Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R0701

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 701/1999 tal-31 ta' Marzu 1999 dwar il-klassifika ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 89, 1.4.1999, p. 23–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/701/oj

    31999R0701



    Official Journal L 089 , 01/04/1999 P. 0023 - 0025


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) nru 701/1999

    tal-31 ta' Marzu 1999

    dwar il-klassifika ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunita Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta' tariffa u statistika u it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 2261/98 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9,

    Billi biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa ma' l-imsemmi Regolament, huwa meħtieġ li jkunu addottati miżuri dwar il-klassifika tal-merkanzija li jirreferi għaliha l-Anness ma' dan ir-Regolament;

    Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ippreskriva għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha kemm hi jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunita', bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni ta' tariffa u miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu ma' kummerċ f'merkanzija;

    Billi, skond ir-regoli ġenerali msemmija, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet preskritti fil-kolonna 3;

    Billi huwa aċċettat li informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifika ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, għandha tissokta tkun invokata, taħt id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunita [3], għal perjodu ta' tliet xhur mill-possessur;

    Billi l-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tas-sezzjoni tan-nomenklatura ta' tariffa u statistika tal-Kumitat dwar il-Kodiċi Doganali,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella annessa issa hija kklassifikata ġon-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċijiet NM xierqa indikati fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella.

    L-Artikolu 2

    Informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament għandha tissokta tkun invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur.

    L-Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fil-31 ta' Marzu 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Mario Monti

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

    [2] ĠU L 292, tat-30.10.1998, p. 1.

    [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Deskrizzjoni tal-Merkanzija | Klassifika tal-Kodiċi NM | Raġuni |

    (1) | (2) | (3) |

    1.Immuntar elettroniku, hekk imsejjaħ Call Processor Pack, li jikkonsisti minn printed circuit board mgħammar bi processor (proċessur), memory modules (moduli ta' memorja) u komponenti elettroniċi. L-immuntar ikun fih panew fuq quddiem b'buttuni li jingħafsu u b'LCD display. L-immuntar huwa ddisinjat għal użu bħala module prinċipali f'sistema ta' ċentrali awtomatikatat-telefon li għandha konnesjoni bi plug speċjali għal dan il-għan u komponenti mfasslin apposta (customised) (ASIC's) li jkun fihom software speċifiku. | 85179082 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2b mas-Sezzjoni XVI u r-rabta ta' kliem tal-kodiċijiet NM 8517, 851790 u 85179082. Għalkemm il-proċessur jista' jkun ipprogrammat b'mod liberu (Nota 5. A mal-Kapitolu 84), l-immuntar jirrapreżenta parti minn sistema ċentrali awtomatika tat-telefon u mhux magna awtomatika li tipproċessa data tat-Titolu 8471 minħabba l-komponenti speċifiċi, konnetturi u panew fuq quddiem tiegħu (Nota 5. B mal-Kapitolu 84). |

    2.Immuntar elettroniku, hekk imsejjaħ Core To Netwrok Interface Pack (CNI), li jikkonsisti minn printed circuit board mgħammar b'komponenti elettroniċi. L-immintar ikun fih panew panew fuq quddiem b'buttuni li jingħafsu u b'LCD display. L-immuntar huwa ddisinjat għal użu bħala interface bejn Call Processor Pack u l-cards tan-network (xibka) f'sistema ta' ċentrali awtomatika tat-telefon li għandha konnessjoni bi plug speċjali u komponent imfassal apposta (customised) (ASIC's) li jkun fih software speċifiku. | 85179082 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2b għas-Sezzjoni XVI u r-rabta ta' kliem tal-kodiċijiet NM 8517, 851790 u 85179082. L-immuntar jirrapreżenta parti minn sistema awtomatika ta' ċentrali tat-telefon u mhux prodott tat-Titolu 8473 minħabba l-komponenti speċifiċi, konnetturi u panew fuq quddiem tiegħu. |

    3.Immuntar elettroniku, hekk imsejjaħ Input—Output Processor, li jikkonsisti minn żewġ printed circuit boards interkonnessi mgħammrin bi processor (proċessur), memorji RAM, EPROM u komponenti oħra elettroniċi. L-immintar ikun fih panew fuq quddiem b'buttuni li jingħafsu u b'LCD display. L-immuntar huwa ddisinjat għal użu bħala interface bejn il-konnetturi speċjali ta' sistema ta' ċentrali awtomatika tat-telefon u standard SCSI/RS232/IEEE interfaces li għandhom konnetturi bi plug speċjali u komponenti mfassla apposta (customised) (ASICs) li jkun fihom software speċifiku. L-immuntar ikun fih floppy disk u hard disk drive. | 85179082 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2b għas-Sezzjoni XVI u r-rabta ta' kliem tal-kodiċijiet NM 8517, 851790 u 85179082 L-immuntar jirrapreżenta parti minn ċentrali awtomatika tat-telefon u mhux prodott tat-Titolu 8473 minħabba l-komponenti speċifiċi, konnetturi u panew fuq quddiem tiegħu. |

    4.Riċevitur bis-satellita li jirċievi sinjali mxandra tat-televiżjoni bis-satellita mgerfxa u MPEG diġitalizzati (xbihat u ħoss), jikkonvertihom f'sinjali analoġi u jittrasferixxihom f'għamla użabbli għal riċevitur tat-televiżjoni, videomonitor jew data monitor ikkonnetjat. | 852893 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 mas-Sezzjoni XVI u r-rabta ta' kliem tal-kodiċijiet NM 8528, 852812 u 85281293. Ir-riċeviment tas-sinjali tat-televiżjoni huwa kkunsidrat il-funzjoni prinċipali tal-prodott. |

    5.Riċevitur/decoder integrat (addressable converter) kapaċi li jirċievi u decode sinjali mgerfxa permezz ta' cable network u jikkonvertihom f'sinjali ta' frekwenzi tar-radju (RF).Hu jinkludi tuner, filtri, modulaturi, proċessur audio/video, mikroproċessur b'memorja, riċevitur FM, return path transmitter u smart card reader. Jinkludi wkoll keypad u remote control bħala mezz biex jingħażlu l-kanaliHu għandu wkoll kontroll u funzjonijiet ta' komunikazzjoni, i.e. downloading data ta' kontijiet, xiri ta' avvenimenti, polling eċċ. L-apparat għandu jiċċara sinjali bil-code assenjati lil abbonat partikolari. | 85281293 | Il-klassifika hija ddeterminata bid-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 mas-Sezzjoni XVI u r-rabta ta' kliem tal-kodiċijiet NM 8528, 852812 u 85281293. Ir-riċeviment tas-sinjali tat-televiżjoni huwa kkunsidrat il-funzjoni prinċipali tal-prodott. |

    --------------------------------------------------

    Top