EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0872

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 872/1999 tas-27 ta' April 1999 li jissupplementa l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta' oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli

ĠU L 110, 28.4.1999, p. 4–7 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/872/oj

31999R0872



Official Journal L 110 , 28/04/1999 P. 0004 - 0007


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 872/1999

tas-27 ta' April 1999

li jissupplementa l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta' oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta' l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1068/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

(1) Billi, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, ir-Renju Unit bagħat lill-Kumissjoni applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' isem bħala isem ta' l-oriġini;

(2) Billi, skond l-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament, instab illi l-applikazzjoni tilħaq il-ħtiġiet kollha stabbiliti fih u b'mod partikolari li kien fiha t-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 4 tiegħu;

(3) Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-isem fl-Anness I ma' hawn wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3];

(4) Billi, rigward id-demarkazzjoni ta' żona ġeografika pprovduta fl-Artikolu 4(2)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-Istat Membru ddikjara illi d-demarkazzjoni ta' l-erja fl-ispeċifikazzjonijiet trid tikkorrespondi eżattament ma' dik indikata fil-mappa ġeografika mogħtija; billi, filwaqt illi d-demarkazzjoni tat-toroq hija korretta, hemm il-ħtieġa illi tiġi miżjuda l-kontea ta' Somerset sabiex id-demarkazzjoni taqbel eżatt mal-mappa ġeografika; billi hemm il-ħtieġa illi dan it-tagħrif ikun speċifikat b'mod xieraq u għar-raġuni taċ-ċarezza; billi hija inkluża fil-punti prinċipali ta' l-ispeċifikazzjonijiet;

(5) Billi l-isem għandu għalhekk jiddaħħal fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" u minn issa 'l quddiem ikun protett fil-Komunità kollha bħala isem ta' l-oriġini protett;

(6) Billi l-Anness ma' dan ir-Regolament jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 378/1999 [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-isem fl-Anness I ma' hawn huwa miżjud fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mdaħħal bħala indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) fir-"Registru ta' l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Il-punti prinċipali ta' l-ispeċifikazzjonijiet huma ddikjarati fl-Anness II. Dan it-tagħrif jieħu l-post ta' dak ippubblikat fil-paġna 31 tas-serje C 265 tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tat-22 ta' Awissu 1998.

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' April 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1.

[2] ĠU L 156, tat-13.6.1997, p. 10.

[3] ĠU Ċ 265, tat- 22.8.1998, p. 31.

[4] ĠU L 327, tat-18.12.1996, p. 11.

[5] ĠU L 46, tal-20.2.1999, p. 13.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS II MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

L-Iġbna

IR-RENJU UNIT

Ġobon Exmoor Blue (IĠP)

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta' l-oriġini

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2081/92

APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI: Artikolu 5

DPO ( ) IĠP (X)

In-numru tal-fajl nazzjonali: 03013

Id-Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru Ir-Renju Unit

Isem: Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura, is-Sajd u u l-Ikel

Tel.: (44 171) 270 88 65

Fax: (44 171) 270 80 71

Il-grupp applikanti Isem : Il-Ġobon Exmoor Blue

Indirizz Willett Farm, Lydeard St Lawrence, Taunton, Somerset

Il-Kompożizzjoni : il-produttur/proċessur: 1 Oħrajn: 1

Tip tal-prodott : Ġobon: Klassi 1.3

L-ispeċifikazzjoni L-Isem : Ġobon Exmoor Blue

Id-Deskrizzjoni : Ġobon artab bil-vini blu mhux xkumat b'kontenut medju ta' xaħam ta' 34 %. Ikkaratterizzat b'kulur isfar ħafna u b'konsistenza tal-butir. Magħmul minn ħalib tal-baqar ta' Jersey mhux ippasturizzat.

Iż-żona Ġeografika : Dik il-parti tal-kontej ta' Devon u Somerset minn Barnstaple matul il-kosta sal-belt ta' Watchet, matul il-linja tal-ferrovija ta' l-istim minn Watchet sakemm tinqasam mit-triq B 3227, it-triq B 3227 lejn il-Punent sakemm taqsam it-triq A 361, it-triq A 361 lejn il-Punent għal ġo Barnstaple.

Il-Prova ta' l-Oriġini : Il-ġobon ġie prodott bl-użu ta' metodi tradizzjonali bl-idejn fir-razzett ta' l-applikant sa mis-sena 1986. Mill-1990, ġie wżat ħalib tal-baqar tar-razza Jersey biss sabiex jinħadem dan il-ġobon artab distintiv.

Il-Metodu tal-Produzzjoni : Il-Ħalib jiġi msaħħan sa 70 °F u jiġi miżjud l-istarter. Il-Ħalib jiġi mbagħad imsaħħan minn 85 sa 90 °F u din it-temperatura tinżamm għal minn tlieta sa ħames sigħat. F'dan il-perjodu taż-żmien jiġi miżjud it-tames mill-ħaxix u l-Penicillium roqueforti. Il-baqta titħalla toqgħod qabel ma tinqata' u tiġi ttrasferita b'passaturi ta' l-idejn għal forom b'żewġ partijiet u titħalla toqtor. Wara kemm sitt sigħat u kemm 18-il siegħa il-forom jiġu maqluba. Erba' u għoxrin siegħa wara l-ġobniet jitqiegħdu fis-salmura għal bejn wieħed u ieħor sitt sigħat u mħollija joqtru għal 36 siegħa oħra, fejn matul dan iż-żmien jinqalbu għal darbtejn. Wara li jittaqqbu ż-żewġ naħat bl-idejn, il-ġobniet jiġu ttrasferiti f'kamra fejn jimmaturaw u jiġu mbexxa fuq iż-żewġ naħat bil-Penicillium candidum. L-Exmoor Jersey Blue jitħalla jimmatura għal minn tlieta sa sitt ġimgħat u jiġi maqlub ġurnata iva u oħra le.

Ir-Rabta : Il-klima umda u sħuna u l-ħamrija tal-wiċċ miksuba mill-ġebla ta' taħtha tar-ramel kemm qadima u kemm ġdida jingħaqdu ma' staġun twil ta' mergħa sabiex jagħtu ħaxix tal-mergħa kotran u frisk, li jipproduċi ħalib b'togħma sinjura.

L-Istruttura ta' l-Ispezzjoni Isem : L-Assoċjazzjoni tal-Produtturi tal-Ġobon Speċjalizzat

Indirizz Kaxxa Postali 256A, Thames Ditton, Surrey, KT7 0HR

It-Tikkettjar : IĠP

Il-Ħtiġiet tal-leġislazzjoni nazzjonali : —

--------------------------------------------------

Top