possibbli;

    (4) Billi huwa meħtieġ għar-regoli li l-garanzija fi transitu tkun definita aħjar, inkluz ir-rikors għal forom differenti ta' garanzija u l-kazi tar-rinunzja għall-garanzija, b'mod partikolari wara l-emenda ta' l-iskop ta' transitu bil-baħar; billi, sabiex tiġi zgurata protezzjoni adegwata ta' l-interessi ta' l-Istati Membri u tal-Komunità mingħajr ma jitqiegħed piz sproporzjonat fuq l-utenti, din il-garanzija u l-kalkolu ta' l-ammont tagħha għandhom ikunu ibbażati kemm fuq il-fiduċja ta' l-operaturi kif ukoll fuq ir-riskji li jkollhom il-prodotti; billi presentazzjoni aktar loġika u strutturata aħjar tad-dispożizzjonijiet hija mixtieqa għall-garanzija fi transitu;

    (5) Billi, sabiex jiġi salvagwardjat id-dħul tal-Komunità Ewropea u ta' l-Istati Membri u sabiex jitnaqqsu il-prattiċi ta' frodi fil-proċedura ta' transitu, arranġamenti li jinvolvu miżuri gradwati għall-applikazzjoni tal-garanzija komprensiva huma suġġeriti; billi fl-ewwel lok il-projbizzjoni tat-tnaqqis tal-garanzija komprensiva tista' titqies meta hemm riskju miżjud ta' frodi u telf ta' dħul ikun mistenni; billi fejn ikun ġie stabilit li jeżistu sitwazzjonijiet speċjalment kritiċi u eċċezzjonali, li jistgħu jinqalgħu b'mod partikolari mill-attivitajiet tal-kriminalità organizzata, għandu minflok ikun ukoll possibbli temporanjament li tiġi projbita l-applikazzjoni tal-garanzija komprensiva nnifisha: billi għandu jingħata kont fl-applikazzjoni ta'dawn il-miżuri gradwati tas-sitwazzjoni partikolari ta' l-operaturi ekonomiċi li jilħqu kriterji speċifiċi li għandhom jiġu stabbiliti; billi, fejn garanzija individwali għandha tiġi provvduta minnflok il-garanzija komprensiva, il-piżijiet involuti għall-operaturi għandhom jiġu mnaqqsa permess ta' l-akbar simplifikazzjoni possibli;

    (6) Billi l-proċeduri simplifikati li jkollhom għan esklussivament nazzjonali, bilaterali jew multilaterali introdotti mill-Istat Membru taħt l-Artikolu 97(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Kodiċi", ivarjaw ħafna fin-natura tagħhom u jistgħu f'xi kazijiet ikunu f'kunflitt ma' l-applikazzjoni kif imiss tal-proċeduri ta' transitu tal-Komunità u l-ħtieġa ta' trattament ugwali ta' l-operaturi ekonomiċi; billi, mingħajr ma nsemmu l-benefiċċji li din is-sistema toffri lill dawn l-operaturi, komunikazzjoni lill-Kummissjoni tal-proċeduri simplifikati introdotti minn kull Stat Membru fuq dan il-bażi għandha tiġi provvduta, sabiex tiġi zgurata it-trasparenza ta' dawn il-miżuri u tiġi evalwata l-kompatibilità tagħhom mar-regoli li jirregolaw il-proċedura ta' transitu tal-Komunità u b'mod partikolari l-garanzija;

    (7) Billi sistemi ta' sigurtà għall-proċedura ta' transitu tal-Komunità jkopru kemm id-dejn doganali u tariffi oħra li jistgħu jinqalgħu fir-rigward ta'prodotti, u jikkostitwixxu kas speċjali minħabba li l-proċeduri huma ta' natura internazzjonali u is-somma meħtieġa trid tkun imfassla sal-punt tar-riskji u l-fiduċja tal-prinċipal; billi, għalhekk, hemm il-ħtieġa li jiġi adottat b' konsegwenza l-Artikolu 192 tal-Kodiċi;

    (8) Billi skond il-kliem prezenti ta' l-Artikolu 215 tal-Kodiċi huwa possibli li jiġi stabbilit meta id-dejn doganali jkun sar, iżda ma jindikax li dan il-post jistabbilixxi l-awtorità responsabbli għad-dħul fil-kontijiet tad-dejn; billi, barra minn dan, fejn proċedura tad-dwana ma titwettaqx, ir-regola għall-istabbiliment ta' dak il-post għandha tiġi emendata sabiex tirrifletti l-ħtieġa li jiġi stabbilit, sa fejn ikun possibbli, il-post fejn il-ġrajjiet li minnhom joħroġ id-dejn doganali fil-fatt iseħħu;

    (9) Billi s-simplifikazzjoni u l-kjarifika tar-regoli għall-benefiċċju kemm ta' l-operaturi u ta' l-uffiċjali doganali jifformaw parti essenzali mill-pjan ta' azzjoni għat-transitu doganali fl-Ewropa; billi dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati wkoll għad-dispożizzjonijiet stabbiliti skond il-proċedura ta' kumitat;

    (10) Billi din l-emenda tal-Kodiċi flimkien ma' l-emendi korrispondenti għad-dispożizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni għandhom ikunu tali li jiffaċilitaw l-introduzzjoni f'waqtha ta' sistema kumputerizzata ġdida ta' transitu għall-benefiċċju ta' l-interessi pubbliċi involuti fl-operazzjonijiet ta' transitu kif ukoll ta' l-operaturi ekonomiċi,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 huwa b'dan emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 91(1)(b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    "(b) Prodotti tal-Komunità, fil-kazi u bil-kondizzjonijiet stabbiliti skond il-proċedura ta' kumitat, sabiex jiġi prevenut illi prodotti koperti minn jew li jibbenefikaw minn miżuri ta' l-esportazzjoni jevadu jew jibbenefikaw inġustament minn dawk il-miżuri".

    2. L-Artikolu 92 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 92

    1. Il-proċedura ta' transitu estern għandha tintemm u l-obbligazzjonijiet tad-detentur għandhom ikunu mwettqa meta l-prodotti mqiegħda taħt il-proċedura u d-dokumenti meħtieġa jkunu ingħataw lill-uffiċju doganali tad-destinazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tal-proċedura in kwistjoni.

    2. L-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu l-proċedura meta jkunu f'pozizzjoni li jistbilixxu, fuq il-bażi ta' paragun tad-data disponibbli għall-uffiċju tat-tluq u dik disponibbli lill-uffiċju doganali tad-destinazzjoni, li l-proċedura tkun intemmet korrettement."

    3. L-Artikolu 94 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 94

    1. Il-prinċipal għandu jipprovdi garanzija sabiex jizgura l-ħlas ta' kull dejn doganali jew tariffi ieħor li jistgħu jinħolqu fir-rigward tal-prodotti.

    2. Il-garanzija għandha tkun jew:

    (a) garanzija individwali li tkopri operazzjoni waħda ta' transitu; jew

    (b) garanzija komprensiva li tkopri numru ta' operazzjonijiet ta' transitu fejn il-prinċipal kien awtorizzat li juża din il-garanzija mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru fejn huwa jkun stabbilit.

    3. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) għandha tingħata biss lill-persuni li:

    (a) huma stabbiliti fil-Komunità;

    (b) jużaw regolarment il-proċeduri ta' transitu tal-Komunità jew li huma magħrufa mill-awtoritajiet doganali li għandhom il-kapaċità li jwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom fir-rigward ta' dawn il-proċeduri, u

    (ċ) li ma jkunux ikkommetew reati serji jew ripetuti kontra l-liġijiet doganali jew tat-taxxa.

    4. Persuni li jissodisfaw lill-awtoritajiet doganali li jkunu laħqu standards ta' affidabilità għola jistgħu jkunu awtorizzati li jużaw garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas jew li ssir rinunzja għall-garanzija. Il-kriterji addizzjonali għall din l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu:

    (a) l-użu korrett tal-proċeduri ta' transitu tal-Komunità matul il-perjodu stabbilit;

    (b) il-kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet doganali, u

    (ċ) fir-rigward tar-rinunzja tal-garanzija, pożizzjoni finanzjarja soda li tkun bizzejjed sabiex twettaq l-obbligi ta' l-imsemmija persuni.

    Ir-regoli dettaljati għall-awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt dan il-paragrafu għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura tal-kumitat.

    5. Ir-rinunzja tal-garanzija awtorizzata skond il-paragrafu 4 m'għandiex tapplika għall-operazzjonijiet ta' transitu estern tal-Komunità li jinvolvi prodotti li, kif stabbilit skond il -proċedura tal-kumitat, huma kkunsidrati li jippresentaw riskji miżjuda.

    6. Skond il-prinċipji tal-paragrafu 4, rikors għall-garanzija komprensiva għal ammont imnaqqas jista', fil-kas ta' transitu estern tal-Komunità, jkun projbit temporanjament mill-proċedura tal-kumitat bħala miżura eċċezjonali f'ċirkostanzi speċjali.

    7. Skond il-prinċipji fil-paragrafu 4, ir-rikors għall-garanzija komprensiva jista', fil-kas ta' transitu estern tal-Komunità, jkun projbit temporanjament mill-proċedura tal-kumitat fir-rigward ta' prodotti li, taħt il-garanzija komprensiva, jkunu ġew identifikati bħala suġġetti għall-frodi fuq skala kbira"

    4. L-Artikolu 95 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 95

    1. Hlief fil-kazijiet li għandhom jiġu stabbiliti fejn meħtieġ skond il-proċedura tal-kumitat, l-ebda garanzija m'għandha għalfejn tingħata għal:

    (a) vjaġġi bl-ajru;

    (b) ġarr ta' prodotti fuq ir-Rhine u fuq il-friegħi tagħha;

    (ċ) ġarr bil-pipeline;

    (d) operazzjonijiet imwettqa mill-kumpaniji ferrovjarji ta' l-Istat Membru.

    2. Il-kazijiet fejn l-għoti ta' garanzija fir-rigward ta' ġarr ta' prodotti fuq l-ilma barra dawk imsemmija fil-paragrafu (b) jista' jsir rinunzja għaliha għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura tal-kumitat"

    5. L-Artikolu 97 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 97

    1. Ir-regoli dettaljati għall-operazzjoni tal-proċedura u l-ezenzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura tal-kumitat.

    2. Sakemm l-implimentazzjoni ta' miżuri tal-Komunità li japplikaw għall-prodotti tkun garantita:

    (a) L-Istati Membri għandhom id-dritt, permess ta' arranġament bilaterali jew multilaterali, li jistabilixxu bejniethom proċeduri simplifikati konsistenti mal-kriterji li għandhom jitniżżlu skond iċ-ċirkostanzi u applikabbli għal tipi ta' traffiku ta' prodotti jew għal impriżi speċifiċi;

    (b) kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jistabilixxi proċeduri simplifikati f'ċerti ċirkostanzi għall-prodotti li m'humiex meħtieġa li jgħaddu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

    3. Proċeduri simplifikati stabbiliti taħt il-paragrafu 2 għandhom ikunu komunikati lill-Kummissjoni"

    6. Fl-Artikolu 192(1), is-sentenza tal-bidu għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    "1. Fejn il-leġislazzjoni doganali tagħmilha mandatorja li tkun provduta sigurtà, u suġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi preskritti għal transitu skond il-proċedura tal-kumitat, l-awtoritajiet doganali għandhom jiffisaw l-ammont ta' dik is-sigurtà f'livell ugwali għal:"

    7. L-Artikolu 215 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "L-Artikolu 215

    1. Dejn doganali għandu jseħħ:

    - fil-post fejn il-ġrajjiet li minnhom joħroġ ikunu saru,

    - jekk ma jkunx possibbli li jiġi stabbilit dak il-post, fil-post fejn l-awtoritajiet doganali jikkonkludu illi l-prodotti huma f'sitwazzjoni li fiha iseħħ id-dejn doganali,

    - jekk il-prodotti jkunu daħlu għall-proċedura doganali li ma tkunx twettqet, u l-post ma jkunx jistgħa jiġi stabbilit permess ta' l-ewwel jew it-tieni inċiż f'perjodu ta' żmien determinat, jekk xieraq, skond il-proċedura tal-kumitat, fil-post fejn il-prodotti jkunu jew tqegħdu taħt il-proċedura konċernata jew ġew introdotti fit-territorju doganali tal-Komunità taħt dik il-proċedura.

    2. Meta l-informazzjoni disponibbli lill-awtoritajiet doganali tagħmilha possibbli li huma jistabilixxu li d-dejn doganali kien ġia sar meta l-prodotti kienu f'post ieħor f'data aktar kmieni, id-dejn doganali jkun meqjus bħala li sar fil-post li jista' jiġi stabbilit bħala l-lokazzjoni tal-prodotti fiż-żmien l-aktar kmieni li fih l-eżistenza tad-dejn doganali tista' tiġi stabbilita.

    3. L-awtoritajiet doganali msemmija fl-Artikolu 217(1) huma dawk ta' l-Istat Membru fejn id-dejn doganali jkun sar jew meqjus li jkun sar skond dan l-Artikolu."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, fit-13 ta' April 1990.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    J. M. Gil-robles

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. Schomerus

    [1] ĠU C 337, tas-7.11.1997, p. 52.

    [2] ĠU C 73, tad-9.3.1998, p. 17.

    [3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 1998 (ĠU C 167, ta' l-1.6.1998, p. 99), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta' l-24 Settembru 1998 (ĠU C 333, tat-30.10.1998, p. 65) u Deċizjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 1998 (ĠU C 98, tad-9.4.1999). Deċizjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Marzu 1999.

    [4] ĠU L 302, tad-19.10.1992. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 (ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 1).

    --------------------------------------------------

    Top